PROĊEDURA TA’ TĦASSIR TA’ ISMIJIET ġ L.S.321.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 321.04
REGOLAMENTI DWAR
PROĊEDURA TA’ TĦASSIR TA’ ISMIJIET
13 ta’ Ottubru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 208 ta’ l-2000.
Titolu.
Proċedura ta’ Tħassir ta’ Ismijiet.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"akkuża" tfisser akkuża jew ilment speċifikati f’avviż ta’
inkjesta;
Kap. 321.
"avviż ta’ inkjesta" għandha t-tifsira lilha mogħtija bir-
regolament 6;
"Bord" tfrsser il-Bord ta’ l-Inginerija mwaqqaf bl-artikolu 6 ta’ l-
Att;
"Chairman" tfisser iċ-Chairman tal-Bord, jew kull membru ad
hoc li jigi hekk maħtur għal-laqgħa;
"detentur ta’ warrant" tfisser dik il-persuna li jkollha warrant
jew liċenza speċjali, taħt l-Att; u riferenza għal detentur ta’ warrant
f’dawn ir-regolamenti għandha wkoll tinkludi soċjetà  ta’ inġinieri;
"K’diċi ta’ Etika" tfisser il-kodici ta’ l-etika msemmi fl-artikolu
18 ta' l-Att;
"Reġistru" tfisser id-dokumentazzjoni li tinżamm mis-Segretarju
tal-Bord, li fiha jkun hemm elenkat kull detentur ta’ warrant u ta’
liċenza speċjali;
"Segretarju " tfisser is-Segretarju tal-Bord, kif ikun minn żmien
għal żmien maħtur mill-Ministru responsabbli taħt l-Att;
"soċjetà  ta’ inġinieri " tfisser soċjetà  ċivili kif murija fl-artikolu
8 ta’ l-Att.
Proċedura li 
twassal għall-
egħmil ta’ inkjesta.
3. Ma għandha tingħata ebda ordni taħt l-artikolu 7 ta’ l-Att
ħlief skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti dwar xi
akkuża li tiġi formulata f’avviż ta’ inkjesta li jiġi notifikat skond
id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti lill-persuna li tkun qed
issir l-akkuża kontrih.
Għemil ta’ lment.
(a) jintbagħat ilment bil-miktub lill-Bord minn xi korp
jew persuna li detentur ta’ warrant ikun insab ħati
minn xi qorti f’dawn il-Gżejjer dwar xi reat li għalih
tista' tingħata piena ta’ priġunerija għal żmien aktar
minn sena jew dwar xi reat minn dawk imsemmija fid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 12 u 14 ta’ l-Att, jew
tintbagħat informazzjoni bil-miktub lill-Bord minn
persuna li tkun qegħda taġixxi f’kapaċità  pubblika li
2 L.S.321.04 ħ PROĊEDURA TA’ TĦASSIR TA’ ISMIJIET
detentur ta’ warrant jkun ġie hekk misjub ħati, jew
(b) jkun intbagħat lill-Bord minn xi korp jew persuna
ilment bil-miktub dwar l-imġieba ta’ detentur ta’
warrant, jew tkun intbagħtet lill-Bord minn persuna li
tkun qegħda taġixxi f’kapaċità  pubblika informazzjoni
bil-miktub dwar l-imġieba xejn professjonali ta’
detentur ta’ warrant jew fejn jingħad li kien hemm xi
ksur tal-Kodiċi ta’ Etika, jew
(ċ) jintbagħat ilment bil-miktub lill-Bord minn xi korp
jew persuna li detentur ta’ warrant mhux idoneu biex
ikompli jeżerċita l-professjoni tiegħu minħabba f’xi
inkapaċità  tal-moħħ jew fiżika, jew tintbagħat
informazzjoni bil-miktub lill-Bord minn persuna li
tkun qegħda taġixxi f’kapaċità  pubblika dwar li
detentur ta’ warrant ma jkunx idoneu li jibqa’ jeżerċita
l-professjoni tiegħu minħabba r-raġunijiet imsemmija
hewn aktar qabel,
is-Segretarju tal-Bord għandu jgħaddi l-ilment liċ-Chairman tal-
Bord.
