﻿PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 1 
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 325.06 
REGOLAMENTI DWAR 
IL-PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
1 ta’ Novembru, 2000 
L-AVVIŻ LEGALI 135 ta’ l-2001, kif emendat bl-Avviżi Legali 228 ta’ l- 
2002, u 98 u 128 ta’ l-2003. 
Titolu. 1. It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti dwar il- 
Promozzjoni tan-Negozju. 
Tifsir. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002; 
A.L. 98 ta’ l-2003; 
A.L. 128 ta’ l- 
2003. Kap. 325. 
2. (1) F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il darba r-rabta talkliem 
ma teħtieġx xort’oħra: 
"Att" tfisser l-Att dwar il-Promozzjoni tan-Negozju; 
"intrapriża ta’ daqs medju", "intrapriża żgħira" u "mikro 
intrapriża" għandhom it-tifsira mogħtija lilhom fir-regolament 3; 
"Korporazzjoni" tfisser: 
(a) għal finijiet tar-regolament 11, l-Institute for the 
Promotion of Small Enterprise Limited; 
(b) għal finijiet tar-regolament 13 u 14(1) sa (5), il- 
Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ; 
(ċ) għall-finijiet tar-regolamenti 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12, 
14(6) sa (9), 18, 20, 28 u 30 sa 39, il-Korporazzjoni 
għall-iżvilupp ta’ Malta; 
u għall-finijiet tar-regolamenti l-oħra, il-kelma "Korporazzjoni" 
tfisser xi waħda mill-entijiet hawn fuq imsemmija skond ma jeħtieġ 
il-każ; 
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-Servizzi 
Ekonomiċi u tinkludi, fil-limitu ta’ l-awtorità mogħtija, kull 
persuna jew awtorità li tiġi awtorizzata għaldaqshekk minn dak il- 
Ministru għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti; 
"spiża kwalifikanti" tfisser spiża ta’ natura kapitali - 
(a) li tkun intnefqet għall-akkwist, żvilupp jew 
kostruzzjoni ta’ attiv tanġibbli fiss li jikkonsistu f’art, 
bini jew strutturi, impjant u makkinarju (kompriż 
computer software); jew 
(b) li tkun intnefqet għall-akkwist jew l-iżvilupp ta’ 
teknoloġija jew know-how kemm jekk dan jkunx 
patented jew le, 
fejn l-attiv tanġibbli jew intanġibbli msemmija fil-paragrafi (a) u 
(b) jintużaw fil-produzzjoni ta’ l-income li ġej minn l-attivitajiet 
msemmija fl-artikolu 3(1) ta’ l-Att; u 
fejn il-proġett ta’ investiment li fih l-ispiża intnefqet jinżamm għal 
mhux inqas minn ħames snin jew xi perjodu iqsar li l- 
Korporazzjoni tista’ tiddeċiedi minħabba n-natura tal-proġett ta’ 
investiment; u "proġett ta’ investiment" jinkludi kwalunkwe spiża 
kwalifikanti li tkun intnefqet mill-kumpannija sew jekk tali spiża

2 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
tintnefaq fuq perjodu ta’ żmien jew le u sew jekk l-ispiża hija għal 
numru ta’ affarijiet jew le: 
Iżda fil-każ ta’ dawk il-kumpanniji li ma jikkwalifikawx 
bħala intrapriżi ta’ daqs medju jew żgħar, l-ispiża kwalifikanti 
skond il-paragrafu (b) m’għandiex teċċedi 25% ta’ l-ispiża 
kwalifikanti totali: 
Iżda wkoll l-ispiża għandha tintnefaq għat-twaqqif ta’ 
attività ġdida, l-estensjoni jew espansjoni ta’ attività eżistenti jew 
għall-bidu ta’ attività li tinvolvi bidla fundamentali tal-prodott jew 
tal-proċessi ta’ produzzjoni użati f’dak iż-żmien mill-kumpannija, 
sakemm dik l-attività titmexxa f’Malta: 
Iżda wkoll l-ispiża imsemmija fil-paragrafu (a) għandha 
tintnefaq fuq attiv - 
(i) li huma ġodda jew użati f’Malta għall-ewwel 
darba, iżda mhux meta l-attiv jikkonsisti f’art 
jew bini; u 
(ii) li għalihom l-ebda benefiċċju għal fini tat-taxxa 
fuq l-income ma ingħata qabel sew taħt l-Att 
sew taħt xi regolamenti magħmula taħtu lil xi 
persuna li hija konnessa mal-kumpannija li qed 
titlob xi benefiċċju kontemplat f’dawn irregolamenti 
jew fl-Att; u għall-finijiet ta’ dan issubparagrafu 
persuna tkun kunsidrata konnessa 
ma’ tali kumpannija jekk waħda minnhom tkun, 
direttament jew indirettament, tikkontrolla jew 
tkun is-sid benefiċjarju ta’ iktar minn ħamsin filmija 
ta’ l-oħra, jew it-tnejn ikunu kontrollati jew 
il-proprjetà benefiċjarja, sa iktar minn ħamsin 
fil-mija, ta’ l-istess persuni: 
Iżda wkoll: 
(i) proprjetà immobbli taħt titolu ta’ enfitewsi; u 
(ii) kwalunkwe attiv akkwistat permezz ta’ kuntratt 
ta’ kiri li jistipula li l-proprjetà ta’ l-attiv 
għandha jew tista’ tiġi trasferita lill-inkwilin 
wara illi tkun tħallset somma speċifikata, 
ikun, għal finijiet ta’ din it-tifsira, meqjus bħala attiv akkwistat 
mill-kumpannija: 
Iżda wkoll dwar l-ispiża li tintnefaq għall-akkwist ta’ attivi 
msemmija fil-paragrafu (b), tali spiża trid tintnefaq fuq attiv li, 
skond prinċipji ġeneralment aċċettati ta’ kontjar, huma 
ammortizzabbli u jkunu nxtraw minn terzi persuni skond 
kondizzjonijiet tas-suq; 
"trattament ta’ skart" tfisser proċessi fiżiċi, termali, kimiċi jew 
bioloġiċi, inkluża s-separazzjoni, li jibdlu l-karatteristiċi ta’ l-iskart 
sabiex jitnaqqas il-volum tiegħu jew in-natura perikoluża tiegħu, 
jiġi ffaċilitat l-immaniġġjar tiegħu jew jgħin għall-irkupru tiegħu, u 
għandha tinkludi l-immaniġġar ta’ l-iskart. 
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1), 
kliem u espressjonijiet użati f’dawn ir-regolamenti jkollhom,

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 3 
kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, it-tifsira 
mogħtija lilhom fl-Att. 
Tifsira ta’ 
intrapriżi żgħar u 
medji. 
Emendat: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
3. (1) Intrapriża ta’ daqs medju hija intrapriża li ma tkunx 
intrapriża żgħira kif imfissra f’dawn ir-regolamenti, u li - 
(a) għandha inqas minn mitejn u ħamsin impjegat; u 
(b) għandha - 
(i) turnover annwali li ma jeċċedix l-ekwivalenti ta’ 
erbgħin miljun Ewro; jew 
(ii) total tal-karta tal-bilanċ, jiġifieri, attiv totali li, 
fi tmiem perijodu ta’ kontjar, ma jeċċedix lekwivalenti 
ta’ sebgħa u għoxrin miljun Ewro; u 
(ċ) għandha tiġi ttrattata bħala indipendenti skond issubregolament 
(3): 
Iżda l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi (a) u (b) 
jitqiesu li ġew sodisfatti mill-intrapriża jekk jiġu sodisfatti b’mod 
kollettiv mill-intrapriża u minn xi intrapriża oħra li għall-inqas 
25% tal-kapital tagħha jew tad-drittijiet ta’ votazzjoni tagħha 
huma, direttament jew indirettament, f’idejn l-ewwel intrapriża; u 
għal dan il-għan in-numru ta’ impjegati, turnover u attiv totali 
jingħaddu flimkien għal dawn l-intrapriżi kollha; iżda loperazzjonijiet 
ta’ bejgħ u l-bilanċi bejn dawn l-imsemmija 
intrapriża għandhom ikunu injorati. 
(2) Intrapriża żgħira hija intrapriża li - 
(a) għandha inqas minn ħamsin impjegat; u 
(b) għandha - 
(i) turnover annwali li ma jeċċedix l-ekwivalenti ta’ 
seba’ miljun Ewro; jew 
(ii) total tal-karta tal-bilanċ, jiġifieri, attiv totali li, 
fi tmiem perijodu ta’ kontjar, ma jeċċedix lekwivalenti 
ta’ ħames miljun Ewro; u 
(ċ) għandha tiġi ttrattata bħala indipendenti skond issubregolament 
(3): 
Iżda l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi (a) u (b) 
jitqiesu li ġew sodisfatti mill-intrapriża jekk jiġu sodisfatti b’mod 
kollettiv mill-intrapriża u minn xi intrapriża oħra li għall-inqas 
25% tal-kapital tagħha jew tad-drittijiet ta’ votazzjoni tagħha 
huma, direttament jew indirettament, f’idejn l-ewwel intrapriża; u 
għal dan il-għan in-numru ta’ impjegati, turnover u attiv totali 
jingħaddu flimkien għal dawn l-intrapriżi kollha; iżda loperazzjonijiet 
ta’ bejgħ u l-bilanċi bejn dawn l-imsemmija 
intrapriżi għandhom ikunu injorati. 
(3) Għal finijiet tas-subregolamenti (1) u (2), intrapriża titqies 
bħala indipendenti jekk mhux iktar minn 25% tal-kapital tagħha 
jew tad-drittijiet ta’ votazzjoni tagħha huma proprjetà ta’ intrapriża 
waħda, jew ta’ diversi intrapriżi flimkien, li ma jissodisfawx ilkondizzjonijiet 
tas-subregolamenti (1) u (2), skond il-każ. 
(4) Jekk tenħtieġ distinzjoni bejn intrapriża żgħira u mikro 
intrapriża, din ta’ l-aħħar hija intrapriża b’inqas minn għaxar

4 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
impjegati u tissodissfa il-kondizzjonijiet l-oħra biex tikkwalifika 
bħala intrapriża żgħira. 
(5) Sabiex jiġi determinat jekk il-kondizzjonijiet imsemmija 
fis-subregolament (1)(a) u (b) u fis-subregolament (2)(a) u (b) 
humiex sodisfatti, għandha ssir riferenza għall-aħħar rapport 
finanzjarju approvat ta’ l-intrapriża: 
Iżda meta l-aħħar rapporti finanzjarji approvati talkumpannija 
ma jirreferux għall-aħħar żewġ perijodi finanzjarji ta’ 
l-intrapriża jew jekk ir-rapporti finanzjarji ma jkunux għadhom 
ġew approvati d-determinazzjoni dwar jekk kumpannija tissodisfax 
jew le dawk il-kondizzjonijiet għandha ssir mill-Korporazzjoni fuq 
il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-kumpannija u kull 
informazzjoni oħra li tkun għad-disposizzjoni tal-Korporazzjoni. 
(6) Sabiex jiġi determinat jekk intrapriża tissodisfax ilkondizzjonijiet 
imsemmija fis-subregolamenti (1) u (2) - 
(a) jekk it-turnover annwali ta’ dik l-intrapriża jkun muri 
f’liri Maltin, dan għandu jiġi konvertit f’Ewro skond 
rata tal-kambju medja li tiġi determinata billi jiġi diviż 
it-total tar-rati tal-kambju medji ffissati mill-Bank 
Ċentrali ta’ Malta għal kull xahar sħiħ kompriż 
f’perijodu ta’ kontjar bin-numru ta’ xhur sħaħ 
kompriżi f’dak il-perijodu; u 
(b) jekk l-attiv totali ta’ dik l-intrapriża jkun muri f’liri 
Maltin, dan għandu jiġi konvertit f’Ewro skond l-aħħar 
rata tal-kambju medja ffissata mill-Bank Ċentrali ta’ 
Malta fid-data jew qabel id-data li fiha l-perijodu ta’ 
kontjar ta’ dik l-intrapriża jispiċċa; 
u jekk intrapriża tipprepara r-rapporti finanzjarji tagħha f’munita 
oħra li ma tkunx il-lira Maltija jew l-Ewro, it-turnover u l-attiv 
totali ta’ dik il-kumpannija għandhom l-ewwel jiġu konvertiti f’liri 
Maltin u mbagħad f’Ewro b’riferenza għar-rati tal-kambju medji 
ffissati mill-Bank Ċentrali ta’ Malta u skond il-metodi msemmija 
fil-paragrafi (a) u (b). 
(7) Fil-każ ta’ intrapriża li għaliha diġà ġie stabbilit 
b’referenza għar-rapporti finanzjarji tagħha għal perijodu ta’ mhux 
inqas minn tnax il-xahar jekk tikkwalifikax bħala intrapriża ta’ 
daqs medju, intrapriża żgħira jew mikro intrapriża, din takkwista 
jew titlef tali stat jekk il-kondizzjonijiet imsemmija fissubregolamenti 
(1) u (2) ikunu sodisfatti jew ma jkunux iktar 
sodisfatti, skond ma jkun il-każ, għal żewġ perijodi ta’ kontjar 
konsekuttivi. 
(8) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament in-numru ta’ impjegati 
full-time tasal għalih billi tiddividi n-numru ta’ impjegati full-time li jaħdmu fl-intrapriża fl-aħħar ta’ kull xahar sħiħ kompriż 
f’perijodu ta’ kontjar bin-numru ta’ xhur f’dak il-perijodu ta’ 
kontjar. 
(9) Għall-finijiet tas-subregolamenti (1) u (2), in-numru ta’ 
impjegati għandu jigi determinat billi tgħodd man-numru ta’ 
impjegati full-time ir-riżultat meta tivvidi in-numru ta’ sigħat li 
jkunu ħadmu l-impjegati li ma humiex full-time b’elf seba’ mija u

