SERVIZZI TA’ APPOĠĠ GĦAL 
KUMPANNIJI KWALIFIKANTI ġ L.S.325.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 325.02
REGOLAMENTI DWAR SERVIZZI
TA’ APPOĠĠ GĦAL KUMPANNIJI KWALIFIKANTI
3 ta’ Ottubru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 138 ta’ l-1995, kif emendat bl-Avviż Legali 44 ta’ l-
1999.
Titolu.
Servizzi ta’ Appoġġ għal Kumpanniji Kwalifikanti.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 325.
"Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-industrija;
"servizz ta’ appoġġ kwalifikanti" tfisser servizz imwettaq jew
mogħti minn kumpannija kwalifikanti li l-kummerċ jew in-negozju
ewlieni tagħha jikkonsisti fl-attivitajiet speċifikati fir-regolament
3.
Servizz  ta’ appoġġ 
kwalifikanti.
Emendat:
A.L. 44 ta’ l-1999.
3. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-
regolament 5, l-attivitajiet li ġejjin huma stabbiliti bħala servizz ta’
appoġġ kwalifikanti għall-iskop ta’ l-artikolu 3(1)(f) ta’ l-Att:
(a) l-għoti ta’ servizzi direttament meħtieġa għall-
iżvilupp, produzzjoni u distribuzzjoni ta’ feature films,
riklami u programmi televiżivi, inkluż l-għoti ta’
faċi1itajiet ta’ studio, film sets, tagħmir għall-iffilmjar,
direzzjoni, riżorsi umani, marketing u servizzi
eżekuttivi oħra;
(b) l-għoti minn stabbiliment f’Malta ta’ servizzi relatati
ma’ video u digital content provision għad-
distribuzzjoni fuq l-Internet mad-dinja kollha.
Approvazzjoni 
mill-
Korporazzjoni.
4. Proġett propost minn kumpannija li tkun qed twettaq l-
attivitajiet imsemmija fir-regolament 3 ma jieħu l-ebda benefiċċju
jew inċentiv taħt l-Att jekk ma jkunx approvat mill-Korporazzjoni
bil-quddiem, u wara li jkun approvat dan għandu jikkwalifika biss
għal dak il-benefiċċju jew inċentiv sakemm jiġu osservati l-
kondizzjonijiet u l-obbligazzjonijiet kollha ta’ dik l-approvazzjoni.
Awtorizzazzjoni.
awtorizzazzjoni, approvazzjoni, eżenzjoni jew permess ieħor tal-
Korporazzjoni jew mingħandha jkun biss validu jekk dan jingħata
bil-miktub millKorporazzjoni.