(2) Sakemm l-ilment ikollu x’jaqsam ma’ l-imġieba, jew li
detentur ta’ warrant mhux idoneu minħabba f’xi inkapaċità , il-
Bord m’għandux imexxi kemm-il darba l-ilment ma jkunx ġie
konfermat b’dikjarazzjoni ġuramentata li jkun fiha -
(a) l-indirizz u d-deskrizzjoni ta’ min ikun qed jagħmel id-
dikjarazzjoni, u
(b) jekk xi wieħed mill-fatti dikjarati ma jkunx
personalment magħruf minn min ikun qed jagħmel id-
dikjarazzjoni, l-għajn mnejn id-dikjarant ikun ġab it-
tagħrif u r-raġuni għaliex ikun tal-fehma li dik il-ġrajja
hija vera.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (2), iċ-
Chairman għandu jordna lis-Segretarju biex javża lid-detentur ta’
warrant li jkun irċieva l-ilment jew l-informazzjoni, billi jiddikjara
l-qofol tagħhom u jibgħat lid-detentur ta’ warrant kopja, jekk ikun
il-każ, tad-dikjarazzjoni ġuramentata magħmula taħt is-
subregolament (2), u jistieden lid-detentur ta’ warrant biex
jippreżenta quddiem il-Bord, f’dik id-data li tiġi stabbilita miċ-
Chairman, kull spjega li d-detentur ta’ warrant jista’ jkollu
x’jagħmel, b’dak il-mod li dik l-ispjega għandha tkun bil-miktub u
għandha tasal għand is-Segretarju fiż-żmien li jiġi stabbilit miċ-
Chairman:
Iżda sakemm ilment jew informazzjoni ikollhom x’jaqsmu
ma’ l-imġieba allegata ta’ detentur ta’ warrant, jekk iċ-Chairman
ikun tal-fehma li dak l-ilment jista’ jkun wieħed frivolu jew
vessatorju, huwa għandu jordna lis-Segretarju biex jirreferi dak l-
ilment jew dik l-informazzjoni f’kull każ lill-Bord, li jew jiddeċiedi
li dak l-ilment jew dik l-informazzjoni huma frivoli jew vessatorji u
m’hemmx il-ħtieġa li jitkomplew il-proċedimenti dwarhom, jew
inkella jiddeċiedi li għandhom jitkomplew il-proċeduri u jordna lis-
Segretarju sabiex javża lid-detentur ta’ warrant skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subregolament.
PROĊEDURA TA’ TĦASSIR TA’ ISMIJIET ġ L.S.321.04 3
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan ir-
regolament, iċ-Chairman għandu jordna lis-Segretarju biex jirreferi
lill-Bord għal inkjesta kull ilment jew informazzjoni, flimkien ma’
kull spjega mogħtija mid-detentur ta’ warrant, u kull dikjarazzjoni
ġuramentata mogħtija taħt is-subregolament (2).
(5) F’dan ir-regolament il-frażi "persuna li tkun qegħda taġixxi
f’kapaċità  pubblika" tfisser uffiċjal f’dipartiment tal-gvern jew
awtorità  pubblika li jkun qed jaġixxi fil-kwalità  tiegħu ta’ uffiċjal
pubbliku, jew xi persuna li jkollha kariga ġudizzjarja jew uffiċjal
tal-qorti.
Iċ-Chairman 
jappunta data u 
ħin.
5. Iċ-Chairman għandu jappunta ġurnata u ħin għas-smigħ ta’
l-inkjesta taħt l-artikolu 7 ta’ l-Att u taħt dawn ir-regolamenti.
Ħruġ ta’ avviż ta’ 
inkjesta.
6. (1) Kemm jista’ jkun malajr wara li l-ilment jew
informazzjoni jkunu ġew riferiti lill-Bord taħt id-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ dawn ir-regolamenti, u sakemm il-Bord ma jkunx
għalkollox sodisfatt bl-ispjega mogħtija bil-miktub mid-detentur
ta’ warrant, is-Segretarju għandu jinnotifika lid-detentur ta’
warrant b’avviż ta’ inkjesta ffirmat miċ-Chairman li jkun -
(a) jispeċifika fil-formola ta’ l-akkuża, l-akkużi jew l-
ilment, u dak kollu li dwaru tkun se ssir l-inkjesta; u
(b) jistabbilixxi l-jum, il-ħin u l-post fejn tkun se ssir l-
inkjesta.
(2) L-inkjesta m’għandhiex tiġi ffissata għal xi jum li jkun
iktar kmieni minn għaxart ijiem wara d-data ta’ l-avviż ta’ inkjesta.