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 5 
sittin. 
(10) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, jekk perijodu 
finanzjarju ta’ kumpannija, li ma jkunx l-ewwel perijodu 
finanzjarju, huwa inqas jew iktar minn tnax-il xahar, l-ammonti 
msemmija fis-subregolament (1)(b) u fis-subregolament (2)(b) u innumru 
ta’ sigħat li jkunu ħadmu l-impjegati li ma humiex full-time kif imsemmija fis-subregolament (9) għandhom jiġu diviżi bi tlett 
mija u ħamsa u sittin u moltiplikat bin-numru ta’ ġranet kompriżi 
f’dak il-perijodu ta’ kontjar. 
(11) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, "intrapriża" tfisser 
intrapriża li tmexxi kummerċ jew negozju f’Malta: 
B’dan iżda dan is-subregolament m’għandux ikun 
applikabbli għall-iskop biex jiġi determinat jekk intrapriża tkunx 
intrapriża żgħira, ta’ daqs medju jew mikro intrapriża sabiex jiġu 
stabbiliti: 
(i) il-benefiċċji ta’ taxxa li dik l-intrapriża għandha 
tkun intitolata għalihom fis-sena ta’ stima 2004 
u fis-snin ta’ stima sussegwenti; 
(ii) il-benefiċċji oħra li dik l-intrapriża għandha tkun 
intitolata għalihom mill-1 ta’ Jannar, 2003 ’il 
quddiem. 
Rati mnaqqsa ta’ 
taxxa fuq l-income. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002; 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
4. (1) Meta kumpannija, matul il-perijodu ta’ kontjar 
rilevanti kollu, tissodisfa il-kondizzjonijiet imsemmija f’dan irregolament, 
il-profitti li tali kumpannija tagħmel mill-kummerċ jew 
negozju tagħha li tmexxi f’Malta għandhom - 
(a) b’effett mis-sena ta’ stima li minnha ddisposizzjonijiet 
ta’ dan ir-regolament japplikaw u 
għas-sitt snin ta’ stima sussegwenti, ikunu soġġetti 
għat-taxxa fuq l-income bir-rata ta’ 5%; 
(b) għas-sitt snin ta’ stima li jiġu minnufih wara s-snin ta’ 
stima stabbiliti skond il-paragrafu (a), ikunu soġġetti 
għat-taxxa fuq l-income bir-rata ta’ 10%; 
(ċ) għall-ħames snin ta’ stima li jiġu minnufih wara s-snin 
ta’ stima stabbiliti skond il-paragrafi (a) u (b), ikunu 
soġġetti għat-taxxa fuq l-income bir-rata ta’ 15%: 
Iżda l-aħħar sena ta’ stima li għaliha għandhom japplikaw 
id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandha tkun is-sena ta’ 
stima 2021: 
Iżda wkoll, bla ħsara għal dak li hemm fil-proviso 
preċedenti, il-Korporazzjoni għandha tikkonferma lil kull 
kumpannija li tikkwalifika taħt dan ir-regolament, in-numru 
minimu ta’ snin ta’ stima, li m’għandhomx ikunu iktar minn għaxar 
snin ta’ stima, li għalihom id-disposizzjonijiet ta’ dan irregolament 
għandhom japplikaw għal dik il-kumpannija; u il- 
Korporazzjoni tista’, mhux iktar kmieni minn tnax-il xahar qabel ittmiem 
ta’ tali perijodu, iġġedded tali konferma għal perijodu ieħor 
ta’ mhux aktar minn ħames snin: 
Iżda wkoll, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ 
kumpannija għal xi perijodu kkonfermat mill-Korporazzjoni skond 
il-proviso immedjatament preċedenti, il-Ministru jista’ b’avviż fil

6 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
Gazzetta jiddetermina illi l-aħħar sena ta’ stima li għaliha iddisposizzjonijiet 
ta’ dan ir-regolament għandhom japplikaw 
għandha tkun sena ta’ stima li tiġi qabel is-sena ta’ stima 2021: 
Iżda wkoll kumpanniji msemmija fis-subregolament (2)(a) 
ikunu eliġibbli li jħallsu t-taxxa msemmija fil-paragrafi (b) u (ċ) ta’ 
dan is-subregolament biss u f’tali każ ir-rata ta’ taxxa msemmija 
fil-paragrafu (b) tkun applikabbli għal sitt snin ta’ stima b’effett 
mis-sena ta’ stima li minnha d-disposizzjoinijiet ta’ dan irregolament 
jibdew iseħħu u r-rata ta’ taxxa msemmija fil-paragrafu 
(ċ) tapplika għall-ħames snin ta’ stima ta’ wara. 
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1) is-sena ta’ stima li 
minnha d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom 
japplikaw hija - 
(a) is-sena ta’ stima 2002, jew kwalunkwe waħda missentejn 
ta’ stima sussegwenti fil-każ ta’ - 
(i) kumpannija kostitwita f’Malta u li kienet teżisti 
fil-ġurnata li minnufih qabel id-data tal-bidu fisseħħ 
ta’ dan ir-regolament; u 
Kap. 386. 
(ii) kumpannija kostitwita barra minn Malta u li 
kienet reġistrata bħala kumpannija barranija taħt 
l-Att dwar il-Kumpanniji fil-ġurnata minnufih 
qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan irregolament, 
kif ikun deċiż mill-kumpannija permezz ta’ avviż lill- 
Korporazzjoni mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2003; 
(b) kwalunkwe waħda mill-ewwel tlett snin ta’ stima talkumpannija 
fil-każ ta’ kull kumpannija oħra kif ikun 
deċiż mill-kumpannija sa l-aħħar tat-tielet sena ta’ 
stima tagħha, 
hekk iżda illi jekk tali avviż ma jingħatax sad-dati fuq imsemmija, 
l-ewwel sena mis-snin ta’ stima disponibbli tkun l-ewwel sena ta’ 
stima li minnha d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament japplikaw: 
Iżda meta kumpannija msemmija fil-paragrafu (a) tmexxi 
kummerċ li jikkonsisti fi proġett li għalih il-Korporazzjoni tat, 
qabel id-data msemmija fl-imsemmi paragrafu (a), l-approvazzjoni 
tagħha, sew jekk taħt xi kondizzjoni sew jekk le, li kumpannija li 
tmexxi dan il-proġett tikkwalifika għal xi inċentivi msemmija flartikoli 
4, 5, jew 5A ta’ l-Att, dik il-kumpannija, jekk ma tkunx 
għadha bdiet tutilizza dak l-inċentiv, tkun meqjusa bħala 
kumpannija li taqa’ taħt il-paragrafu (b). Ċertifikat maħruġ mill- 
Korporazzjoni, li permezz tiegħu kumpannija tkun meqjusa bħala 
kumpannija li taqa’ taħt il-paragrafu (b), jikkostitwixxi prova 
konklużiva tal-fatti hemm imsemmija għall-finijiet kollha tal-liġi u 
kopja ta’ dak iċ-ċertifikat tingħata mill-Korporazzjoni lid- 
Dipartiment tat-Taxxi Interni: 
Iżda wkoll kumpannija li għaliha il-proviso preċedenti 
jirreferi tkun meqjusa bħala kumpannija li taqa’ taħt il-paragrafu 
(b) sakemm tissodisfa dawk il-kondizzjonijiet kontenuti fl-hawn 
fuq imsemmija approvazzjoni tal-Korporazzjoni kif il- 
Korporazzjoni tista’ tispeċifika fiċ-ċertifikat imsemmi fil-proviso 
preċedenti.

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 7 
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (4), 
kumpannija tikkwalifika għall-benefiċċju msemmi fissubregolament 
(1) jekk il-kummerċ jew negozju tagħha f’Malta 
jikkonsisti biss f’xi waħda jew iktar minn dawn l-attivitajiet 
kwalifikanti: 
(a) xi waħda jew iktar mill-attivitajiet imsemmija fl- 
Iskeda, li qed tiġi pubblikata fit-test Ingliż biss; 
(b) it-tiswija, miljorament jew manutenzjoni ta’ xi waħda 
minn dawn: 
(i) jottijiet jew bastimeni bil-mutur li huma mhux 
inqas minn tmien metri fit-tul li ma humiex użati 
f’kummerċ jew negozju li jikkonsisti fit-trasport 
ta’ passiġġieri jew affarijiet imma inklużi 
jottijiet jew bastimenti bil-mutur li, avolja huma 
wżati f’tali kummerċ jew negozju, huma hekk 
użati għat-trasport u akkomodazzjoni ta’ 
passiġġieri f’jottijiet jew bastimenti li 
m’għandhomx iktar minn tletin sodda, inġenji 
ta’ l-ajru; makni jew tagħmir inkorporat jew użat 
f’tali bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru; jew 
komponenti ta’ tali makni jew tagħmir; 
(ii) turbini; 
(iii) gantry cranes, quay cranes, reach stackers, tug 
masters u forlifters kbar (jew it-tagħmir 
tagħhom) li huma wżati għall-immaniġġar ta’ 
containers ġo port; 
(iv) containers li għandhom tul ta’ ħmistax-il pied 
jew iktar u li jintużaw għall-ġarr ta’ merkanzija; 
(v) affarijiet li l-manifattura tagħhom taqa’ taħt xi 
waħda jew iktar mill-attivitajiet imsemmija filparagrafu 
(a) u liema affarijiet ikunu ġew 
manifatturati mill-kumpannija; 
(ċ) tiswija, manutenzjoni, stallazzjoni u kummissjonar ta’ 
sistemi elettriċi u elettroniċi għall-bastimenti; 
(d) l-iżvilupp ta’ software, inkluża id-debugging ta’ 
software u l-istallazzjoni, implimentazzjoni, assistenza 
u manutenzjoni tas-software u l-għoti ta’ taħriġ fuq luż
u tas-software fejn l-istallazzjoni, implimentazzjoni, 
assistenza, manutenzjoni għas-software jew l-għoti ta’ 
taħriġ isir mill-kumpannija li tkun żviluppat tali 
software f’Malta jew dwar proġett speċifiku, li 
prinċipalment isir dwar software żviluppat millkumpannija 
f’Malta; 
(e) l-iżvilupp u ż-żamma ta’ informazzjoni u kontenut 
prinċipalment sabiex tkun imqassma 
internazjonalment permezz ta’ media li għaliha hemm 
aċċess elettroniku inkluż l-internet, il-world wide web, 
servizzi ta’ WAP, televiżjoni interattiva, compact discs u intranet; 
(f) riċerka u żvilupp inkluż id-disinn jew żvilupp ta’ 
oġġetti jew l-iżvilupp ta’ proċessi jew metodi ta’

8 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
produzzjoni; 
(g) trattament ta’ skart; 
Kap. 334. (h) l-attivitajiet imsemmija fl-artikolu 11 ta’ l-Att dwar il- 
Portijiet Ħielsa ta’ Malta u li jsiru f’port ħieles kif 
imfisser f’dak l’Att, minn kumpannija li għandha 
liċenza taħt dak l-Att; 
(i) il-produzzjoni ta’ produzzjonijiet awdjo viżivi li 
jikkonsistu f’feature films, films għat-televiżjoni, 
programmi ta’ reklamar jew reklami u dokumentarji; 
(j) bijoteknoloġija li tikkomprendi: 
(i) il-produzzjoni jew l-iżvilupp ta’ proprjetà jew 
affarijiet oħra intellettwali; jew 
(ii) l-għoti ta’ servizzi, 
li jirriżultaw minn, jew li għandhom x’ jaqsmu ma,’ listudju, 
riċerka, skoperta, applikazzjoni, 
modifikazzjoni jew żvilupp ta’ organiżmi ħajjin jew 
materjali derivati minnhom: 
Iżda kumpannija li tmexxi l-attivitajiet imsemmija filparagrafi 
(g) jew (j) tikkwalifika għall-benefiċċju msemmi f’dan irregolament 
biss jekk il-proġett ikun approvat mill-Korporazzjoni u 
l-Korporazzjoni tista’, meta tagħti tali approvazzjoni, timponi dawk 
il-kondizzjonijiet li jidhrilha xierqa. 
(4) Kumpannija ma tikkwalifikax għall-benefiċċju pprovdut 
fis-subregolament (1) jekk - 
(a) il-kumpannija tbiegħ bl-imnut u għal dan il-għan 
kumpannija ma titqiesx li qiegħda tbiegħ bl-imnut jekk 
il-bejgħ tagħha ta’ prodotti jew servizzi isiru lil: 
(i) persuna li tmexxi kummerċ u il-prodotti jew 
servizzi mibjugħa lit-tali persuna jew jerġgħu 
jinbiegħu mit-tali persuna jew huma użati mittali 
persuna għal skopijiet tal-kummerċ tagħha; 
jew 
(ii) persuna, li mhux individwu, li tuża dawk ilprodotti 
jew servizzi għall-iskopijiet ta’ attività li tagħmel tali persuna; 
(b) il-kummerċ jew negozju tal-kumpannija jinkludi xi 
waħda mill-attivitajiet li ġejjin: 
(i) is-separazzjoni, l-għażla, l-ipakkjar, it-taħlit 
mingħajr ma jinbidel il-karattru tal-prodott, ittnixxif, 
l-ittikkettjar, jew proċessi simili oħra 
jew kwalunkwe taħlita ta’ l-imsemmija proċessi 
fuq prodotti li jiġu akkwistati bil-bulk u biss 
biex jippreparaw dawk l-prodotti għall-bejgħ 
jew għad-distribuzzjoni, esklużi dawk ilprodotti 
li dwarhom il-kumpannija tagħmel 
kwalunkwe attività oħra li hija msemmija fissubregolament 
(3)(a); 
(ii) l-immuntar ta’ kwalunkwe prodott fejn: 
(1) il-prodott finali immuntat huwa

