INTRAPRIŻI ŻGĦAR
(LIVELLI TA’ THRESHOLD) ġ L.S.325.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 325.03
REGOLAMENTI DWAR INTRAPRIŻI ŻGĦAR
(LIVELLI TA’ THRESHOLD)
5 ta’ Awissu, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 110 ta’ l-1997.
Titolu.
Intrapriżi Żgħar (Livelli ta’ Threshold).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 325.
"impjegat" tfisser persuna li tkun għamlet, jew taħdem taħt,
kuntratt ta’ servizz, jew li tkun intrabtet personalment li tagħmel xi
xoghol jew ħidma għal ħaddieħor, u tgħodd ukoll għal ħaddiem
part-time jew ħaddiem li jagħmel xogħol barra;
"investiment totali" tfisser in-nefqa kapitali għal impjant u
makkinarju li tkun saret matul l-aħħar tlett snin ta’ qabel;
"Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-industrija;
"għadd ta’ impjegati" tfisser il-medja tal-għadd ta’ impjegati
matul l-aħħar tlett snin ta’ qabel;
"total tal-karta tal-bilanċ" jkun magħmul mill-attiv marbut, attiv
kurrenti, ħlasijiet bil-quddiem u dħul miġmugh;
"turnover" tinkludi l-ammonti li jinkisbu mill-bejgħ ta’ prodotti
u l-għoti ta’ servizzi li jaqgħu taħt l-attivitajiet ordinarji ta’ l-
intrapriża żgħira, wara li jitnaqqsu skonti u taxxi tal-bejgħ li
jkollhom x’jaqsmu direttament mal-bejgħ.
Livelli ta’ 
threshold.
3. Il-livelli ta’ threshold skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 24(2)(b) ta’ l-Att qed jiġu stabbiliti mill-Ministru kif ġej:
(a) turnover fis-sena li ma jeċċedix il-Lm250,000;
(b) għadd ta’ impjegati li ma jeċċedix l-għaxra;
(ċ) total tal-karta tal-bilanċ li ma jeċċedix il-Lm130,000;
(d) investiment totali li ma jeċċedix it-Lm80,000.
Approvazzjoni 
mill-
Korporazzjoni.
4. Intrapriża żghira li tikkwalifika skond id-disposizzjonjiet
ta’ l-artikolu 24(2)(b) ta’ l-Att, u tar-regolament 3 ta’ dawn ir-
regolamenti, ma tieħu l-ebda benefiċċju jew inċentiv taħt l-Att
kemm-il darba t-talba tagħha għall-għajnuna ma tkunx approvata
mill-Korporazzjoni bil-quddiem, u wara din l-approvazzjoni din
għandha tikkwalifika biss għal dak il-benefiċċju jew għajnuna
sakemm jiġu osservati l-kondizzjonijiet u l-obbligazzjonijiet kollha
ta’ dik l-aprovazzjoni.
Gruppi ta’ 
kumpanniji, eċċ.
5. Gruppi ta’ kumpanniji, soċjetajiet, koperattivi jew negozji,
li jkollhom l-istess sid jew kontroll, għandhom jitqiesu bħala entità
waħda għall-għanijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
2 L.S.325.03 ħ
INTRAPRIŻI ŻGĦAR
(LIVELLI TA’ THRESHOLD)
Skwalifika. 6. Intrapriża żghira li jkollha aktar minn ħamsa u għoxrin fil-
mija minnha li tkun proprjetà  ta’ intrapriża waħda jew aktar li ma
tikkwalifikax skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artiko1u 24(2)(b) ta’
l-Att, tiġi skwalifikata milli takkwista xi inċentiv jew benefiċċju
taht l-Att bħala intrapriża żgħira.
Awtorizzazzjoni 
bil-miktub.
7. F’dawn ir-regolamenti, kull referenza għal xi
awtorizzazzjoni jew approvazzjoni li tingħata mill-Korporazżjoni
għandha tkun biss valida jekk din tingħata bil-miktub mill-
Korporazzjoni.