(3) L-avviż ta’ inkjesta għandu jkun skond l-għamla stabbilita
fil-Formola A li hemm fl-Iskeda.
(4) Ma’ kull avviż ta’ inkjesta għandha ssir referenza għal
dawn ir-regolamenti.
(5) Għandha tiġi notifikata wkoll kopja ta’ l-avviż ta’ inkjesta
lil min jagħmel l-ilment jew ikun ta l-informazzjoni.
Meta l-avviż ta’ 
inkjesta jkollu 
difett.
7. (1) Meta qabel is-smigħ ta’ xi inkjesta ċ-Chairman ikun
jidhirlu, jew f’xi stadju ta’ l-inkjesta l-Bord ikun tal-fehma li l-
avviż ta’ inkjesta jkollu xi difett, iċ-Chairman jew il-Bord, skond
il-każ, għandu jordna li ssir kull emenda ta’ dak l-avviż ta’ inkjesta
skond ma jkun meħtieġ, sakemm, meta jiġu kkunsidrati il-merti tal-
każ, jekk isiru l-emendi meħtieġa dawn ma jkunux ta’ preġudizzju
għad-detentur ta’ warrant taħt inkjesta.
(2) Meta fil-fehma tal-Bord, ikun jidher spedjenti li l-inkjesta
għandha tiġi posposta jew titħalla għal jum ieħor, iċ-Chairman
għandu jagħti dawk id-direttivi f’dak ir-rigward skond ma jidhru li
jkunu meħtieġa.
Proċedimenti jsiru 
fil-pubbliku.
8. Il-proċedimenti quddiem il-Bord għandhom isiru fil-
pubbliku; il-Bord jista’, madankollu, jekk iqis li jkun hekk jaqbel,
jordna li l-proċedimenti jsiru bil-magħluq.
4 L.S.321.04 ħ PROĊEDURA TA’ TĦASSIR TA’ ISMIJIET
Rikuża jew 
astensjoni.
Kap. 12.
9. (1) Iċ-Chairman jew kull membru ieħor tal-Bord jew is-
Segretarju għandhom jastjenu, jew jistgħu jiġu rikużati, milli
jipparteċipaw f’xi inkjesta f’dawk iċ-ċirkostanzi li fihom imħallef
kien kieku jastjeni jew ikun jista’ jiġi rikużat skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
(2) Ebda rikuża bħal dik m’għandha ssir qabel ma s-Segretarju
jaqra l-akkuża, akkużi jew ilment lid-detentur ta’ warrant skond ir-
regolament 11.
(3) Il-Bord għandu jiddeċiedi dwar kull rikuża bħal dik, qabel
ma jipproċedi biex ikompli jisma’ l-akkuża, l-akkużi jew l-ilment.
Id-deċiżjoni tal-Bord tkun waħda finali.
Assistenza legali 
jew professjonali.
10. (1) Kull parti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tista’ tkun
assistita minn avukat jew prokuratur legali. Id-detentur ta’ warrant
jista’ jkun ukoll assistit minn membru tal-professjoni tiegħu li ismu
jkun jidher fil-lista ta’ detenturi ta’ warrant pubblikata skond l-
artikolu 7(3) ta’ l-Att.
(2) Iċ-Chairman għandu jiġbed l-attenzjoni ta’ kull parti fil-
proċedimenti għad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jekk din
tkun qegħda tidher quddiem il-Bord mingħajr ebda assistenza bħal
dik.
Bidu ta’ 
proċedimenti.
11. Il-proċedimenti ta’ l-inkjesta jinbdew meta s-Segretarju
jaqra l-akkuża, akkużi jew ilment. Wara dan, iċ-Chairman għandu
jsaqsi lid-detentur ta’ warrant jekk huwa jammettix jew jiċħadx l-
akkuża, akkużi jew ilment.
Proċedimenti 
preliminari.
12. (1) Jekk id-detentur ta’ warrant jammetti l-akkuża, akkużi
jew ilment, il-Bord jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu jiddispensa milli
jinġiebu x-xhieda u jgħaddi biex jagħti d-deċiżjoni tiegħu f’dak il-
jum stess jew f’kull jum ieħor li jiġi appuntat għal dak l-għan.
(2) Jekk id-detentur ta’ warrant jiċħad l-akkuża, akkużi jew
ilment , il-Bord jibqa’ għaddej bl-inkjesta.