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 9 
rikonoxxibbli b’mod ċar mill-komponenti 
individwali jew partijiet li minnhom ġie 
mmuntat mingħajr ma tiġi kkunsidrata 
kwalunkwe qoxra ta’ barra tal-prodott; u 
(2) il-komponenti u partijiet li minnhom ġie 
mmuntat il-prodott huma tali illi l-prodott 
huwa kważi komplut u x-xogħol ta’ 
mmuntar u s-superviżjoni ta’ tali xogħol ta’ 
mmuntar jirrikjedi biss l-impieg ta’ 
ħaddiema li huma kważi kollha mhux tassengħ
a, 
hekk li l-operazzjoni ta’ mmuntar hija ta’ natura 
fittizja meta tkun ikkunsidrata fid-dawl ta’ lattivitajiet 
ta’ manifattura; 
(iii) bla ħsara għas-subregolament (3)(b) u (ċ), ittiswija, 
manuntenzjoni, ppreservar, miljorament, 
reconditioning, tagħmir mill-ġdid jew restawr 
ta’ kwalunkwe prodott jew kull taħlita ta’ tali 
attivitajiet fejn tali attivitajiet ma jimponux fuq 
tali prodotti tibdil fil-karattru tagħhom; 
(iv) bla ħsara għas-subregolament (3)(ċ), listallazzjoni, 
ikkummissjunar jew immuntar ta’ 
prodotti fuq il-post, fejn l-imsemmija prodotti 
ma kienux manifatturati mill-kumpannija li 
qiegħda tistalla, tikkummissjona jew timmunta 
il-prodotti fil-post: 
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu 
ma japplikawx għal kumpannija li tmexxi biss xi 
waħda jew iktar mill-attivitajiet imsemmija filparagrafi 
(b) sa (j) tas-subregolament (3): 
Iżda wkoll d-disposizzjonijiet ta’ dan ilparagrafu 
ma japplikawx għal kumpannija li 
tmexxi xi xogħol ta’ immuntar bħala, jew bħala 
parti minn, l-attività imsemmija fissubregolament 
(3)(h); 
(ċ) il-kumpannija, li hija eliġibbli għall-benefiċċji 
msemmija fl-artikoli 4, 5 jew 5A ta’ l-Att, ma 
rrinunzjatx, skond l-artikolu 34(2) ta’ l-Att, id-dritt 
tagħha biex tkun eleġibbli għall-benefiċċji msemmija 
f’dawk l-artikoli għas-sena ta’ stima in kwistjoni u 
għas-snin ta’ stima sussegwenti: 
Iżda kumpannija li ma rrinunzjatx għad-dritt 
tagħha li tkun eliġibbli għall-benefiċċji msemmija flartikoli 
4, 5 u 5A ta’ l-Att kif pprovdut hawn fuq tista’ 
tieħu d-deċiżjoni tagħha skond is-subregolament (2) 
billi tavża l-Korporazzjoni. 
(5) (a) Kumpannija tkun eliġibbli sabiex tikkwalifika għallbenefiċċ
ji msemmija f’dan ir-regolament jekk jiġi 
deċiż li hija hekk eliġibbli mill-Korporazzjoni. 
(b) Sabiex tkun tista’ tieħu d-deċiżjoni msemmija filparagrafu 
(a), il-Korporazzjoni għandha tikkonsidra

10 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
jekk, skond l-attivitajiet tagħha, il-kumpannija 
t i s s o d i s f a x i l - k o n d i z z j o n i j i e t m s e m m i j a f i s - 
subregolamenti (3) u (4). 
(ċ) Għall-finijiet tal-paragrafu (b), il-Korporazzjoni tista’ 
titlob l-informazzjoni u spjegazzjonijiet li jidhrilha 
xieraq u tista’ żżur il-post tal-kumpannija. 
(d) Meta tkun sodisfatta illi l-kumpannija ssodisfat ilkondizzjonijiet 
msemmija fis-subregolamenti (3) u (4), 
il-Korporazzjoni għandha tagħti ċertifikat lillkumpannija 
li juri l-perijodu ta’ kontjar li minnu lkumpannija 
tissodisfa l-imsemmija kondizzjonijiet, u 
d-dritt tal-kumpannija għall-benefiċċju msemmi f’dan 
ir-regolament ikun taħt il-kondizzjoni illi l-istess 
kumpannija tipproduċi dan iċ-ċertifikat. Kopja ta’ dan 
iċ-ċertifikat tingħata mill-Korporazzjoni lill- 
Kummissarju tat-Taxxi Interni. 
(e) Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu (d) jikkostitwixxi 
prova prima facie iżda mhux konklużiva illi lkumpannija 
tikkwalifika għall-benefiċċju msemmi 
f’dan ir-regolament. 
(f) Il-Korporazzjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni 
t a g ħ h a j e k k i l - k u m p a n n i j a t i s s o d i s f a x i l - 
kondizzjonijiet imsemmija fis-subregolamenti (3) u (4) 
fi żmien sittin ġurnata mid-data li tkun irċeviet linformazzjoni 
kollha mitluba minnha sabiex tkun tista’ 
tasal għad-deċiżjoni tagħha. 
(g) Il-Korporazzjoni tista’, kif u meta jidhrilha xieraq, 
titlob informazzjoni u spjegazzjonijiet minn 
kumpannija li jkun ingħatalha ċertifikat skond ilparagrafu 
(d), u tista’ żżur il-post ta’ tali kumpannija 
sabiex tiddetermina jekk il-kumpannija għadhiex 
eliġibbli biex tikkwalifika għall-benefiċċji msemmija 
f’dan ir-regolament. 
(6) Kumpannija li tixtieq tieħu vantaġġ mill-benefiċċji 
msemmija f’dan ir-regolament għandha tapplika għad-deċiżjoni 
msemmija fis-subregolament (5) billi tissottometti applikazzjoni 
lill-Korporazzjoni. 
(7) Kumpannija ikollha d-dritt li tibbenefika middisposizzjonijiet 
ta’ dan ir-regolament biss jekk, meta tisottometti 
l-prospett għal kull sena ta’ stima li għalihom qiegħda titlob 
benefiċċju skond dan ir-regolament, tissottometti - 
(a) dikjarazzjoni, ffirmata mid-diretturi kollha talkumpannija 
jew mis-segretarju tal-kumpannija meta 
din id-dikjarazzjoni tkun approvata mill-bord taddiretturi 
tal-kumpannija, li tikkonferma illi matul ilperijodu 
ta’ kontjar rilevanti il-kummerċ jew negozju 
tal-kumpannija kien jikkonsisti biss fl-attivitajiet 
imsemmija fis-subregolament (3), u illi l-kumpannija 
mhiex skwalifikata milli tibbenefika middisposizzjonijiet 
ta’ dan ir-regolament skond issubregolament 
(4). Jekk id-dikjarazzjoni tkun iffirmata

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 11 
mis-segretarju tal-kumpannija, għandha tgħid ukoll: 
(i) jekk id-diretturi kollha kienux preżenti għallaqgħ
a li fiha kienet approvata d-dikjarazzjoni u, 
jekk mhux id-diretturi kollha kienu preżenti, 
jekk il-laqgħa kienitx imsejħa sew kif mitlub 
mill-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni 
tal-kumpannija; 
(ii) jekk id-dikjarazzjoni kienitx approvata 
unanimament mid-diretturi kollha preżenti għallaqgħ
a u, jekk l-approvazzjoni ma kienitx 
unanima, n-numru ta’ voti favur u n-numru ta’ 
voti kontra l-mozzjoni; u 
(b) dikjarazzjoni, ffirmata mill-awditur tal-kumpannija 
għall-perijodu ta’ kontjar in kwistjoni, li tikkonferma 
li, safejn jaf u mill-aħjar li jaf, id-dikjarazzjoni 
msemmija fil-paragrafu (a) hija korretta. 
(8) Meta kumpannija (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan issubregolament 
imsejħa "kumpannija relevanti") teżerċita kummerċ 
jew negozju li jikkonsisti biss jew fil-parti l-kbira fis-sempliċi 
espansjoni, duplikazzjoni jew sostituzzjoni ta’ kummerċ jew 
negozju li qabel kien jitmexxa f’Malta minn xi kumpannija li hija 
b’xi mod, dirett jew indirett, konnessa jew assoċjata malkumpannija 
relevanti permezz ta’ azzjonijiet, votazzjoni jew 
drittijiet oħra ta’ proprjetà jew ta’ kontroll, irrispettivament millpersuna 
li fiha kienu jew setgħu kienu vestiti dawk id-drittijiet, iddisposizzjonijiet 
li ġejjin ikunu applikabbli: 
(a) meta dik il-kumpannija l-oħra tkun kumpannija li 
għaliha japplika s-subregolament (2)(a), il-kumpannija 
relevanti, wkoll jekk ġiet inkorporata f’Malta jew 
reġistrata bħala kumpannija barranija wara d-data 
msemmija f’dak is-subregolament, tkun meqjusa bħala 
kumpannija li għaliha japplika dak is-subregolament; u 
s-snin ta’ stima msemmija fis-subregolament (1)(b) u 
(ċ) jibdew, għall-kumpannija relevanti, mis-sena ta’ 
stima li minnha d-disposizzjonijiet ta’ dan irregolament 
saru applikabbli fir-rigward talkumpannija 
l-oħra skond id-disposizzjonijiet tassubregolament 
(2); 
(b) meta dik il-kumpannija l-oħra tkun kumpannija li 
għaliha japplika s-subregolament (2)(b) u lkumpannija 
relevanti hija wkoll kumpannija li għaliha 
japplika l-imsemmi subregolament, is-snin ta’ stima 
msemmija fis-subregolament (1)(a), (b) u (ċ) jibdew, 
għall-kumpannija relevanti, mis-sena ta’ stima li 
minnha id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament saru 
applikabbli għall-kumpannija l-oħra skond iddisposizzjonijiet 
tas-subregolament (2): 
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 25(3), (4) u (5) ta’ l- 
Att għandhom japplikaw għal din il-kondizzjoni bl-istess mod li 
japplikaw għall-artikolu 4(1)(ċ) ta’ l-Att.

