SERVIZZI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAL 
KUMPANNIJI KWALIFIKANTI ġ L.S.325.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 325.01
REGOLAMENTI DWAR SERVIZZI
GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAL KUMPANNIJI 
KWALIFIKANTI
22 ta’ Marzu, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 38 ta’ l-1994, kif emendat bl-Avviżi Legali 135 ta’ l-
1994, 153 ta’ l-1995, 87 ta’ l-1996, 69 u 139 ta’ l-1997, 20 ta’ l-1998 u
213 ta’ l-1999.
Titolu.
Servizzi għall-Esportazzjoni għal Kumpanniji Kwalifikanti.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra 
Kap. 325.
"grupp ta’ kumpanniji" tinkludi:
(a)  il-kumpannija konċernata;
(b) dawk il-kumpanniji li fihom il-kumpannija konċernata,
direttament jew indirettament:
- għandha iktar min-nofs il-kapital jew l-assi tan-
negozju, jew
- għandha s-setgħa li teżerċita iktar min-nofs id-
drittijiet tal-vot, jew
- għandha s-setgħa li tinnomina iktar min-nofs il-
membri fuq il-bord tad-diretturi jew korp ieħor
li għandu r-rappreżentanza legali tal-kumpanniji
imsemmijin, jew
- għandha d-dritt li tamministra l-ħwejjeġ tal-
kumpanniji imsemmijin;
(ċ) dawk il-kumpanniji li fil-kumpannija konċernata
għandhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-
paragrafu (b) ta’ din it-tifsira;
(d) dawk il-kumpanniji li fihom kumpannija kif
imsemmija fil-paragrafu (ċ) għandha d-drittijiet jew is-
setgħat elenkati fil-paragrafu (b) ta’ din it-tifsira;
(e) dawk il-kumpanniji 1i fihom żewġ kumpanniji jew
iktar kif imsemmi fil-paragrafi (a) sa (d) ta’ din it-
tifsira għandhom flimkien id-drittijiet jew is-setgħat
elenkati fil-paragrafu (b) ta’ din it-tifsira;
"Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-industrija;
"servizz għall-esportazzjoni kwalifikanti" tfisser servizz
imwettaq jew mogħti minn kumpannija kwalifikanti li 1-kummerċ
jew negozju ewlieni tagħha jikkonsisti f’wieħed mill-attivitajiet
speċifikati fir-regolament 3.
2 L.S.325.01 ħ
SERVIZZI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAL 
KUMPANNIJI KWALIFIKANTI
Servizzi għall-
esportazzjoni 
kwalifikanti.
Emendat:
A.L. 135 ta’ l-
1994;
A.L. 153 ta’ l-
1995;
A.L. 87 ta’ l-1996;
A.L. 69 ta’ l-1997;
A.L. 139 ta’ l-
1997;
A.L. 20 ta’ l-1998;
A.L. 213 ta’ l-
1999.
3. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-
regolament 5, l-attivitajiet li ġejjin huma stabbiliti bħala servizzi
għall-esportazzjoni kwalifikanti għall-iskop ta’ l-artikolu 3(1)(e)
ta’ l-Att:
(a) it-twettiq ta’ disinni għal prodotti industrijali u
servizzi relatati minn stabbilment f’Malta għal għand
persuni li mhumiex residenti f’Malta;
(b) l-għoti ta’ servizzi ta’ accounting, kontroll u
amministrazzjoni minn uffiċċju f’Malta lil kumpanniji
li mhux residenti f’Malta li jinsabu fl-istess grupp ta’
kumpanniji bħalma tkun il-kumpannija kwalifikanti,
sakemm l-imsemmi grupp ikun jikkonsisti f’mill-inqas
erba’ kumpanniji li jkunu rikonoxxuti bħala li jinsabu
fl-istess grupp mill-Korporazzjoni;
(ċ) l-għoti ta’ computer bureau services, inkluż servizzi
ta’ data bank u computer outsourcing, lil kumpanniji
mhux residenti f’Malta minn stabbiliment f’Malta;
(d) l-għoti ta’ servizzi ta’ project management, pjanar u
servizzi anċillari fir-rigward ta’ xogħol ta’
kostruzzjoni fuq siti barra minn Malta minn uffiċċju
