ALLOWANCES TAT-TFAL ġ L.S.318.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 318.06
REGOLAMENTI DWAR L-ALLOWANCES
TAT-TFAL
1 ta’ Jannar, 1987
L-AVVIŻ LEGALI 14 ta’ l-1987, kif emendat bl-Avviż Legali 61 ta’ l-
1987.
Titolu.
Allowances tat-Tfal.
Tifsir.
Kap. 318.
" allowance" tfisser allowance li titħallas skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli minn 81 sa 88 ta’ l-Att; u
"mara" għandha l-istess tifsir bħal dak mogħti lilha bl-artikolu 86
ta’ l-Att.
Dritt tar-rikorrent li 
ma jkunx persuna 
assigurata.
Emendar:
A.L. 61 ta’ l-1987.
3. Bla ħsara għal kull kondizzjoni magħmula bis-saħħa ta’
jew taħt l-Att, kap ta’ familja jkollu dritt li jagħmel talba għal
allowance minkejja li ma jkunx la persuna mpjegata w anqas
persuna li timpjega lilha nnifisha jekk ikun qed jirċievi xi pensjoni
(b’esklużjoni ta’ pensjoni għall-inkapaċità ) jew għajnuna soċjali
mħallsa taħt l-Att.
Residenza f’Malta 
tar-rikorrent.
4. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti,
kap ta’ familja għandu jitqies li jirrisjedi f’Malta jekk fil-fatt ikun
preżenti f’Malta.
Impjegati tal-
Gvern li jgħixu 
barra minn Malta.
5. Kap ta’ familja mpjegat mal-Gvern ta’ Malta għandu
jitqies li jirrisjedi f’Malta għal kull perijodu li matulu jkun qed
jirrisjedi barra minn Malta jekk -
(a) ir-residenza tiegħu barra minn Malta tkun
konsegwenza ta’ l-impieg tiegħu mal-Gvern ta’ Malta;
(b) kien jirrisjedi f’Malta qabel l-imsemmi mpieg tiegħu.
Baħrin.
ekwipaġġ ta’ xi bastiment għandu jitqies li jirrisjedi f’Malta matul
kull perijodu li jkun barra minn Malta għall-finijiet ta’ l-impieg
tiegħu jekk it-tfal li dwarhom tkun qed tintalab allowance jirrisjedu
f’Malta u jkunu ilhom hekk jirrisjedu kontinwament matul l-aħħar
tliet xhur minnufih qabel id-data tat-talba.
Persuni li jaħdmu 
barra minn Malta.
7. Kap ta’ familja li jaħdem barra minn Malta iżda li hu
ordinarjament residenti f’Malta għandu jitqies li jirrisjedi f’Malta
matul kull perijodu li matulu jkun qed jirrisjedi barra minn Malta
għall-finijiet ta’ dan l-impieg.
Persuni assenti 
minn Malta 
minħabba kura 
medika.
Emendar:
A.L. 61 ta’ l-1987.
8. Sabiex jiġi stabbilit jekk kap ta’ familja huwiex jew kienx
jirrisjedi f’Malta, nuqqas minn Malta ma għandux jiġi meqjus jekk
tingħata prova għas-sodisfazzjon tad-Direttur li dak in-nuqqas
huwa jew kellu x’jaqsam ma’ kura medika barra minn Malta.
2 L.S.318.06 ħ ALLOWANCES TAT-TFAL
Tul ta’ nuqqas 
minn Malta.
9. Kap ta’ familja li jkun nieqes minn Malta għandu jitqies li
jirrisjedi kontinwament f’Malta -
(a) (i) meta dak il-perijodu ta’ nuqqas ma jkunx iżjed
minn tliet xhur; jew
(ii) meta żewġ perijodi jew aktar ta’ nuqqas ma
jkunux b’kollox jaqbżu iktar minn sitt xhur
f’sena kalendarja; u
(b) jekk id-Direttur ikun sodisfatt li dak il-kap ta’ familja
jkun għal btala; jew
(ċ) fil-każ ta’ emigrant bona fide, meta l-familja tiegħu
tkun għadha tirrisjedi f’Malta.
Tfal neqsin minn 
Malta.
10. Id-dritt għall-allowance ma jintilifx dwar tifel jew persuna
li jkunu qed jgħixu barra minn Malta meta dak it-tifel jew dik il-
persuna jkunu qegħdin jagħmlu kura medika barra minn Malta jew
ikunu għal btala għal perijodu ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew
ikunu qegħdin jagħmlu kors ta’ edukazzjoni full time fi skola jew
f’istituzzjoni bħalha barra minn Malta.
Tfal li jkunu 
pazjenti fi sptar.
11. Ebda allowance ma titħallas dwar tifel jew persuna li
jidħlu bħala pazjenti fi sptar jew f’istituzzjoni tal-Gvern meta dak
it-tifel jew dik il-persuna jibqgħu f’dak l-isptar jew istituzzjoni
għal perijodu kontinwu ta’ iktar minn sitt xhur.
Ħlas ta’ allowance 
barra minn Malta.
12. Meta kap ta’ familja jikkwalifika għal allowance minħabba
d-disposizzjonijiet tar-regolament 5 jew 7, l-imsemmija allowance
tista’ titħallas barra minn Malta.
Tutur. 13. Bla ħsara għal-limitazzjonijiet stabbiliti fl-artikoli 81, 82 u
85(1) ta’ l-Att, kap ta’ familja -
(a) li jkollu l-kustodja effettiva ta’ tifel jew persuna oħra,
jew
(b) li miegħu dik il-persuna l-oħra, li tkun persuna ta’ l-età
ta’ tmintax-il sena jew fuqhom, tkun normalment
tirrisjedi,
iżda li ma jkunx, f’ebda każ minnhom wieħed mill-ġenituri ta’ dak
it-tifel jew dik il-persuna l-oħra, ikollu dritt jitlob jew jirċievi
allowance dwar dak it-tifel jew dik il-persuna l-oħra meta -
(a) jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-artikolu
84(1)(a) u (b) ta’ l-Att, u wiehed mill-ġenituri tat-tifel
jew persuna jkun jissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-
paragrafu (ċ) tas-subartikolu (1) imsemmi; jew
(b) jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-artikolu
84(1)(a) u (ċ) ta’ l-Att, u wieħed mill-ġenituri tat-tifel
jew persuna jissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-
paragrafu (b) ta’ l-imsemmi subartikolu (1); jew
(ċ) fil-każ ta’ tifel jew persuna taħt l-età  ta’ tmintax-il
sena, ikollu l-ħarsien legali ta’ dak it-tifel jew dik il-
persuna u jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-
artikolu 84(1)(a), (b) u (ċ) ta’ l-Att.
ALLOWANCES TAT-TFAL ġ L.S.318.06 3
Ħlas ta’ allowance 
meta l-missier ikun 
imsiefer.
Emendar:
A.L. 61 ta’ l-1987.
14. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 13, il-ħlas
ta’ allowance jista’xorta jsir lill-omm jew lil dik il-persuna l-oħra
kif jista’ jiġi deċiż mid-Direttur meta missier it-tifel jew persuna
relattivi għalkemm ikunu qed jirrisjedu barra minn Malta jkollhom
dritt għall-imsemmija allowance skond il- liġi.