12 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
Kap.123. 
(9) Profitti li huma ntaxxati b’rata ta’ taxxa ta’ l-income mnaqqsa kif msemmi fis-subregolament (1) għandhom, għallfinijiet 
ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, jiġu allokati fil-kont 
intaxxat f’Malta u l-artikolu 67 ta’ dak l-Att ma japplikax għaddistribuzzjoni 
ta’ tali profitti sew jekk tali distribuzzjoni ssirx jew 
le mill-kumpannija li tikkwalifika għall-benefiċċju msemmi f’dan 
ir-regolament jew minn xi kumpannija oħra li, direttament jew 
indirettament, tirċievi dividendi li jinkludu l-profitti li ġew 
intaxxati b’rata mnaqqsa skond id-disposizzjonijiet ta’ dan irregolament. 
(10) Safejn huma applikabbli, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 
25 ta’ l-Att għandhom japplikaw għall-inċentiv ipprovdut f’dan irregolament 
u għal dan il-għan referenzi f’dak l-artikolu għal 
kumpannija kwalifikanti jinkludu referenza għal kumpannija 
kwalifikanti għall-benefiċċju msemmi f’dan ir-regolament; u ssubartikoli 
(1) u (2) tiegħu għandhom japplikaw għas-snin ta’ stima 
kif determinati skond is-subregolamenti (1) u (2). 
(11) F’ dan ir-regolament "perijodu ta’ kontjar relevanti" tfisser 
il-perijodu ta’ kontjar kif determinat skond l-artikolu 11 ta’ l-Att 
dwar it-Taxxa fuq l-Income li jispiċċa fis-sena li tiġi qabel is-sena 
ta’ stima 2002 u s-snin ta’ stima li jiġu wara, skond il-każ. 
Krediti ta’ taxxa 
fuq l-investiment. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002. 
5. (1) Kumpannija li tikkwalifika għall-benefiċċju pprovdut 
mir-regolament 4 jew li kienet hekk tikkwalifika, iżda minħabba 
fil-fatt li s-snin ta’ stima li fihom setgħet ikkwalifikat jew ma 
bdewx jgħaddu fuq għażla tal-kumpannija jew għaddew, hija, għassena 
ta’ stima 2002 u s-snin ta’ stima sussegwenti, intitolata għal 
kreditu ta’ taxxa fuq l-investiment liema kreditu ta’ taxxa, għarrigward 
ta’ proġett ta’ investiment, jiġi kalkolat jew - 
(a) bħala perċentwali ta’ l-ispiża kwalifikanti li ntnefqet 
minn din il-kumpannija fis-sena li tiġi qabel is-sena ta’ 
stima in kwistjoni; jew 
(b) skond id-disposizzjonijiet tas-subregolamenti (3) sa 
(11): 
Iżda l-ammont totali tal-kreditu ta’ taxxa fuq l-investiment 
li jista’ jintalab skond dan ir-regolament għal proġett ta’ 
investiment speċifiku, ikun tali li l-kondizzjonijiet imsemmija firregolamenti 
12 u 18 ikunu sodisfatti. 
(2) Il-perċentwali msemmija fis-subregolament (1)(a) ma 
għandhiex, f’każ ta’ kumpannija li tikkwalifika bħala intrapriża 
żgħira jew ta’ daqs medju, teċċedi il-65% u fil-każ ta’ kwalunkwe 
kumpannija oħra tali perċentwali m’għandhiex teċċedi il-50%. 
(3) Kumpannija tista’ titlob kreditu ta’ taxxa fuq l-investiment 
b’riferenza għall-ispejjeż tal-pagi li għandhom x’jaqsmu malpostijiet 
tax-xogħol maħluqa, f’Malta, bħala riżultat ta’ proġett ta’ 
investiment li l-ispiża għalih tikkostitwixxi spiża kwalifikanti. 
(4) Għall-finijiet tas-subregolament (3), il-kreditu ta’ taxxa 
fuq l-investiment ibbażat fuq il-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol 
għandu jkun perċentwali ta’ l-ispejjeż tal-pagi għall-ewwel erbgħa 
u għoxrin xahar ta’ impieg ta’ individwu li għalih ġie maħluq ilpost 
tax-xogħol.

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 13 
(5) Fil-każ ta’ kumpannija li tikkwalifika bħala intrapriża 
żgħira jew ta’ daqs medju, il-perċentwali msemmija fissubregolament 
(4) ma għandhiex teċċedi il-65% u fil-każ ta’ 
kwalunkwe kumpannija oħra l-perċentwali ma għandhiex teċċedi 
il-50%. 
(6) L-ammont ta’ kreditu ta’ taxxa fuq l-investiment ibbażat 
fuq il-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol li kumpannija tista’ titlob 
f’sena ta’ stima għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż tal-pagi li 
jintnefqu minn dik il-kumpannija fil-perijodu ta’ kontjar li jispiċċa 
fis-sena li tiġi qabel dik is-sena ta’ stima. 
(7) Kumpannija tkun kunsidrata li ħolqot post tax-xogħol 
bħala riżultat ta’ proġett ta’ investiment għal dawk l-individwi li 
huma mpjegati mill-kumpannija matul il-perjodu kwalifikanti ta’ 
mpjieg kif imfisser fis-subregolament (9), sakemm l-impieg ta’ kull 
tali individwu ma jkunx b’sostituzzjoni ta’ individwu ieħor u 
sakemm tali mpjieg ma jkunx itterminat qabel ma jgħaddu ħames 
snin mid-data li fiha ġie mpjegat: 
Iżda sabiex jiġi ddeterminat jekk postijiet tax-xogħol ġewx 
maħluqa, individwi li huma mpjegati mill-kumpannija fuq bażi 
part-time għandhom jitqiesu bħala numru ta’ impjegati full-time, 
billi jiġu diviżi n-numru ta’ sigħat li jkunu ħadmu l-impjegati parttime 
b’ elf seba’ mija u sittin: 
Iżda wkoll fejn il-perijodu ta’ kontjar li jispiċċa fis-sena li 
tiġi qabel sena ta’ stima huwa iktar jew inqas minn tnax-il xahar, 
in-numru ta’ siegħat maħduma mill-impjegati part-time għandu 
jkun diviż b’ammont li wieħed għandu jasal għalih billi jiddividi lammont 
ta’ elf seba’ mija u sittin bi tlett mija ħamsa u sittin u rriż
ultat jiġi moltiplikat bin-numru ta’ ġranet kompriżi f’dak ilperijodu 
ta’ kontjar. 
(8) Sabiex jiġi determinat jekk individwu ilux impjegat minn 
kumpannija għall-perijodu ta’ ħames snin meħtieġ fissubregolament 
(7), għandu jitqies li d-data tal-bidu ta’ l-impieg ta’ 
individwu li ġie impjegat minn dik il-kumpannija b’sostituzzjoni 
għal individwu ieħor li l-impieg tiegħu kien mitmum għal 
kwalunkwe raġuni, tkun id-data tal-bidu ta’ l-impieg ta’ lindividwu 
li l-impieg tiegħu ġie sostitwit; iżda kull tali individwu 
għandu jiġi mpjegat fi żmien sitt xhur mid-data tat-tmiem ta’ limpieg 
ta’ l-individwu li l-impieg tiegħu ġie sostitwit. 
(9) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, il-perijodu 
kwalifikanti ta’ l-impieg huwa l-perijodu li jibda’ fil-ġurnata li tiġi 
qabel il-ġurnata li fiha l-attiv li kellu x’jaqsam mal-proġett ta’ 
investiment ġie użat għall-ewwel darba mill-kumpannija b’mija u 
tlieta u tmenin ġurnata, sat-tielet anniversarju mid-data tat-tmiem 
tal-proġett ta’ investiment. 
(10) Kumpannija li tixtieq titlob kreditu ta’ taxxa fuq linvestiment 
għal sena ta’ stima bbażat fuq il-ħolqien ta’ postijiet 
tax-xogħol skond is-subregolamenti (3) sa (9) għandha 
tissottometti dettalji tal-proġett ta’ investiment tagħha u ta’ lindividwi 
li ġew impjegati bħala riżultat ta’ tali progett ta’ 
investiment lill-Korporazzjoni għall-approvazzjoni tagħha u 
għandha, għal kull sena kompriża fil-perijodu kwalifikanti ta’ l

14 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
impieg, tissottometti iktar dettalji dwar l-istess proġett ta’ 
investiment li jikkonsistu f’iktar ammonti investiti, it-tmiem ta’ limpieg 
ta’ impjegati li qabel kienu mniżżlin li kienu impjegati u 
impjegati ġodda b’distinzjoni bejn impjegati li għalihom ġew 
maħluqa postijiet tax-xogħol ġodda u impjegati li ġew impjegati 
b’sostituzzjoni għal impjegati li l-impieg tagħhom ġie mitmum, u 
kif ukoll l-ispejjeż tal-pagi li għalihom kreditu qiegħed jiġi mitlub 
skond dan ir-regolament għal dik is-sena ta’ stima. 
(11) Meta tkun sodisfatta bis-sottomissjonijiet imsemmija fissubregolament 
(10) u fi żmien sittin ġurnata minn meta tkun 
irċeviet l-informazzjoni rilevanti kollha li tista’ titlob, il- 
Korporazzjoni għandha toħroġ ċertifikat lill-kumpannija li 
jispeċifika l-krediti ta’ taxxa fuq l-investiment li għalihom ilkumpannija 
hija ntitolata. 
(12) Kumpannija li hija intitolata għal kreditu ta’ taxxa fuq linvestiment, 
għal sena ta’ stima, tkun intitolata li tnaqqas millammont 
ta’ taxxa fuq l-income li hu dovut fuq l-income taxxabbli 
tagħha li jiġi mill-kummerċ jew negozju tagħha għal dik is-sena ta’ 
stima l-ammont tal-kreditu ta’ taxxa fuq l-investiment u fejn ilkreditu 
ta’ taxxa fuq l-investiment, għal kwalunkwe sena ta’ stima, 
jeċċedi it-taxxa fuq l-income li jitħallas minn tali kumpannija għal 
dik is-sena, l-eċċess ikun miżjud mal- kreditu ta’ taxxa fuq linvestiment 
għas-sena ta’ wara u jkun meqjus bħala parti minn dak 
il-kreditu ta’ taxxa fuq l-investiment, jew jekk ma hemmx tali 
kreditu ta’ taxxa fuq l-investiment għal dik is-sena, ikun meqjus 
bħala l-kreditu ta’ taxxa fuq l-investiment għal dik is-sena u jibqa 
jsir hekk għas-snin sussegwenti: 
Iżda dik il-parti mill-kreditu ta’ taxxa fuq l-investiment li 
ma tkunx hekk utilizzata fl-aħħar ta’ xi sena u li għalhekk tkun 
miġjuba ’l quddiem biex tkun miżjuda mal-kreditu ta’ taxxa fuq linvestiment 
tas-sena ta’ stima ta’ wara u meqjusa bħala parti minn 
dak il-kreditu ta’ taxxa fuq l-investiment jew meqjusa bħala lkreditu 
ta’ taxxa fuq l-investiment għal dik is-sena, tkun miżjuda 
b’sebgħa fil-mija fis-sena jew bi kwalunkwe rata oħra preskritta 
mill-Ministru b’avviż fil-Gazzetta; u fejn xi parti ta’ dak il-kreditu 
ta’ taxxa fuq l-investiment hekk miżjud għal darb’oħra ma tkunx 
utilizzata, dik il-parti li ma hijiex utilizzata terġa tkun miżjuda blimsemmija 
perċentwali u miġjuba ’l quddiem għas-sena ta’ wara u 
jibqa’ jsir hekk għas-snin sussegwenti: 
Iżda wkoll kreditu ta’ taxxa fuq l-investiment jista’ 
jitnaqqas biss mit-taxxa dovuta fuq income taxxabbli li jiġi minn 
waħda jew iktar mill-attivitajiet imsemmija fir-regolament 4(3). 
(13) Safejn huma applikabbli, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 
25 ta’ l-Att huma applikabbli għall-inċentiv ipprovdut skond dan irregolament 
u għal dan il-għan referenzi f’dak l-artikolu għal 
kumpannija kwalifikanti jinkludu referenza għal kumpannija 
kwalifikanti għall-benefiċċju msemmi f’dan ir-regolament. 
(14) Meta kumpannija tkun ibbenefikat mid-disposizzjonijiet 
ta’ dan ir-regolament, il-kreditu ta’ taxxa fuq l-investiment ikun 
meqjus illi ħeles mit-taxxa dik il-parti ta’ l-income taxxabbli talkumpannija 
li meta jiġi moltiplikat bir-rati ta’ taxxa li bihom kienet

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 15 
taxxabbli f’dik is-sena tkun ugwali għall-kreditu ta’ taxxa fuq linvestiment 
u fejn tali income taxxabbli kien intaxxat b’rati ta’ 
taxxa differenti, il-kreditu ta’ taxxa fuq l-investiment ikun meqjus 
illi l-ewwel ħeles dik il-parti ta’ l-income li kienet intaxxata blinqas 
rata; u fejn il-kumpannija jew xi kumpannija sussegwenti 
tiddistribwixxi l-income li hu hekk meqjus li kien meħlus mittaxxa, 
tali kumpannija, jew kumpanniji, għandha tiddikjara fiddividend 
warrant li għandu x’jaqsam ma’ tali distribuzzjoni li ttaxxa 
fuq dak l-income kienet meħlusa bi kreditu ta’ taxxa fuq linvestiment 
skond dan ir-regolament; u t-taxxa li kienet hekk 
meħlusa ma tkunx disponibbli għal rifużjoni għal kwalunkwe fini 
ta’ l-Atti dwar it-Taxxi. 
Kap. 123. 
(15) L-income taxxabbli li hu meqjus li ġie meħlus mit-taxxa 
skond is-subregolament (14) għandu jkun, għall-finijiet ta’ l-Att 
dwar it-Taxxa fuq l-Income, allokat fil-kont intaxxat f’Malta talkumpannija 
in kwistjoni u meta jkun distribwit ikun eżenti mittaxxa 
fuq l-income bħad-dividends imsemmija fl-artikolu 9 ta’ l-Att 
u għal dan il-għan referenzi f’dak l-artikolu għal kumpannija 
kwalifikanti jinkludu referenza għal kumpannija kwalifikanti għallbenefiċċ
ju msemmi f’dan ir-regolament. 
Skema ta’ inċentiv 
ta’ valur miżjud. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002; 
A.L. 98 ta’ 2003. 
6. (1) Meta kumpannija kwalifikanti, li tikkwalifika bħala tali 
skond l-artikolu 3(1)(a) u (b) ta’ l-Att, matul il-perijodu ta’ kontjar 
relevanti, tissodisfa l-kondizzjonijiet msemmija f’dan irregolament, 
ammont mill-profitti tal-kumpannija kif determinat 
skond is-subregolament (3) ikun - 
(a) b’effett mis-sena ta’ stima li minnha iddisposizzjonijiet 
ta’ dan ir-regolament japplikaw, u 
għas-sitt snin ta’ stima li jiġu wara, jkun soġġett għattaxxa 
fuq l-income bir-rata ta’ 5%; 
(b) għas-sitt snin ta’ stima li jiġu minnufih wara s-snin ta’ 
stima stabbiliti skond il-paragrafu (a), ikun soġġett 
għat-taxxa fuq l-income bir-rata ta’ 10%; 
(ċ) għall-ħames snin ta’ stima li jiġu minnufih wara s-snin 
ta’ stima stabbiliti skond il-paragrafi (a) u (b), ikun 
soġġett għat-taxxa fuq l-income bir-rata ta’ 15%: 
Iżda l-aħħar sena ta’ stima li għaliha għandhom japplikaw 
id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandha tkun is-sena ta’ 
stima 2021: 
Iżda wkoll, bla ħsara għal dak li ngħad fil-proviso ta’ qabel 
dan, il-Korporazzjoni għandha tikkonferma, lil kull kumpannija li 
tikkwalifika taħt dan ir-regolament, in-numru minimu ta’ snin ta’ 
stima, li m’għandhomx ikunu iktar minn għaxar snin ta’ stima, li 
għalihom id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom 
japplikaw għal dik il-kumpannija; u il-Korporazzjoni tista’, mhux 
iktar kmieni minn tnax-il xahar qabel it-tmiem ta’ tali perijodu, 
iġġedded dik il-konferma għal perijodu ieħor ta’ mhux aktar minn 
ħames snin: 
Iżda wkoll, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ 
kumpannija għal xi perijodu kkonfermat mill-Korporazzjoni skond 
il-proviso minnufiħ qabel dan, il-Ministru jista’ b’avviż fil- 
Gazzetta jiddetermina illi l-aħħar sena ta’ stima li għaliha id

