ASSIGURAZZJONI GĦAL INDENNIZZ ġ L.S.321.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 321.03
REGOLAMENTI DWAR
L-ASSIGURAZZJONI GĦAL INDENNIZZ
1 ta’ Diċembru, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 251 ta’ l-1998.
Titolu.
Assigurazzjoni għal Indennizz.
Assigurazzjoni ta’ 
indenizz.
Kap. 321.
2. (1) Kull detentur ta’ warrant jew soċjeta’ reġistrati taħt l-
Att dwar il-Professjoni ta’ l-Inġinerija għandhom ikunu koperti
minn assigurazzjoni għal indennizz skond l-artikolu 10 ta’ l-Att
imsemmi.
(2) Dik l-assigurazzjoni ta’ indennizz għandha tkun testendi
wkoll biex tkopri talbiet magħmulin fiż-żmien ta’ ħames snin li jiġu
minnufih wara l-waqfien tal-polza bħala riżultat ta’ l-irtir jew iċ-
ċessjoni jew is-sospensjoni jew ir-revoka tal-warrant jew tal-
liċenza speċjali minn xi sieħeb jew prattikant, u sakemm l-att, l-
iżball jew l-omissjoni negliġenti li jkunu taw lok għat-talba kienu
ġraw matul il-perijodu ta’ assigurazzjoni tal-polza.
Trasferiment ta’ 
polza ta’ 
assigurazzjoni.
3. Fil-każ ta’ polza ta’ assigurazzjoni li tiġi trasferita minn
assiguratur għall-ieħor, il-polza l-ġdida għandha testendi biex
tindennizza lill-assigurat kontra kull telf jew talba magħmula
kontra l-assigurat għal kopertura retroattiva għal żmien ta’ ħames
snin dwar xi att, żball jew omissjoni li jkunu ġraw, jew ġew allegati
li ġraw, qabel il-bidu fis-seħħ tal-polza l-ġdida, sakemm l-assigurat
ma jkunx jaf b’dak it-telf jew b’dik it-talba fil-waqt li jkun qed
jimla l-polza l-ġdida, u dak it-telf jew dik it-talba ma jkunux ġew
avżati taħt xi polza oħra li kienet tapplika qabel il-bidu fis-seħħ tal-
polza l-ġdida.
Eżenzjonijiet.
regolament m’għandhiex tkun tapplika għal xi persuna li tkun id-
detentur ta’ warrant għal xi perijodu speċifiku ta’ żmien li fih ikun
irtira jew ma eżerċitax il-professjoni ta’ inġinier, u li jkun qabel il-
bidu ta’ dak il-perijodu għarraf lill-Bord bil-miktub li matul dak il-
perijodu ta’ żmien huwa ma kienx ser jeżerċita l-professjoni ta’
inġinier:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subregolament
m’għandhomx jinftehmu bħala li jeżentaw lil xi persuna mill-
obbligazzjoni li jkunu koperti b’assigurazzjoni ta’ indennizz
(magħrufa wkoll bħala Run-Off Liability) għal perijodu ulterjuri ta’
ħames snin li jiġi minnufih wara xi sena li matulha huwa jkun hekk
eżerċita dik il-professjoni.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan ir-regolament kull min ikollu l-
warrant ta’ inġinier li matul xi perijodu speċifiku ta’ żmien b’xi
mod li jkun ma jeżerċitax dik il-professjoni, ikun eżenti mill-
obbligazzjoni li jkun kopert minn assigurazzjoni ta’ indennizz.
2 L.S.321.03 ħ ASSIGURAZZJONI GĦAL INDENNIZZ
Kondizzjonijiet 
ulterjuri tal-polza.
5. (1) Il-limitu ta’ indennizz għandu jkun ta’ mhux inqas
minn Lm35,000 u dak il-limitu ta’ indennizz għandu wkoll ikun
japplika għal xi talba waħda u b’mod aggregat għal kull sena li
matulha tkun qeghda sseħħ il-polza, u għandu jerġa’ jibda jseħħ
f’każ ta’ telf:
Iżda detentur tal-warrant jew soċjetà  ta’ inġinieri, jistgħu,
f’kull żmien, iżidu l-indennizz assigurattiv relattiv, u għandhom
f’kull każ iżidu dak il-limitu sabiex ikollhom indennizz suffiċjenti
fil-każ ta’ xogħlijiet ta’ riskju kbir jew ta’ valur għoli.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu kull nefqa u spiża li ssir
sew legali sew għas-saldu għandha titħallas mill-assiguratur
b’żieda mal-limitu ta’ responsabbiltà .
(3) L-assigurat huwa permess li jkollu excess għal kull talba
individwali ta’ mhux iżjed minn 1.5% mil-limitu ta’ indenniz fil-
każ ta’ polza ta’ indennizz professjonali.
(4) Fil-każ li assiguratur ikollu jedd f’xi żmien li jevita din il-
polza minħabba f’li ma jiġix żvelat kollox jew li tiġi żvelata b’mod
ħażin xi ħaġa mill-assigurat fil-proposta bil-miktub li jagħmel lill-
assiguratur, l-assiguratur minflok li jevita l-polza għandu jagħti
avviż bil-miktub lill-assigurat li jkun iqis li l-polza tkun għal
kollox fis-seħħ ħlief li għandu jiġi eskluż minnha l-indennizz
mogħti dwar xi talba li tkun tnisslet jew li tista’ titnissel u li jkollha
x’taqsam maċ-ċirkostanzi li kellhom jiġu żvelati fil-proposta bil-
miktub ta’ l-assigurat iżda li fil-fatt ma kienux ġew żvelati lill-
assiguratur.
(5) Kull detentur ta’ warrant jew soċjetà  ta’ inġinieri li hi
obbligata li jkollha assigurazzjoni ta’ indennizz għandhom ta’ kull
sena, fi żmien ġimgħa minn meta tinħarġilhom jew tiġġeddilhom
dik l-assigurazzjoni ta’ indennizz, jgħarrfu lill-Bord bil-miktub
dwar l-isem tal-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni u n-numru relattiv
tal-polza ta’ assigurazzjoni.