ta’ ko-ordinazzjoni f’Malta, sakemm il-proġett taħt
kostruzzjoni ma jkollu b’ebda mod x’jaqsam ma’
Malta;
(e) l-għoti ta’ servizzi ta’ marketing, advertising,
purchasing, procurement u servizzi relatati minn
stabbiliment f’Malta għal persuni mhux residenti
f’Malta;
(f) l-għoti ta’ servizzi ta’ kontroll ta’ kwalità ,
assigurazzjoni ta’ kwalità  u servizzi anċillari, shop
surveyance, expediting, informazzjoni dwar swieq,
spezzjonijiet u prova ta’ kull tip ta’ impjant,
makkinarji, tagħmir, materjal, oġġett u kommodità
minn stabbiliment f’Malta għal persuni mhux residenti
f’Malta;
(g) l-għoti ta’ visti mediċi speċja1izzati, dijanjosi u
servizzi anċillari minn kliniċi speċjalizzati u ta’
teknoloġija għolja stabbiliti f’Malta għal persuni mħux
residenti f’Malta;
(h) l-għoti ta’ appoġġ loġistiku u bażi ta’ servizzi
komprensivi minn stabbilimenti f’Malta għal persuni
mhux residenti f’Malta li huma involuti fl-industrija
petro-kimika onshore jew offshore;
(i) l-għoti minn stabbiliment f’Malta ta’ servizzi ta’
telekommunikazzjoni bejn lokalitajiet barra minn
Malta lil persuni mhux residenti f’Malta;
(j) l-għoti minn stabbiliment f’Malta ta’ servizzi ta’
accountancy, kontroll, amministrazzjoni u
management lil persuni mhux residenti f’Malta li
jmexxu jew jeżerċitaw xi kummerċ jew negozju li jkun
jikkonsisti prinċipalment fl-operat ta’ lukandi jew
SERVIZZI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAL 
KUMPANNIJI KWALIFIKANTI ġ L.S.325.01 3
stabbilimenti ta’ l-ikel li jkunu qegħdin barra minn
Malta;
Kap. 281.
(k) l-għoti minn stabbiliment f’Malta ta’ servizzi ta’ back
office li jikkonsistu f’servizzi ta’ amministrazzjoni ta’
rutina, book keeping u servizzi ta’ accounting (eskluż
xoghol li jista’ jsir biss minn persuna jew ditta li
jkollha warrant skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att
dwar il-Professjoni ta’ l-Accountancy), servizzi ta’
ipproċessar ta’ informazzjoni u data computer bureau,
database u servizzi ta’ computer outsourcing lil
kumpanniji mhux residenti f’Malta u mhux xort’oħra
stabbiliti f’Malta:
Kap. 330.
Kap. 370.
Kap. 371.
Kap. 376.
Kap. 403.
Kap. 345.
Iżda kull attività  jew servizz, inklużi servizzi
professjonali u ta’ konsulenza li jirrekjedu warrant,
liċenza jew xi awtorizzazzjoni oħra taħt l-Att dwar l-
Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-Att
dwar Servizzi ta’ Investiment, l-Att dwar il-Kummerċ
Bankarju, l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji, l-Att
dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni, l-Att dwar is-
Swieq Finanzjarji, jew kull liġi oħra li tkun effettiva
f’Malta, bl-eċċezzjoni ta’ liċenza tal-pulizija jew
liċenza għaż-żamma ta’ negozju, għandhom jiġu
esklużi u m’għandhomx jikkwalifikaw bħala servizz
kwalifikanti għall-esportazzjoni taħt dan il-paragrafu,
u kull kumpannija li twettaq tali attività  m’għandhiex
tikkwalifika ghall-assistenza taħt l-artikolu 3(1)(e) ta’
l-Att;
(l) l-ghoti minn stabbiliment f’Malta ta’ servizzi relatati
mal-kiri u chartering ta’ ajruplani, li joperaw
esklussivament bejn lokalità  u oħra barra minn Malta,
lil persuni mhux residenti f’Malta;
(m) il-provdiment minn stabbiliment f’Malta ta’ servizzi
ta’ airtime għat-televiżjoni satellitari permezz tat-
teknika Digital Interactive Satellite lil persuni mhux
residenti f’Malta.