16 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom japplikaw 
għandha tkun sena ta’ stima li tiġi qabel is-sena ta’ stima 2021: 
Iżda wkoll kumpanniji msemmija fis-subregolament (2)(a) 
ikunu eliġibbli li jħallsu t-taxxa msemmija fil-paragrafi (b) u (ċ) 
biss u f’dan il-każ ir-rata ta’ taxxa msemmija fil-paragrafu (b) tkun 
applikabbli għal sitt snin ta’ stima b’effett mis-sena ta’ stima li 
minnha d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jibdew iseħħu u rrata 
ta’ taxxa msemmija fil-paragrafu (ċ) tapplika għall-ħames snin 
ta’ stima ta’ wara. 
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1), is-sena ta’ stima li 
minnha d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom 
japplikaw hija - 
(a) is-sena ta’ stima 2002, jew kwalunkwe waħda missentejn 
ta’ stima li jiġu wara, fil-każ ta’ - 
(i) kumpannija kostitwita f’Malta u li kienet teżisti 
fil-ġurnata li tiġi minnufih qabel id-data tal-bidu 
fis-seħħ ta’ dan ir-regolament; u 
Kap. 386. 
(ii) kumpannija kostitwita barra minn Malta u li 
kienet reġistrata bħala kumpannija barranija taħt 
l-Att dwar il-Kumpanniji fil-ġurnata li tiġi 
minnufih qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan 
ir-regolament, 
kif ikun deċiż mill-kumpannija permezz ta’ avviż lill- 
Korporazzjoni mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2003; 
(b) kull waħda mill-ewwel tlett snin ta’ stima talkumpannija 
fil-każ ta’ kull kumpannija oħra kif ikun 
deċiż mill-kumpannija sa l-aħħar tat-tielet sena ta’ 
stima tagħha, 
hekk iżda li jekk tali avviż ma jingħatax sad-dati fuq imsemmija, lewwel 
sena mis-snin ta’ stima disponibbli tkun l-ewwel sena ta’ 
stima li minnha d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament japplikaw. 
(3) L-ammont ta’ profitti li jkunu soġġetti għal rati ta’ taxxa 
fuq l-income mnaqqsa skond id-disposizzjonijiet tas-subregolament 
(1) tasal għalih skond il-formula li ġejja: 
Fejn: 
Vc = valur miżjud fil-perijodu ta’ kontjar relevanti 
Vb = medja tal-valur miżjud fil-perijodu bażi 
Sc = bejgħ fil-perijodu ta’ kontjar relevanti 
Sb = medja tal-bejgħ fil-perijodu bażi 
Pc = profitt fil-perijodu ta’ kontjar relevanti 
(a) 
æ 
Vc - Vb 
ö 
X (c) 
æ 
Pc - Pb 
ö Vb 
ç ÷ ç ÷ 
(b) è Sc - Sb ø è ø 
Sb

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 17 
Pb = medja tal-profitt fil-perijodu bażi: 
Iżda l-ammont ta’ taxxa li jitħallas minn kumpannija bħala 
riżultat ta’ dan ir-regolament m’għandu qatt ikun inqas mill-medja 
tat-taxxi li jitħallsu mill-kumpannija fil-perijodu bażi għas-sena ta’ 
stima 2002 li tasal għalih billi tiddividi t-total tat-taxxa li hi 
pagabbli mill-kumpannija għal kull sena ta’ stima li għandha 
x’taqsam ma’ kull perijodu ta’ kontjar kompriż fil-perijodu bażi 
bin-numru ta’ ġranet f’dawk il-perijodi ta’ kontjar u timmoltiplika 
r-riżultat bin-numru ta’ ġranet kompriżi fil-perijodu ta’ kontjar 
relevanti; u għall-finijiet ta’ dan il-proviso, "taxxa li titħallas" 
tikkomprendi t-taxxa li titħallas mill-kumpanija fuq l-income taxxabbli tagħha li jkun ġej mill-kummerċ jew negozju tagħha: 
Iżda wkoll l-ammont totali ta’ profitti li jkunu taxxabbli 
f’sena ta’ stima, m’għandhom fl-ebda każ jeċċedu l-ammont attwali 
ta’ profitti kif kalkolati qabel ma tiġi applikata l-formula kif 
imfissra f’dan is-subregolament. 
(4) Kumpannija tikkwalifika għall-benefiċċju msemmi fiddisposizzjonijiet 
ta’ dan ir-regolament biss jekk tissodisfa ilkondizzjonijiet 
kollha li ġejjin: 
(a) l-ammont ta’ valur miżjud li jirriżulta mir-rapporti 
finanzjarji għall-perijodu ta’ kontjar rilevanti jeċċedi 
l-ammont medju ta’ valur miżjud kif muri fir-rapporti 
finanzjarji ta’ dik il-kumpannija għall-perijodu bażi; 
(b) matul il-perijodu bażi u il-perijodu ta’ kontjar rilevanti 
kienet kumpannija kwalifikanti; 
(ċ) matul il-perijodu ta’ kontjar rilevanti ssodisfat ilkondizzjonijiet 
imsemmija fir-regolament 4(4) 
mingħajr ma tikkunsidra il-provisos tal-paragrafu (b) 
tiegħu; 
(d) matul il-perijodu ta’ kontjar rilevanti l-kummerċ jew 
negozju tagħha ma kienx jinkludi l-preparazzjoni jew 
produzzjoni "ta’ ikel fil-kors ta’ catering" inkluż - 
(i) ikliet jew snacks inklużi - 
(1) platti sħan u kesħin inklużi antipasto u 
diżerta; 
(2) sandwiches, toast, chips tal-patata, 
sausage rolls, pizza, pastizzi, qassatat u 
snacks simili; 
(3) gallettini, kejkijiet, ħelu u oġġetti simili 
iżda esklużi dawk siġillati f’pakketti millmanifattur 
u provduti f’dak il-pakkett 
oriġinali u dawk l-oġġetti li 
individwalment jiżnu 500 gramma jew 
aktar; 
(4) ikel ipprovdut f’ristoranti, kafetteriji, 
canteens, bars u stabbilimenti oħra 
bħalhom; 
(5) ikel ippreparat jew prodott għal festi, 
funzjonijiet, tieġijiet u okkażjonijiet 
simili;

18 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
(6) ikel ippreparat jew prodott għall-konsum 
fuq inġenji ta’ l-ajru u bastimenti jew 
għall-konsum minn nies li jappartjenu għal 
post jew organizazzjoni partikolari, inklużi 
pazjenti fi sptarijiet jew djar, residenti ta’ 
lukandi jew guest houses, ħaddiema f’post 
tax-xogħol partikolari u l-preparazzjoni 
jew produzzjoni ta’ ikel f’ċirkostanzi 
simili; 
(ii) ħalib, milkshake, te, kafe u ċikkulata pprovduta 
f’forma likwida, eskluż ħalib u milkshake pprovdut mill-manifattur tagħhom fi fliexken u 
kontenituri għad-distribuzzjoni lil bejjiegħa blimnut, 
iżda inkluża kull tip ta’ xarba li hija 
prodotta sempliċement billi żżid likwidu mattrab 
jew sustanza, u fejn tali xarba hija prodotta 
sabiex tkun tista’ tiġi servuta f’bar, ristorant, 
canteen, kafetterija jew stabbiliment jew post 
ieħor lil individwi għall-konsum. 
(5) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament: 
(a) bl-eċċezzjoni tal-paragrafu (ċ), "profitti" tfisser lincome 
taxxabbli tal-kumpannija għall-finijiet tattaxxa 
fuq l-income wara li titnaqqas minnha 
kwalunkwe parti li ma tiġix għand il-kumpannija millkummerċ 
jew negozju tagħha li jitmexxa f’Malta u 
wara li jittieħed in konsiderazzjoni kwalunkwe 
inċentiv jew benefiċċju miksub mill-kumpannija skond 
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att jew ta’ dawn irregolamenti; 
(b) telf imġarrab fi kwalunkwe perijodu ta’ kontjar 
kompriż f’perijodu bażi ikun meqjus bħala profitt 
żero; 
(ċ) "valur miżjud" tfisser it-total ta’ - 
(i) il-profitti, qabel it-taxxa, magħmula millkumpannija 
mill-kummerċ jew negozju tagħha, 
kif rappurtati fir-rapporti finanzjarji talkumpannija 
għall-perijodu ta’ kontjar in 
kwistjoni; 
(ii) il-pagi w is-salarji mħallsa mill-kumpannija, 
sew jekk fi flus jew in specie, lill-impjegati fulltime 
u part-time tagħha u liema ammonti ġew 
irrappurtati lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni 
taħt ir-regoli tas-sistema ta’ final settlement jew 
kwalunkwe regoli oħrajn li jikkumplementaw 
jew jissostitwixxu l-istess; 
(iii) il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali imħallsa 
mill-kumpannija fuq l-ammonti msemmija fissubparagrafu 
(ii); u 
(iv) l-ispiża tas-servizzi li huma pprovduti minn 
kumpannija li matul il-perijodu ta’ kontjar 
relevanti ma kkwalifikatx għal xi wieħed mill

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 19 
benefiċċji msemmija f’dan ir-regolament, firregolament 
4 jew fl-artikoli 4, 5 jew 5A ta’ l-Att 
u li hija, direttament jew indirettament 
kontrollata minn jew proprjetà benefiċarja ta’ listess 
persuni għal aktar minn disgħin fil-mija u 
għall-iskop ta’ dan is-subparagrafu (iv), l-ispiża 
tas-servizzi għandha tfisser pagi u salarji 
imħallsa minn xi kumpannija oħra bħal din, sew 
jekk fi flus jew b’korrispettiv, lill-impjegati 
tagħha full-time u part-time li jkunu pprovdew 
is-servizzi msemmija lill-kumpannija li tkun qed 
titlob il-benefiċċju taħt dan ir-regolament u 
liema ammonti jkunu gew dikjarati lid- 
Dipartiment tat-Taxxi Intemi taħt ir-regoli tassistema 
ta’ final settlement u kull regola oħra li 
tikkomplimenta jew tissostitwixxi dawk irregolamenti; 
Kap. 386. 
(d) meta kumpannija ma kienitx teżisti, jew fil-każ ta’ 
kumpannija kwalifikanti inkorporata barra minn Malta 
tali kumpannija ma kienitx reġistrata bħala 
kumpannija barranija taħt l-Att dwar il-Kumpanniji, 
matul il-perijodi ta’ kontjar kompriżi f’perijodu bażi, 
il-kumpannija tkun meqjusa, għall-finijiet ta’ l-użu talformula 
imsemmija fis-subregolament (3), li kellha 
profitt żero u valur miżjud żero fil-perijodu bażi u rriż
ultat tal-partijiet (a) u (b) ta’ l-imsemmija formula 
ikun meqjus bhala wieħed; 
(e) l-ammont totali ta’ bejgħ ikun ikkalkolat free on board u fejn il-bejgħ isir skond kuntratt ta’ appalt, l-ammont 
ta’ bejgħ totali għandu jinkludi l-valur mhux iffatturat 
ta’ kwalunkwe materjali u kompenenti pprovduti millklijent; 
(f) il-medja tal-valur miżjud, il-medja tal-bejgħ u l-medja 
tal-profitti ta’ perijodu bażi tasal għaliha billi tiddividi 
t-total tal-bejgħ, valur miżjud u profitti tal-perijodi ta’ 
kontjar kompriżi fil-perijodu bażi bin-numru ta’ ġranet 
kompriżi f’dawk il-perijodi ta’ kontjar u timmoltiplika 
r-riżultat bin-numru ta’ ġranet kompriżi fil-perijodu 
ta’ kontjar relevanti; 
(g) il-perijodu bażi għandu jikkomprendi l-perijodi ta’ 
kontjar li l-profitti tagħhom huma taxxabbli fit-tlett 
snin ta’ stima li jiġu qabel is-sentejn ta’ stima li jiġu 
qabel is-sena ta’ stima li fiha l-profitti tal-perijodu ta’ 
kontjar relevanti huma taxxabbli: 
Iżda meta l-profitti tal-perijodu ta’ kontjar 
relevanti ikunu ntaxxati fir-raba’ sena ta’ stima talkumpannija, 
il-perijodu bażi għandu jikkomprendi lperijodu 
ta’ kontjar li l-profitti tiegħu huma taxxabbli 
fl-ewwel sena ta’ stima tal-kumpannija; u meta lprofitti 
tal-perijodu ta’ kontjar relevanti ikunu ntaxxati 
fil-ħames sena ta’ stima, il-perijodu bażi għandu 
jikkomprendi l-perijodu jew perijodi ta’ kontjar li lprofitti 
tiegħu jew tagħhom huwa jew huma taxxabbli

