BONUS LIL FAMILJA ġ L.S.318.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 318.09
ORDNI DWAR BONUS LIL FAMILJA
7 ta’ Jannar, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 93 ta’ l-1989.
Titolu.
Rata ta’ bonus lil 
familja.
Kap. 318.
2. Għandu jitħallas bonus lil familja ekwivalenti għal Lml fil-
ġimgħa mid-Direttur tas-Sigurtà  Soċjali skond il-paragrafu 3 ta’
dan l-Ordni lil min jirċievi xi waħda mill-allowances li jitħallsu
taħt u skond l-artikoli 81 sa 88 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali,
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-Att".
Ħlas ta’ bonus lil 
familja.
3. Il-bonus lil familja msemmi fl-artikolu 2 ta’ dan l-Ordni
għandu jitħallas f’intervalli ta’ sitta u għoxrin ġimgħa u għandu,
f’kull sena kalendarja, ikun dovut kif ġej:
(a) dwar l-ewwel ħlas, fil-jum meta t-tieni ħlas ta’ kull
tliet xhur ta’ xi allowance skond l-artikoli 81 sa 88 ta’
l-Att jkun dovut skond l-artikolu 99(1)(b)(iv) ta’ l-
imsemmi Att; u
(b) dwar it-tieni ħlas, fil-jum meta r-raba’ ħlas ta’ kull
tliet xhur ta’ xi allowance skond l-imsemmija artikoli
81 sa 88 jkun dovut skond l-imsemmi subparagrafu
(iv).
Perijodu kopert 
b’kull ħlas tal-
bonus lil familja.
4. Kull ħlas kif imsemmi qabel għandu jkopri kull bonus lil
familja li jista’ jitħallas dwar it-tlettax-il ġimgħa konsekuttivi bl-
arretrati, jew parti minnhom, kif ikun il-każ, li jintemmu fl-aħħar
jum minnufih qabel il-jum meta l-ħlas tal-bonus lil familja jkun
dovut skond l-artikolu 3 ta’ dan l-Ordni u kull bonus lil familja li
jista’ jitħallas dwar it-tlettax-il ġimgħa konsekuttivi bil-quddiem,
jew parti minnhom, kif ikun il-każ, li jibdew mill-ewwel jum
minnufih wara l-jum meta l-ħlas tal-bonus lil familja jkun dovut
skond l-imsemmi artikolu 3.
Waqefien ta’ ħlas 
ta’ bonus lil 
familja.
5. Ma jibqax jitħallas bonus lil familja f’dak l-istess jum li xi
waħda mill-allowances li jitħallsu taħt u skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikoli 81 sa 88 ta’ l-Att ma tibqax titħallas iktar; u għal dan
il-għan id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 99(3) ta’ l-imsemmi Att
għandhom japplikaw bl-istess mod kif jistgħu japplikaw dwar xi
waħda mill-allowances li titħallas skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
imsemmija artikoli 81 sa 88 għar-rigward ta’ l-istess benefiċjarju.