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1), l-għoti ta’ xi wieħed
mis-servizzi ta’ hawn fuq lil kumpannija li tissodisfa d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(1)(b) ta’ l-Att, għandu jiġi meqjus
bħala għoti ta’ servizz lil persuna mhix residenti f’Malta.
Approvazzjoni 
mill-
Korporazzjoni.
4. Proġett propost minn kumpannija li tkun qed twettaq l-
attivitajiet imsemmija fir-regolament 3 ma jieħu ebda benefiċċju
jew inċentiv taħt l-Att jekk ma jkunx approvat mill-Korporazzjoni
bil-quddiem, u wara li jkun approvat dan għandu jikkwalifika biss
għal dak il-benefiċċju jew inċentiv sakemm jiġu osservati l-
kondizzjonijiet u l-obbligazzjonijiet kollha ta’ dik l-approvazzjoni.
Attivitajiet 
skwalifikanti.
Emendat:
A.L. 20 ta’ l-1998.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolamenti 3 u 4, il-
kumpanniji li ġejjin ma jikkwalifikawx għal għajnuna taħt l-
artikolu 3(1)(e) ta’ l-Att:
(a) dawk il-kumpanniji li jwettqu xi attività  li mhix
servizz għall-esportazzjoni kwalifikanti jew li, ħlief
4 L.S.325.01 ħ
SERVIZZI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAL 
KUMPANNIJI KWALIFIKANTI
għal dak li hemm provdut fil-proviso għall-paragrafu
(b) u fil-proviso għar-regolament 3, jagħtu servizz lil
persuna li tkun residenti f’Malta;
(b) dawk il-kumpanniji li b’xi mod jassenjaw l-apparat, il-
faċilitajiet jew il-ħaddiema tagħhom, kollha jew f’parti
minnhom, lil xi persuna residenti f’Malta (li ma tkunx
kumpannija li qed tagħti servizz għall-esportazzjoni
kwalifikanti) li hija b’xi mod dirett jew indirett
konnessa jew assoċjata ma’ dawk il-kumpanniji
permezz ta’ azzjonijiet, votazzjoni jew drittijiet oħra
ta’ proprjetà  jew ta’ kontroll, irrispettivament mill-
persuna li dawk id-drittijiet ikunu jew setgħu ġew
vestiti fiha:
Iżda l-Korporazzjoni tista’ tawtorizza dik l-
assenjazzjoni meta min jassenja jkun investa mhux
inqas minn Lm500,000 f’impjant, makkinarju jew
apparat u jagħti prova illi d-dħul totali tal-bejgħ tal-
persuna jew persuni li favurhom qed issir l-
assenjazzjoni ma jeċċedix f’xi sena partikolari ħamsa
fil-mija mid-dħul totali mill-bejgħ ta’ min jassenja;
(ċ) dawk il-kumpanniji li jagħmlu użu mill-apparat,
faċilitajiet jew impjegati ta’ xi kumpannija stabbilita
f’Malta kemm-il darba il-Korporazzjoni ma teżentax l-
użu ta’ xi apparat, faċilitajiet jew għadd ta’ impjegati
speċifiċi mid-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subregolament;
(d) dawk il-kumpanniji li, għalkemm mhux involuti f’xi
arranġament imsemmi fil-paragrafu (a) jew (b),
ibiegħu jew jixtru xi prodott jew servizz lil jew
mingħand xi persuna residenti f’Malta, kemm-il darba
dak il-bejgħ jew xiri ma jkunx fil-fehma tal-
Korporazzjoni sehem meħtieġ u integrali mill-
attivitajiet tal-kumpannija kwalifikanti u jsir bi prezz
ġust u xieraq.
Awtorizzazzjoni. 6. F’dawn ir-regolamenti, kull referenza għal xi
awtorizzazzjoni, approvazzjoni, eżenzjoni jew permess ieħor tal-
Korporazzjoni jew mingħandha tkun biss valida jekk din tinghata
bil-miktub mill-Korporazzjoni.