20 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
fl-ewwel sentejn ta’ stima; 
(h) meta r-riżultat tal-partijiet (a) u (b) tal-formula 
imsemmija fis-subregolament (3) ikun ammont finnegattiv, 
dak ir-riżultat għandu jkun multiplikat b’"- 
1"; 
(i) meta r-riżultat tal-parti (b) tal-formula imsemmija fissubregolament 
(3) ikun żero, r-riżultat tal-partijiet (a) 
u (b) ta’ din il-formula ikun meqjus bħala wieħed. 
(6) Meta kumpannija li titlob il-benefiċċju pprovdut f’dan irregolament 
tkun, minn meta jkun spiċċa kwalunkwe perijodu ta’ 
kontjar kompriż fil-perijodu bażi, akkwistat in-negozju, jew parti 
minnu, ta’ persuna oħra, konnessa ma’ tali kumpannija, u tali 
akkwist sar, jew permezz ta’ għaqda jew b’xi mod ieħor, il-valur 
miżjud, il-bejgħ totali w il-profitti għall-dak il-perijodu ta’ kontjar 
u li għandu x’jaqsam man-negozju akkwistat, għandhu ikun miżjud 
mal-valur miżjud, il-bejgħ totali w il-profitti rispettivi talkumpannija 
biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ profitti li ser ikunu 
soġġetti għal rati ta’ taxxa fuq l-income mnaqqsa skond iddisposizzjonijiet 
ta’ dan ir-regolament; u għall-finijiet ta’ dan issubregolament 
persuna tkun konsidrata bħala konnessa ma’ tali 
kumpannija jekk waħda minnhom tkun, direttament jew 
indirettament, tikkontrolla u tkun is-sid benefiċjarju, ta’ iktar minn 
ħamsin fil-mija ta’ l-oħra jew it-tnejn ikunu kontrollati minn, u ilpropjetà 
benefiċjarja tkun ta’, l-istess persuni sa iktar minn ħamsin 
fil-mija. 
(7) Id-disposizzjonijiet tar-regolament 4(5) sa (11) għandhom 
japplikaw mutatis mutandis għall-benefiċċju pprovdut minn dan irregolament 
kif japplikaw għall-beneficcju pprovdut minn dak irregolament. 
Regola għallartikoli 
6, 7, 24B u 
24Ċ ta’ l-Att. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002. 
7. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 6, 24B u 24Ċ ta’ l-Att, 
u b’effett mis-sena ta’ stima 2003, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 
7 ta’ l-Att, huma applikabbli biss għal spiża li tkun spiża 
kwalifikanti kif imfissra f’dawn ir-regolamenti: 
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7 ta’ l-Att huma 
applikabbli biss fir-rigward ta’ spiża kwalifikanti li tkun intefqet 
għall-akkwist ta’ impjant jew makkinarju jew bini jew strutturi 
industrijali skond id-disposizzjonijiet ta’ dak l-artikolu: 
Iżda wkoll id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subregolament 
m’għandhomx jaffetwaw id-dritt li jista’ jkollha kumpannija skond 
l-artikolu 5A ta’ l-Att, liema artikolu għandu jigi applikat mingħajr 
ma jitqiesu d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subregolament. 
Kap. 123. 
(2) Meta d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 6 u 24B ta’ l-Att 
huma applikati għal kumpannija li mhiex intitolata għall-inċentiv 
imsemmi fir-regolament 5, it-tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq l-income tasal għalih billi timmoltiplika dsatax u kwart punti perċentwali 
bir-rata ta’ taxxa li biha kumpannija hija taxxabbli f’sena ta’ stima 
u tiddividi r-riżultat bir-rata ta’ taxxa fuq l-income msemmi flartikolu 
56(6) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income: 
Iżda meta d-dħul taxxabbli tal-kumpannija, qabel ma jiġu 
applikati l-provvedimenti ta’ l-imsemmija artikoli 6 u 24B ta’ l-Att, 
huwa intaxxat b’rati ta’ taxxi differenti - 

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 21 
(a) it-tnaqqis fir-rata tat-taxxa jkun ikkalkolat separatament 
għal kull parti tad-dħul taxxabbli tal-kumpannija, kif 
huwa taxxabbli b’rati differenti ta’ taxxa, kif imfisser 
f’dan is-subregolament; u 
(b) il-profitti li jitqiesu li ġew investiti mill-ġdid għallfinijiet 
ta’ l-artikolu 6 ta’ l-Att, jekk il-kumpannija 
hekk tirrisolvi permezz ta’ risoluzzjoni straordinarja, 
jkunu dawk il-profitti li huma soġġetti għall-għola rata 
ta’ taxxa. 
Soft loans. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002. 
8. (1) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta illi l-attivitajiet 
ta’ kumpannija kwalifikanti, li tikkwalifika bħala tali taħt l-artikolu 
3(1)(a) u (b) ta’ l-Att, jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ lekonomija 
b’mod konsistenti ma’ l-iskop u mal-miri tal-Gvern, il- 
Korporazzjoni tista’ tagħti self lil dik il-kumpannija, liema self 
m’għandux jeċċedi 75% ta’ l-ispiża kwalifikanti. 
Kap. 204. 
(2) Ir-rata ta’ imgħax mitluba mill-Korporazzjoni fuq self 
mogħti taħt dan ir-regolament għandha tkun għall-inqas ugwali 
għal rata li tasal għaliha billi tnaqqas żewġ punti u nofs perċentwali 
mir-rata minima ta’ skont stabbilita mill-Bank Ċentrali ta’ Malta 
permezz ta’ direttivi maħruġa taħt l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ 
Malta. 
(3) Il-ħlas lura tal-kapital u l-ħlas ta’ l-imgħax fuq kull self 
mogħti taħt dan ir-regolament għandu jiġi garantit b’ipoteka 
ġenerali fuq il-proprjetà tal-kumpannija li tirċievi s-self, b’żieda 
ma’ kull garanzija oħra li tista’ titlob il-Korporazzjoni: 
Kap. 16. 
Iżda għall-finijiet tat-Titolu XXIII tat-Taqsima II tat-Tieni 
Ktieb tal-Kodiċi Ċivili, il-Korporazzjoni tista’ tippermetti li ddebitu 
dwar self dovut lil jew faċilità bankarja oħra mogħtija minn 
istituzzjoni finanzjarja għandu jiġi eżatt qabel l-ipoteka ġenerali 
jew garanzija oħra favur il-Korporazzjoni dwar dak is-self: 
Iżda wkoll il-Korporazzjoni tista’ wkoll taċċetta garanzija 
ta’ bank ewlieni jew garanzija oħra simili dwar is-self mogħti 
minnha minflok jew b’żieda ma’ l-ipoteka ġenerali msemmija 
qabel. 
(4) Il-ħlas lura ta’ xi self mogħti taħt id-disposizzjonijiet ta’ 
dan ir-regolament, u ta’ l-imgħax fuqu, għandu jsir fi żmien u b’rati 
kif miftiehma mal-Korporazzjoni, iżda dan iż-żmien ma għandu 
qatt ikun aktar minn għaxar snin mid-data ta’ l-ewwel ħlas mis-self 
li tirċievi l- kumpannija: 
Iżda sakemm il-Korporazzjoni ma tipprovdix mod ieħor, 
tul l-ewwel sentejn tas-self, il-kumpannija tkun mitluba tħallas biss 
l-imgħax fuq is-self. 
(5) Meta l-Korporazzjoni tkun approvat li jingħata self 
f’taqsimiet, u xi taqsima minn dak is-self tkun għadha ma ngħatatx, 
il-Korporazzjoni tista’, mingħajr preġudizzju għal kull rimedju 
ieħor, iżżomm kull taqsima tas-self li tkun għadha ma ngħatatx 
jekk - 
(a) xi somma flus dovuta dwar xi self mogħti taħt dan irregolament 
jew taħt l-artikolu 16 ta’ l-Att, sew jekk 
din tkun kapital kif ukoll imgħax, tibqa’ ma titħallasx;

22 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
jew 
(b) xi self mogħti qabel taħt dan ir-regolament jew taħt lartikolu 
16 ta’ l-Att ma jkunx intuża għall-għan li 
għalih ikun ġie mogħti jew ma jkunx ġie użat b’mod 
għaqli, ekonomiku u f’waqtu; jew 
(ċ) il-kumpannija tkun qiegħda f’likwidazzjoni jew ma 
tkunx baqgħet solvibbli jew tkun tat proprjetà għallbenefiċċ
ju ta’ kredituri; jew 
(d) ikun sar ksur ta’, jew ma tkunx ġiet imħarsa, xi 
kondizzjoni marbuta mas-self. 
Kap. 233. 
(6) L-għoti ta’ self li jsir taħt dan ir-regolament ma għandux 
ikun suġġett għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kontroll fuq il- 
Kambju. 
(7) Kumpannija li tmexxi jew tkun bi ħsiebha tmexxi lattivitajiet 
imsemmija fir-regolament 4(3)(f) jew (j), weħidhom jew 
flimkien ma’ xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-artikolu 
3(1)(a) u (b) ta’ l-Att tkun, jekk il-Korporazzjoni hekk tapprova, 
intitolata għall-benefiċċju skond dan ir-regolament. 
Sussidji fuq 
imgħax fuq self. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002. 
9. (1) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta illi l-attivitajiet 
ta’ kumpannija kwalifikanti, li tikkwalifika bħala tali taħt l-artikolu 
3(1)(a) u (b) ta’ l-Att, jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ lekonomija 
b’mod konsistenti ma’ l-iskop u mal-miri tal-Gvern, il- 
Korporazzjoni tista’ tissussidja r-rata ta’ imgħax li jitħallas millkumpannija 
fuq self li dik il-kumpannija tista’ tieħu sabiex 
takkwista attiv addizzjonali biex jiġi mpjegat fil-kummerċ jew 
negozju tal-kumpannija sal-punt li l-ispiża fuq tali attiv 
tikkostitwixxi spiża kwalifikanti. 
(2) Is-sussidju msemmi fis-subregolament (1) għandu jkun 
tant li jassigura li ir-rata ta’ imgħax li l-kumpannija effettivament 
tissubixxi ma tkunx inqas mir-rata stabbilita skond ir-regolament 
8(2). 
(3) Is-sussidju pprovdut f’dan ir-regolament għandu jkun għal 
self mogħti sabiex tiġi ffinanzjata spiża kwalifikanti li għaliha ma 
tkunx ingħatat soft loan skond ir-regolament 8. 
(4) Self li jikkwalifika għas-sussidju fuq ir-rata ta’ l-imgħax 
ikkontemplat minn dan ir-regolament għandu jkun self mogħti 
minn banek jew istituzzjonijiet finanzjarji liċenzjati oħra. 
(5) Kumpannija li tmexxi jew tkun bi ħsiebha tmexxi lattivitajiet 
imsemmija fir-regolament 4(3)(f) jew (j), weħidhom jew 
flimkien ma’ xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-artikolu 
3(1)(a) u (b) ta’ l-Att tkun, jekk il-Korporazzjoni hekk tapprova, 
intitolata għall-benefiċċju skond dan ir-regolament. 
Garanziji fuq self. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002. 
10. (1) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta li l-attivitajiet ta’ 
kumpannija kwalifikanti, li tikkwalifika bħala tali taħt l-artikolu 
3(1)(a) u (b) ta’ l-Att, jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ lekonomija 
b’mod konsistenti ma’ l-iskop u mal-miri tal-Gvern, il- 
Korporazzjoni tista’ tiggarantixxi self mogħti lill-kumpannija 
sabiex jiffinanzja l-akkwist ta’ attiv addizzjonali biex jiġi mpjegat 
fil-kummerċ jew negozju tal-kumpannija sal-punt li l-ispiża fuq tali 
attiv tikkostitwixxi spiża kwalifikanti.