(3) Jekk id-detentur ta’ warrant jonqos milli jattendi mingħajr
ebda kawża, u l-Bord ikun sodisfatt li kien intbagħtlu avviż ta’
inkjesta kif meħtieġ b’dawn ir-regolamenti, il-Bord jista’ jibqa’
għaddej bl-inkjesta wkoll jekk id-detentur ta’ warrant ma jkunx
preżenti.
Kif titmexxa l-
inkjesta.
13. Il-proċedimenti ta’ l-inkjesta għandhom jitmexxew kif ġej:
(a) ix-xhieda b’appoġġ ta’ l-akkuża, akkużi jew ilment
għandhom jinġiebu u jiġu eżaminati mill-parti li tkun
qed iġġibhom jew, fin-nuqqas tagħha, mill-Bord, u
mbagħad kontro-eżaminati mid-detentur ta’ warrant li
jkun taħt inkjesta jew mill-persuna li tkun qed
tassistih; wara dan kull membru tal-Bord jista’ jsaqsi li
jrid lil dawk ix-xhieda skond kif jista’ jidhirlu li jkun
meħtieġ;
(b) ix-xhieda li jinġiebu mid-difiża għandhom mbagħad
jinstemgħu, b’dan illi jekk id-detentur ta’ warrant ikun
jixtieq jixhed hu nnifsu, huwa jista’ biss jagħmel hekk
qabel ma jixhed xi xhud ieħor li jkun sej tella’ hu
nnifsu; ix-xhieda għandhom jiġu eżaminati mid-
PROĊEDURA TA’ TĦASSIR TA’ ISMIJIET ġ L.S.321.04 5
detentur ta’ warrant jew mill-persuna li tkun qed
tassistih u jistgħu jiġu kontro-eżaminati minn kull
parti oħra fil-proċedimenti, u wara dan jistgħu jiġu
eżaminati minn kull membru tal-Bord;
(ċ) meta jkun intemm is-smigħ tax-xhieda, id-detentur ta’
warrant għandu personalment jew permezz tal-persuna
li tkun qed tassistih, jindirizza lill-Bord u jagħmel id-
difiża tiegħu;
(d) il-Bord mbagħad jgħaddi biex jagħti d-deċiżjoni tiegħu
jew f’dak il-jum stess jew f’xi jum ieħor li jiġi
appuntat għal dak l-għan: iżda l-Bord m’għandu f’ebda
stadju tal-proċedimenti sakemm tingħata d-deċiżjoni,
jinżamm milli jerġa’ jisma’ lil xi xhud jew jitlob li
jinġieb xi dokument.
Deċiżjoni tal-Bord.
akkużi jew ilment ma jkunux ġew ippruvati, il-Bord għandu
jiddeċiedi skond dan u għandu jirreġistra l-konklużjoni tiegħu li dik
l-akkuża, dawk l-akkużi jew dak l-ilment ma jkunux ġew ippruvati,
u li d-detentur ta’ warrant ma jkunx ħati ta’ dik l-akkuża, dawk l-
akkużi jew dak l-ilment.
(2) F’kull każ ieħor li għalih id-disposizzjonijiet tas-
subregolament (1) ma jkunux japplikaw għal kollox, jew ikunu
japplikaw biss f’parti minnhom, meta l-Bord ikun sodisfatt li l-
akkuża, l-akkużi jew l-ilment, jew parti minnhom, jkunu ġew
ippruvati, il-Bord għandu jiddeċiedi skond dan, u għandu jirreġistra
l-konklużjoni tiegħu li dik l-akkuża, dawk l-akkużi jew dak l-
ilment, jew parti minnhom, ikunu ġew ippruvati, u li d-detentur ta’
warrant ikun ħati ta’ dik l-akkuża, dawk l-akkużi jew dak l-ilment.
(3) Meta ssir deċiżjoni skond ma hemm fis-subregolament (2),
iċ-Chairman għandu, fi żmien għaxart ijiem, jikkomunika lill-
Ministru, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord kif
ikunu jirrigwardaw lid-detentur tal-warrant, skond l-artikolu 7(ċ) u
(d) u l-artikoli 5, 12 u 14 ta’ l-Att.
Ħwejjeġ li 
għandhom 
x’jaqsmu mad-
deċiżjoni.
15. (1) Id-deċiżjoni tal-Bord għandha tingħata bil-miktub u
tinqara fil-pubbliku u tkun iffirmata mis-Segretarju u kontro-
firmata miċ-Chairman.
