RATI GĦAL ISTITUZZJONIJIET U HOSTELS STATALI ġ L.S.318.14 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 318.14
REGOLAMENTI DWAR RATI
GĦAL ISTITUZZJONIJIET U HOSTELS STATALI
1 ta’ Jannar, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 60 ta’ l-2000, kif emendat bl-Avviżi Legali 52 u 421
ta’ l-2002.
Titolu.
Rati għal Istituzzjonijiet u Hostels Statali.
Rati ta’ ħlas.
Emendat:
A.L. 52 ta’ l-2002;
A.L. 421 ta’ l-
2002.
2. (1) Kull residenti -
(a) f’istituzzjoni statali għall-kura u l-ħarsien ta’ l-
anzjani,
(b) f’istituzzjoni statali oħra fejn kien hekk residenti għal
żmien li jkun jaqbeż is-sitt xhur konsekuttivi,
(ċ) f’hostel statali;
(d) kull sodda ffinanzjata mill-Istat f’dar mhux statali
għall-anzjani jew istituzzjoni bħalma tista’ tkun
ikkuntrattata mill-Gvern,
Kap. 318.
liema istituzzjonijiet u hostels bħal dawk, u kull sodda ffinanzjata
mill-Istat fi djar mhux statali għall-anzjani jew istituzzjonijiet
bħalma jistgħu jkunu kkuntrattati mill-Gvern, jiġu indikati mill-
Ministru b’avviż fil-Gazzetta, għandu jikkontribwixxi għaż-żamma
tiegħu 60% mill-income nett totali tiegħu lill-Kumitat dwar Welfare
imwaqqaf taħt 1-artikolu 130 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali,
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-Att", skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(2) Kull kontribuzzjoni bħal dik li ssir minn residenti kif
imsemmija fis-subregolament (1) ma għandhiex -
(a) tkun aktar minn Lm 6 kuljum, u
(b) tkun hekk li tħalli lil dak ir-residenti b’inqas minn
Lm550 fis-sena għad-disposizzjoni tiegħu.
Kap. 327.
(3) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, meta dak ir-residenti
jkun parti f’koppja miżżewġa li qabel ma jsir hekk residenti ma
kienx jgħix mifrud mill-parti l-oħra, u l-parti l-oħra ma tkunx ukoll
residenti, l-income nett totali li għandu jitqies għandu jkun kull
income li jirċievi dak ir-resident u għandu jinkludi nofs kull income
li tirċievi l-parti mhux residenti minbarra xi pagi jew salarju li
tirċievi l-parti l-oħra fiż-żwieġ li mhix residenti li jkollha l-kura ta’
xi wild minorenni jew jekk mhux minorenni, jkollu aktar minn
sittax-il sena iżda anqas minn wieħed u għoxrin sena u jew (i) ikun
għadu jattendi kors ta’ studju jew tagħlim full time f’istituzzjoni
edukattiva rikonoxxuta mill-Gvern skond l-Att dwar l-Edukazzjoni,
jew (ii) ikun reġistrat bħala persuna mingħajr xogħol taħt it-
Taqsima I tar-reġistru, u kull pensjoni, allowance, benefiċċju u
assistenza li jitħallsu skond l-Att lill-parti mhux residenti.
2 L.S.318.14 ħ RATI GĦAL ISTITUZZJONIJIET U HOSTELS STATALI
Tqassim ta’ 
benefiċċju eċċ., li 
jitħallsu taħt 1-Att.
3. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolament 2, u iktar
mad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 93 ta’ l-Att, kull persuna li
skond l-artikolu 93(1)(a) jew (b) ta’ l-Att ma baqgħetx tirċievi xi
pensjoni, benefiċċju jew allowance li jitħallsu taħt l-Att, għandha
minflok tirċievi 40% tar-rata ta’ pensjoni li mod ieħor kienet tkun
tapplika fil-każ tagħha, b’dak il-mod illi, jekk dik il-persuna tkun
waħda minn koppja miżżewġa li t-tnejn li huma jkunu residenti
skond dawn ir-regolamenti, u li minnhom ir-raġel jew il-mara biss
ikunu qegħdin jirċievu dik il-pensjoni, mnaqqsa kif imsemmi qabel,
l-40% imsemmijin għandhom jitħallsu f’żewġ proporzjonijiet
indaqs, wieħed lir-raġel u l-ieħor lill-mara, u l-bilanċ ta’ 60%
għandu jitħallas lill-Kumitat dwar Welfare imwaqqaf taħt l-artikolu
130 ta’ l-Att:
Iżda meta persuna li għaliha jkun japplika dan ir-
regolament tkun persuna miżżewġa li l-konjuġi tagħha ma jkunx
hekk residenti u ma tkunx qiegħda tirċievi xi pensjoni, benefiċċju
jew allowance li jitħallsu taħt l-Att, dik il-persuna miżżewġa ma
jkollhiex dritt għall-40% imsemmija qabel iżda l-konjuġi l-ieħor
ikollu dritt jirċievi ħlas fil-ġimgħa li jkun ekwivalenti għal 60%
tar-rata ta’ pensjoni, benefiċċju jew allowance li kienu b’mod ieħor
japplikaw fil-każ ta’ dik il-persuna u l-bilanċ ta’ 40% għandu
jitħallas in kwantu għal 40% lill-konjuġi residenti u kwantu għal
60% lill-Kumitat imsemmi qabel.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att, meta, matul xi
perjodu l-konjuġi ta’ persuna li tkun qiegħda tirċievi xi pensjoni,
benefiċċju jew allowance taħt l-Att, tkun residenti f’istituzzjoni
msemmija fl-artikolu 93(a) u (b) ta’ l-Att, dik il-persuna ma
għandhiex, ħlief jekk il-konjuġi residenti jkun qiegħed jirċievi xi
pensjoni, benefiċċju jew allowance li jitħallsu taħt dan l-Att,
tirċievi aktar dik il-pensjoni, benefiċċju jew allowance u minflok
għandha tirċievi ħlas fil-ġimgħa ekwivalenti għal 60% tar-rata ta’
pensjoni, benefiċċju jew allowance li kienu b’mod ieħor ikunu
japplikaw, u l-bilanċ ta’ 40% għandu jitħallas kwantu għal 40%
lill-konjuġi residenti, u kwantu għal 60% lill-Kumitat imsemmi.
Applikabilità  ta’ l-
artikolu 96 ta’ l-
Att.
4. Meta l-konjuġi kienu diġà  jgħixu mifrudin minn xulxin
qabel ma xi ħadd minnhom ikun sar residenti, kif imsemmi qabel, u
kienu qegħdin jirċievu xi pensjoni, benefiċju jew allowance
separati skond l-artikolu 96 ta’ l-Att, kull wieħed minn dawk il-
konjuġi għandu jitqies bħala persuna waħedha.
Tqassim ta’ bonus 
u bonus 
addizzjonali.
5. Kull bonus u, jew, bonus addizzjonali li jitħallas taħt l-
artikolu 85 ta’ l-Att lil xi persuna, għandu jitnaqqas, dwar kull
ġurnata li matulha dik il-persuna tkun residenti f’istituzzjoni
msemmija fir-regolament 2, bl-ammont li jirriżulta mill-
moltiplikazzjoni tas-sehem ta’ bonus u, jew, bonus addizzjonali li
jkollu dritt għalih taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi artikolu
85 u ta’ l-artikolu 96 ta’ l-Att, u 0.0033; u l-ammont hekk imnaqqas
mill-bonus u, jew, bonus addizzjonali għandu jitħallas lill-Kumitat
dwar Welfare.
Aggregazzjoni ta’ 
kontribuzzjonijiet 
li jitħallsu lill-
Kumitat dwar 
Welfare.
6. B’żieda ma’ l-ammonti li hemm provdut dwarhom fir-
regolamenti 3 u 5 u li jitħallsu lill-Kumitat dwar Welfare imwaqqaf
taħt l-artikolu 130 ta’ l-Att, id-Direttur responsabbli mid-
Dipartiment għall-Ħarsien ta’ l-Anzjani lkollu d-dritt jirkupra
RATI GĦAL ISTITUZZJONIJIET U HOSTELS STATALI ġ L.S.318.14 3
mingħand kull resident kif imsemmi qabel ammont addizzjonali ta’
flus sabiex jiżgura li dak ir-resident ikun qiegħed jagħti l-kontribut
tiegħu lill-imsemmi Kumitat dwar Welfare, u dak l-ammont
għandu, meta jiġi aggregat ma’ l-ammont imnaqqas taħt l-
imsemmija regolamenti 3 u 5, ikun ekwivalenti għall-
kontribuzzjoni dovuta skond ir-regolament 2.