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 23 
(2) Il-garanzija fuq self imsemmija fis-subregolament (1) 
m’għandux jeċċedi 75% ta’ l-ispiża kwalifikanti li għaliha s-self 
huwa mogħti. 
(3) Għal kull garanzija fuq self, il-Korporazzjoni għandha 
żżomm biżżejjed fondi investiti sabiex tkopri l-ammont massimu 
ta’ kapital u mgħax illi l-Korporazzjoni tista’ tkun mitluba li tħallas 
minħabba fil-garanzija fi kwalunkwe ħin. 
(4) Meta tagħti garanzija l-Korporazzjoni żżomm id-dritt li 
tkun surrogata fid-drittijiet ta’ min ikun issellef la darba tagħmel 
pagament taħt il-garanzija. 
(5) Il-Korporazzjoni għandha tipprovdi garanziji biss lil banek 
u istituzzjonijiet finanzjarji liċenzjati. 
(6) Kumpannija li tmexxi jew tkun bi ħsiebha tmexxi lattivitajiet 
imsemmija fir-regolament 4(3)(f) jew (j), weħidhom jew 
flimkien ma’ xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-artikolu 
3(1)(a) u (b) ta’ l-Att tkun, jekk il-Korporazzjoni hekk tapprova, 
intitolata għall-benefiċċju skond dan ir-regolament. 
Intrapriżi żgħar u 
ta’ daqs medju. 11. (1) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta illi kumpannija 
kwalifikanti hi hija intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju għandha 
bżonn l-għajnuna ta’ esperti f’qasam partikolari, l-Korporazzjoni 
tista’ tagħti lil dik l-intrapriża għotja li m’għandhiex teċċedi 50% 
tal-ħlas għas-servizzi ta’ tali esperti: 
Iżda tali għotja m’għandhiex tingħata għal servizzi li huma 
ta’ natura kontinwa jew li huma pprovduti perjodikament u 
għandhom x’jaqsmu ma’ l-ispejjeż operattivi tas-soltu bħal servizzi 
ta’ konsulenza ta’ rutina jew reklamar. 
(2) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta illi kumpannija 
kwalifikanti li hija intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju tista’ 
tibbenefika mill-parteċipazzjoni tagħha f’fieri u esibizzjonijiet, il- 
Korporazzjoni tista’ tagħti lil dik l-intrapriża għotja li m’għandhiex 
teċċedi 50% tal-ħlas tal-kiri, armar u mmaniġġjar tal-posta; iżda 
tali għotja tista’ tingħata biss għall-ewwel parteċipazzjoni ta’ 
intrapriża f’fiera jew esibizzjoni partikolari. 
Għajnuna massima 
għal proġetti ta’ 
investiment għal 
intrapriżi żgħar u 
ta’ daqs medju. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002. 
12. L-ammont totali li kumpannija tista’ tibbenefika minnu 
għal proġett ta’ investiment skond ir-regolamenti 5, 8 u 9 u lartikoli 
6, 7, 24B u 24Ċ ta’ l-Att, fejn il-kumpannija tikkwalifika 
bħala intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju, m’għandux jeċċedi logħ
la ta’ - 
(a) 65% ta’ l-ispiża kwalifikanti li għandha x’taqsam ma’ 
dak il-proġett ta’ investiment; jew 
(b) 65% ta’ l-ispiża tal-pagi għall-ewwel perijodu ta’ 
erbgħa w għoxrin xahar li għandu x’jaqsam ma’ lindividwi 
li għalihom ġew maħluqa postijiet taxxogħ
ol kif imsemmi fir- regolament 5(7) sa (11). 
Inċentivi għall- 
ħolqien ta’ postijiet 
tax-xogħol. 
13. (1) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta li intrapriża 
ħolqot post tax-xogħol full-time għal individwu kwalifikanti, il- 
Korporazzjoni għandha toħroġ ċertifikat li jikkonferma li dik lintrapriż
a ħolqot tali post tax-xogħol u li għalhekk hija ntitolata 
għall-benefiċċji ta’ dan ir-regolament.

24 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
(2) Intrapriża tkun konsidrata li ħolqot post tax-xogħol għallfinijiet 
tas-subregolament (1) meta timpjega individwu kwalifikanti 
għal perijodu ta’ mhux inqas minn tlett snin u meta dak l-impieg 
m’huwiex b’sostituzzjoni għal dak ta’ individwu ieħor li l-impieg 
tiegħu ġie tterminat mill-intrapriża; iżda fil-każ ta’ individwu 
kwalifikanti li jikkwalifika bħala tali skond is-subregolament 
(13)(ċ), impieg ikun ikkunsidrat li ġie maħluq jekk il-prinċipal 
preċedenti tiegħu jikkonferma bil-miktub li l-post li tbattal minn 
dak l-individwu m’għandux bżonn jimtela’. 
(3) L-obbligu tal-prova illi l-impieg ta’ individwu kwalifikanti 
m’huwiex b’sostituzzjoni għal dak ta’ individwu ieħor li l-impieg 
tiegħu ġie tterminat mill-intrapriża huwa ta’ l-intrapriża. 
(4) Meta intrapriża tista’ tkun intitolata biex tibbenefika middisposizzjionijiet 
ta’ dan ir-regolament għal impieg ta’ individwu 
kwalifikanti u fis-sitt xhur li jiġu minnufih qabel id-data li fiha 
impjegat dak l-individwu kwalifikanti, l-impieg ta’ impjegat ieħor 
kien itterminat, sew jekk dak l-impieg kien itterminat millintrapriż
a sew jekk le, l-intrapriża għandha tagħti l-provi lill- 
Korporazzjoni li l-impieg ta’ l-individwu kwalifikanti m’huwiex 
b’sostituzzjoni għall-impieg ta’ xi individwu ieħor jew li tali 
individwu temm l-impieg tiegħu b’mod volontarju. 
(5) Sabiex jiġi determinat jekk individwu kwalifikanti ilux 
impjegat minn intrapriża għall-perijodu meħtieġ ta’ tlett snin 
imsemmi fis-subregolament (2), ikun meqjus illi d-data tal-bidu ta’ 
l-impieg ta’ individwu li ġie impjegat minn intrapriża 
b’sostituzzjoni għal individwu ieħor li l-impieg tiegħu ġie tterminat 
mill-intrapriża minħabba fil-kondotta ħażina għall-aħħar jew li 
temm l-impieg tiegħu b’mod volontarju, għandha tkun id-data talbidu 
ta’ l-impieg ta’ l-individwu li l-impieg tiegħu ġie sostitwit; u 
l-intrapriża jkollha l-obbligu li tipprova għas-sodisfazzjon tal- 
Korporazzjoni li l-individwu hekk impjegat kien b’sostituzzjoni 
għall-individwu li l-impieg tiegħu kien itterminat kif deskritt f’dan 
is-subregolament. 
(6) Il-benefiċċji li intrapriża tkun intitolata għalihom taħt iddisposizzjonijiet 
ta’ dan ir-regolament huma: 
Kap. 123. 
(a) meta l-individwu huwa individwu kwalifikanti skond 
is-subregolament (13)(a) jew (b), l-intrapriża hija, 
meta tkun qiegħda tikkalkola l-income totali tagħha 
għall-finijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income għal 
sena ta’ stima, intitolata li tnaqqas, minbarra t-tnaqqis 
permess minn dak l-Att, 65% oħra mill-ispiża tal-paga 
ta’ dak l-individwu kwalifikanti mħallsa millintrapriż
a fis-sena minnufih qabel is-sena ta’ stima in 
kwistjoni: 
Iżda dan it-tnaqqis addizzjonali ikun dovut biss 
għall-ispiża tal-paga mħallsa għall-ewwel tnax-il 
xahar ta’ impieg ta’ l-individwu kwalifikanti u jekk, 
qabel ma jgħaddu sittin jum mid-data li fiha tali 
individwu kwalifikanti ġie impjegat, l-intrapriża 
tissottometti lill-Korporazzjoni dettalji ta’ programm 
ta’ taħriġ li dak l-individwu kwalifikanti għandu 
jsegwi u tali programm jiġi approvat mill

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 25 
Korporazzjoni, it-tnaqqis addizzjonali jiżdied għal 
100%; 
Kap. 123. 
(b) meta l-individwu huwa individwu kwalifikanti skond 
is-subregolament (13)(ċ), l-intrapriża hija, meta tkun 
qiegħda tikkalkola l-income totali tagħha għall-finijiet 
ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income għal sena ta’ 
stima, intitolata li tnaqqas, minbarra t-tnaqqis permess 
minn dak l-Att, 150% oħra mill-ispiża tal-paga ta’ dak 
l-individwu kwalifikanti mħallsa mill-intrapriża fissena 
minnufih qabel is-sena ta’ stima in kwistjoni: 
Iżda dan it-tnaqqis addizzjonali ikun dovut biss 
għall-ispiża tal-paga imħallsa għall-ewwel erbgħa w 
għoxrin xahar ta’ impieg ta’ l-individwu kwalifikanti u 
jekk, qabel ma jgħaddu sittin jum mid-data li fiha tali 
individwu kwalifikanti ġie impjegat, l-intrapriża 
tissottometti lill-Korporazzjoni dettalji ta’ programm 
ta’ taħriġ li dak l-individwu kwalifikanti għandu 
jsegwi u tali programm jiġi approvat mill- 
Korporazzjoni, it-tnaqqis addizzjonali jiżdied għal 
200%. 
(7) Għall-finijiet tas-subregolament (6) - 
(a) meta l-individwu huwa individwu kwalifikanti skond 
is-subregolament (13)(a), l-ispiża tal-paga, li għaliha 
t-tnaqqis addizzjonali huwa dovut, m’għandiex teċċedi 
125% ta’ ammont stabbilit mill-Korporazzjoni għal 
dak l-individwu; 
(b) meta l-individwu huwa individwu kwalifikanti skond 
is-subregolament (13)(b), l-ispiża tal-paga, li għaliha 
t-tnaqqis addizzjonali huwa dovut, m’għandiex teċċedi 
125% ta’ l-ispiża tal-pagi ta’ l-impieg prinċipali ta’ 
dak l-individwu matul l-aħħar tnax-il xahar qabel ilbidu 
ta’ l-impieg tiegħu ma’ l-intrapriża li qed titlob 
tali tnaqqis addizzjonali; 
(ċ) meta l-individwu huwa individwu kwalifikanti skond 
is-subregolament (13)(ċ), l-ispiża tal-paga, li għaliha ttnaqqis 
addizzjonali huwa dovut, m’għandiex teċċedi 
125% ta’ l-ispiża tal-pagi ta’ l-impieg prinċipali ta’ 
dak l-individwu matul l-aħħar erbgħa w għoxrin xahar 
qabel il-bidu ta’ l-impieg tiegħu ma’ l-intrapriża li qed 
titlob tali tnaqqis addizzjonali: 
Iżda għall-finijiet tal-paragrafi (b) u (ċ), l-ispiża tal-paga li 
għaliha t-tnaqqis addizzjonali huwa dovut għandu jeskludi 
kwalunkwe benefiċċji terminali, benefiċċji dwar leave li ma 
tteħidx, bonues u ħlasijiet oħra li m’humiex parti mill-paga bażika 
dovuta lill-individwu kwalifikanti. 
(8) Għall-finijiet ta’dan ir-regolament, "spiża ta’ paga" tfisser 
it-total tal-paga bażika, qabel kwalunkwe tnaqqis, imħallsa lil 
i n d i v i d w u k w a l i f i k a n t i u s - s e h e m t a l - p r i n ċ i p a l t a l - 
kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jitħallsu għal dak it-total tal- 
ħlasijiet. 
(9) Intrapriża tista’, permezz ta’ applikazzjoni lill