(2) Id-dokument oriġinali tad-deċiżjoni kif ukoll tal-proċeduri
ta’ l-inkjetsta għandhom jinżammu mis-Segretarju.
(3) Is-Segretarju għandu mingħajr dewmien jinnotifika lid-
detentur ta’ warrant b’kopja tad-deċiżjoni tal-Bord.
Avviż ta’ taħrik ta’ 
xhud.
16. (1) L-avviż li jingħata lil xi persuna biex tidher quddiem
il-Bord biex tagħti x-xiehda tagħha u, jew, biex iġġib dokumenti,
għandu jkun fl-għamla murija fil-Formola B li hemm fl-Iskeda.
(2) Kull taħrika bħal dik imsemmija f’dawn ir-regolamenti
għandha tkun iffirmata mis-Segretarju u kontro-firmata miċ-
Chairman, u għandha tiġi notifikata skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti u kif provdut f’dan l-Att.
Żamma ta’ bon 
ordni.
17. Il-Bord ikollu s-setgħa matul il-proċedimenti li jżomm il-
bon ordni u jirregola d-diskussjoni.
6 L.S.321.04 ħ PROĊEDURA TA’ TĦASSIR TA’ ISMIJIET
Għandha tinżamm 
is-segretezza mill-
Bord.
18. Il-membri tal-Bord u s-Segretarju m’għandhom jikxfu xejn
minn dak li jkun qed jiġi diskuss mill-Bord filwaqt li tkun għadha
għaddejja l-inkjesta.
Il-Bord jirregola l-
proċeduri tiegħu 
nnifsu.
19. Ħlief xort’oħra kif jista’ jkun espressament provdut, il-
Bord għandu jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu.
SKEDA
FORMOLA A
Regolament 6(3)
BORD TA’ L-INĠINERIJA
AVVIŻ TA’ INKJESTA
(Isem id-detentur ta’ warrant)
...............................................
...............................................
B’dan qiegħed tiġi mgħarraf li l-Bord ta’ l-Inġinerija ordna,
skond l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-Inġinerija, li għandha ssir
inkjesta sabiex tiddeċiedi dwar din l-akkuża, akkużi jew ilment li
qed isiru kontrik kif ġej:
...................................................................................................
...................................................................................................
B’dan qed navżak li l-ewwel smigħ ta’ l-inkjesta msemmija
għandu jsir fi (data) ...................................... (ħin) fi ............
(post) fi ..........................................................
Il-proċedure li se tiġi segwita hija dik li tinsab fir-Regolamenti
dwar Proċedura ta’ Tħassir ta’ Ismijiet.
Qiegħed tiġi mwissi li jekk int tonqos milli tidher mingħajr ma
tagħti spjega raġonevoli għall-assenza tiegħek, dan mhux se
jwaqqaf il-Bord milli jkompli jmexxi l-inkjesta.
............................... ...................................
Chairman, Segretarju,
Bord ta’ l-Inġinerija Bord ta’ l-Inġinerija
(Data) ..........................................
PROĊEDURA TA’ TĦASSIR TA’ ISMIJIET ġ L.S.321.04 7
FORMOLA B
Regolament 16
BORD TA’ L-INĠINERIJA
AVVIŻ LIL PERSUNA BIEX TIXHED U/JEW IĠĠIB 
DOKUMENTI F’INKJESTA
..............................
(Data)
Lil ...............................
B’dan qiegħed tiġi mitlub tattendi quddiem il-Bord ta’ l-
Inġinerija skond l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-Inġinerija, u skond
ir-Regolamenti dwar Proċedura ta’ Tħassir ta’ Ismijiet fi (data)
.................. (ħin) fi ............................ (post) fi ............................
u hekk f’kull jum ieħor għal meta jista’ jiġi aġġornat is-smigħ, biex
tixhed u, jew iġġib miegħek dawn id-dokumenti li ġejjin ................
........................................... fil-proċedimenti ta’ inkjesta li qed
issir kontra ......................................
Qiegħed tiġi mwissi li jekk tonqos milli tidher kif int meħtieġ li
tagħmel, jistgħu jiġu applikati kontrik is-sanzjonijiet kontemplati
mill-liġi.
Chairman, Segretarju,
Bord ta’ l-Inġinerija Bord ta’ l-Inġinerija
