GĦAJNUNA B’EMERĠENZA ġ L.S.318.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 318.10
ORDNI DWAR GĦAJNUNA B’EMERĠENZA
7 ta’ Jannar, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 94 ta’ l-1989.
Titolu.
b’Emerġenza.
Persuni intitolati 
għal għajnuna 
b’emerġenza.
Kap. 318.
2. Mara li l-kap tal-familja tagħha iwassalha jew ikun
wassalha fi stat ta’ abbandun tant li tirrikovera ruħha f’xi istitut
għall-kura u l-ħarsien ta’ tali persuni għandha, skond l-artikoli 3 u
4 ta’ dan l-Ordni, ikollha l-jedd tirċievi mingħand id-Direttur tal-
Welfare dik l-għajnuna b’emerġenza fi flus jew f’oġġetti li ma
humiex flus li fl-opinjoni tad- Direttur tal-Welfare hija tkun tista’
teħtieġ f’xi perijodu li matulu hi ma tkunx intitolata għal xi
benefiċċju, pensjoni jew assistenza li titħallas skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 18, 26, 27, 28, 29 (sakemm biss tkun
qegħda titħallas pensjoni għall-inkapaċità ), 30, 75 76, 96 jew 97 ta’
l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, hawnhekk iżjed’il quddiem imsejjaħ
"l-Att", b’dak il-mod illi kull għajnuna bħal dik għandha tingħata
biss għal kull perijodu li matulu tkun hekk rikoverata.
Ammont u żmien 
ta’ għajnuna 
b’emerġenza fi 
flus.
3. L-ogħla ammont ta’ għajnuna fi flus li mara jista’ jkollha
jedd għalih skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Ordni ma għandu
f’ebda każ ikun jeċċedi għaxar liri f’xi perijodu ta’ sebat ijiem
konsekuttivi u anqas ma jitħallas għal iktar minn għaxar ġimgħat
konsekuttivi jew jaqbeż mitt lira b’kollox matul xi sena kalendarja
mingħajr ma tingħata l-approvazzjoni tal-Bord għall-Għajnuna
Soċjali stabbilit skond l-artikoli 129 u 130 ta’ l-Att.
Ammont ta’ 
għajnuna 
b’emerġenza 
f’oġġetti li ma 
humiex flus.
4. L-ogħla ammont ta’ għajnuna f’oġġetti li ma humiex flus li
mara jista’ jkollha jedd għalihom skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Ordni ma għandu f’ebda każ ikun jeċċedi ħamsin lira fl-aggregat
tiegħu mingħajr ma tingħata l-approvazzjoni tal-Bord għall-
Għajnuna Soċjali stabbilit skond l-artikoli 129 u 130 ta’ l-Att.