26 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
Korporazzjoni u minflok ma’ titlob tnaqqis taħt is-subregolament 
(6)(b), tagħżel li tingħata għotja li tiġi kalkolata billi timmoltiplika 
70% tat-tnaqqis addizzjonali msemmi f’dak is-subregolament birrati 
jew rata ta’ taxxa li bihom l-intrapriża kienet taxxabbli f’dik issena 
ta’ stima li għaliha giet intitolata għal dak it-tnaqqis 
addizzjonali jekk l-individwu kwalifikanti ilu impjegat għallperijodu 
meħtieġ ta’ tlett snin imsemmi fis-subregolament (2). 
L.S.210.01 
(10) Meta intrapriża toħloq post tax-xogħol għal individwu 
kwalifikanti li huwa rreġistrat bħala persuna b’diżabilita’ mal- 
Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ skond ir-regolament 3 tar- 
Regolamenti dwar Persuni b’Diżabilità (Reġistrazzjoni u Appell), 
id-dritt għal tnaqqis addizzjonali f’kull każ ikun ta’ 200%. 
(11) Il-benefiċċji pprovduti f’dan ir-regolament jingħataw lil 
intrapriża biss jekk tingħata prova illi l-individwu kwalifikanti ilu 
impjegat għall-perijodu mitlub ta’ tlett snin. Matul l-imsemmi 
perijodu ta’ tlett snin il-ġbir ta’ taxxa fuq l-income li, kieku ma 
kienx għad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, jitħallas minn 
intrapriża jitħalla pendenti u jkun dovut u jitħallas biss jekk limpieg 
tal-persuna kwalifikanti huwa tterminat qabel ma jgħaddu 
tlett snin mid-data ta’ l-impieg tiegħu, u fi kwalunkwe każ ikun 
dovut u jitħallas fi żmien sittin ġurnata mid-data ta’ dak it-tmiem 
ta’ l-impieg. 
(12) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, "intrapriża" tinkludi 
persuna li tkun talbet tnaqqis skond id-disposizzjonijiet ta’ dan irregolament, 
persuni li jikkontrollaw jew li huma sidien benefiċjarji, 
direttament jew indirettament, ta’ iktar minn ħamsin fil-mija ta’ dik 
il-persuna, u persuni li huma kontrollati minn, jew li s-sid 
benefiċarju tagħhom huwa, għal iktar minn ħamsin fil-mija, dik ilpersuna. 
(13) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, "individwu 
kwalifikanti" tfisser individwu li jew - 
(a) ilu jirreġistra bħala qiegħed għal - 
(i) minimu ta’ sena qabel l-impieg tiegħu ma’ lintrapriż
a, fil-każ ta’ individwu li għandu iktar 
minn erbgħin sena jew huwa individwu li għalih 
is-subregolament (10) huwa applikabli; jew 
(ii) minimu ta’ sentejn qabel l-impieg tiegħu ma’ lintrapriż
a, fil-każ ta’ kull individwu ieħor; 
(b) huwa identifikat mill-Employment Restructuring Unit fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi bħala 
individwu li jista’ jiġi ddikjarat redundant bħala 
konsegwenza ta’ programm ta’ ristrutturizzazzjoni ta’ 
l-intrapriża li magħha huwa impjegat; jew 
(ċ) huwa impjegat ma’ enti li għandha x’taqsam massettur 
pubbliku u jokkupa pożizzjoni li tista’ tiġi 
preskritta u, jew identifikata mill-Ministru permezz ta’ 
avviż fil-Gazzetta. 
(14) Jekk il-Koporazzjoni hekk tapprova, id-disposizzjonijiet 
ta’ dan ir-regolament ikunu applikabbli meta intrpriża timpjega 
individwu li hu individwu kwalifikanti skond is-subregolament

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 27 
(13)(ċ) taħt xi arranġjament ta’ secondment bejn tali intrapriża u lprinċ
ipal ta’ dak l-individwu, u meta tagħti l-approvazzjoni tagħha 
il-Korporazzjoni tista timponi dawk il-kondizzjoniet li jidhrila 
xierqa. 
Assistenza għattaħ
riġ. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002. 
14. (1) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta illi individwu 
impjegat minn kumpannija kwalifikanti, li tkun kumpannija li 
tikkwalifika bħala tali skond l-artikolu 3(1)(a) u (b) ta’ l-Att, huwa 
impjegat full-time (f’dan ir-regolament imsejjaħ "impjegat") u li 
dak l-impjegat qiegħed jagħmel taħriġ skond programm approvat 
mill-Korporazzjoni, għotja għat-taħriġ tista’ tingħata mill- 
Korporazzjoni lill-kumpannija, liema għotja m’għandhiex teċċedi - 
(a) meta tali għotja hija mogħtija lil kumpannija li 
tikkwalifika bħala intrapriża żgħira jew ta’ daqs 
medju - 
(i) 45% ta’ l-ispejjeż eliġibbli meta t-taħriġ li 
jingħata m’huwiex taħriġ ġenerali; u 
(ii) 80% ta’ l-ispejjeż eliġibbli meta t-taħriġ li 
jingħata huwa taħriġ ġenerali; 
(b) meta tali għotja hija mogħtija lil kumpannija li ma 
tikkwalifikax bħala intrapriża żgħira jew ta’ daqs 
medju - 
(i) 35% ta’ l-ispejjeż eliġibbli meta t-taħriġ li 
jingħata m’huwiex taħriġ ġenerali; u 
(ii) 60% ta’ l-ispejjeż eliġibbli meta t-taħriġ li 
jingħata huwa taħriġ ġenerali. 
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1), l-ispejjeż eliġibbli 
huma: 
(a) l-ispejjeż ta’ min imexxi t-taħriġ; 
(b) l-ispejjeż ta’ vvjaġġar ta’ min imexxi t-taħriġ u ta’ limpjegat; 
(ċ) spejjeż kurrenti oħra bħal ma huma materjali u 
provvisti; 
(d) deprezzament ta’ għodda u tagħmir, jew proporzjon 
tiegħu, skond kemm ikunu qed jintużaw għat-taħriġ; 
(e) l-ispejjeż ta’ servizzi ta’ konsulenza għar-rigward ta’ 
proġett ta’ taħriġ; 
(f) l-ispejjeż tal-ħlasijiet lill-impjegat sa’ l-ammont tattotal 
ta’ l-ispejjeż l-oħra eliġibbli msemmija filparagrafi 
(a) sa (e): iżda s-siegħat biss li fihom limpjegat 
effettivament jipparteċipa fit-taħriġ, wara li 
tnaqqas kull siegħa produttiva, għandhom jittieħdu in 
konsiderazzjoni. 
(3) F’dan ir-regolament "taħriġ ġenerali" tfisser taħriġ li 
jinvolvi tagħlim li ma huwiex applikabbli biss jew prinċipalment 
għall-pożizzjoni preżenti jew futura ta’ l-impjegat fil-kumpannija li 
qiegħda tingħata l-għotja, iżda li tipprovdi kwalifiki u sengħa li filbiċċ
a l-kbira tagħhom jistgħu jintużaw f’intrapriżi jew oqsma ta’ 
xogħol oħrajn u li permezz tagħhom il-possibilità li tali impjegat 
jista’ jkun impjegat tiżdied.

28 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
(4) Il-Korporazzjoni tista’, wara li tkun ingħatat approvazzjoni 
mill-Ministru, tagħti għotjiet akbar minn dawk imsemmija f’dan irregolament. 
(5) Kumpannija li tmexxi jew tkun bi ħsiebha tmexxi lattivitajiet 
imsemmija fir-regolament 4(3)(f) jew (j), weħidhom jew 
flimkien ma’ xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-artikolu 
3(1)(a) u (b) ta’ l-Att tkun, jekk il-Korporazzjoni hekk tapprova, 
intitolata għall-benefiċċju skond dan ir-regolament. 
(6) Il-Korporazzjoni tista’ tipprovdi għotja għat-taħriġ filforma 
ta’ kreditu ta’ taxxa (hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejħa 
"kreditu ta’ taxxa") lill-kumpannija li tmexxi jew tkun bi ħsiebha 
tmexxi attività li tikkonsisti fit-tiswija, titjib jew manutenzjoni ta’ 
inġenji ta’ l-ajru jew ta’ magni jew tagħmir inkorporati f’tali 
inġenji ta’ l-ajru; u f’każ li l-Korporazzjoni tapprova l-għoti ta’ tali 
k r e d i t u t a ’ t a x x a g ħ a t - t a ħ r i ġ , g ħ a n d h o m j a p p l i k a w i d - 
disposizzjonijiet tas-subregolament (7) sa (9). 
(7) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-proviso 
tas-subregolament (9), l-ammont ta’ kreditu ta’ taxxa għat-taħriġ li 
tista’ tapprova il-Korporazzjoni m’għandux jeċċedi l-ogħla 
ammont ta’ għotjiet li l-Korporazzjoni tista’ tagħti skond issubregolament 
(1). 
(8) L-ammont ta’ kreditu ta’ taxxa għat-taħrig li jista’ jiġi 
approvat mill-Korporazzjoni lil kumpannija għal sena ta’ stima 
għandu jkun ibbażat fuq in-nefqa li l-kumpannija msemmija tkun 
għamlet fi spejjeż eliġibbli fil-perjodu ta’ konteġġi li jispiċċa fissena 
ta’ qabel dik is-sena ta’ stima. 
(9) Kumpannija li tkun intitolata għal kreditu ta’ taxxa għattaħ
riġ tista’ tibbenefika minn kreditu ta’ taxxa għas-sena ta’ stima 
2003 u snin ta’ stima sussegwenti billi jitnaqqas mill-ammont ta’ 
taxxa fuq id-dħul dovut fuq id-dħul taxxabli li jkun gej millkummerċ 
jew negozju tal-kumpannija għal xi sena ta’ stima, lammont 
ta’ kreditu ta’ taxxa għat-taħriġ u fejn il-kreditu ta’ taxxa 
għat-taħriġ, għal xi sena ta’ stima, teċċedi t-taxxa fuq id-dħul 
dovuta mill-imsemmija kumpannija għal dik is-sena, l-eċċess jiġi 
miżjud mal-kreditu ta’ taxxa għat-taħriġ għas-sena ta’ wara u 
jitqies bħala parti minn dak il-kreditu ta’ taxxa għat-taħriġ, jew 
jekk ma jkun hemm l-ebda kreditu ta’ taxxa għat-taħriġ għal dik issena, 
titqies bħala kreditu ta’ taxxa għat-taħriġ għal dik is-sena u 
tibqa’ titqies hekk għas-snin sussegwenti: 
Iżda dik il-parti ta’ kreditu ta’ taxxa għat-taħriġ li ma tiġix 
utilizzata sa l-aħħar ta’ xi sena u li għalhekk tinġieb ’l quddiem 
biex tiżdied mal-kreditu ta’ taxxa għat-taħriġ għas-sena ta’ wara u 
titqies bħala parti minn dak il-kreditu ta’ taxxa għat-taħriġ jew 
titqies bħala kreditu ta’ taxxa għat-taħriġ għal dik is-sena, għandha 
tiżdied b’sebgħa fil-mija kull sena jew b’rata oħra kif jista’ 
jiddetermina il-Ministru permezz ta’ avviż fil-Gazzetta: u f’każ li 
xi parti mill-kreditu ta’ taxxa għat-taħriġ kif miżjuda terġa’ ma 
tiġix utilizzata, dik il-parti li ma tkunx intużat għandha terga’ 
tiżdied bil-perċentwali msemmija u għandha tinġieb ’l quddiem 
għas-sena ta’ wara u jibqa’ jsir hekk għas-snin sussegwenti: 
Iżda wkoll kreditu ta’ taxxa għat-taħriġ jista’ jitnaqqas mit

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 29 
taxxa dovuta fuq income taxxabbli li jkun ġej mill-attivitajiet 
imsemmija fis-subregolament (6). 
Taxxa fuq l-income 
li tibqa’ pendenti. 
Kap. 372. 
15. Kemm-il darba ma jiġix xort’oħra provdut minn dawn irregolamenti, 
meta d-dritt ta’ kumpannija għall-benefiċċji pprovduti 
mill-Att jew minn dawn ir-regolamenti għal sena ta’ stima ma 
jistgħux jiġu stabbiliti biss minħabba r-raġuni illi ma għaddiex 
biżżejjed żmien sabiex ikun jista’ jiġi ddeterminat jekk ċerti 
kondizzjonijiet ġewx sodisfatti, il-ġbir tat-taxxa fuq l-income li, 
kieku ma kienx għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att u ta’ dawn irregolamenti, 
kien ikollu jitħallas minn dik il-kumpannija, jibqa’ 
pendenti sakemm jgħaddu sitt xhur mid-data li fiha tali dritt jista’ 
jkun stabbilit u fil-każ illi dawk il-kondizzjonijiet ma humiex 
sodisfatti u għalhekk it-taxxa fuq l-income li nżammet pendenti 
jkollha titħallas, id-data li fiha tkun dovuta għall-finijiet ta’ l-Att 
dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa tkun il-ġurnata li tiġi minnufih 
wara l-aħħar ġurnata li fiha tibqa’ pendenti kif imsemmi fuq u ilfatt 
li tali taxxa tkun dovuta ma jitqiesx bħala nuqqas għall-finijiet 
ta’ l-Atti dwar it-Taxxa. 
Approvazzjoni bilmiktub. 
16. Meta tagħti l-approvazzjoni tagħha għall-finijiet ta’ dawn 
ir-regolamenti, il-Korporazzjoni għandha tikkonferma lapprovazzjoni 
tagħha bil-miktub u ssemmi l-kondizzjonijiet li 
għandhom ikunu sodisfatti minn kumpannija jew intrapriża, skond 
ma jkun il-każ, u d-dritt tal-kumpannija jew intrapriża għallbenefiċċ
ji pprovduti minn dawn ir-regolamenti jkunu dipendenti 
fuq it-turija ta’ tali approvazzjoni bil-miktub mill-kumpannija jew 
intrapriża. 
Applikazzjoni. 17. Kull applikazzjoni li trid tiġi sottomessa lill-Korporazzjoni 
sabiex jittieħed benefiċċju minn xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ 
l-Att jew ta’ dawn ir-regolamenti għandha tkun fil-forma u 
tikkomprendi dawk id-dettalji mitluba mill-Korporazzjoni. 
Benefiċċju 
massimu għal 
proġetti ta’ 
investiment. 
18. (1) L-ammont totali li kumpannija tista’ tibbenefika 
minnu għal proġett ta’ investiment skond ir-regolamenti 5, 8 u 9 u 
l-artikoli 6, 7, 24B u 24Ċ ta’ l-Att m’għandux, meta l-kumpannija 
ma tikkwalifikax bħala intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju, 
jeċċedi l-ogħla ta’ - 
(a) 50% ta’ l-ispiża kwalifikanti għal dak il-proġett ta’ 
investiment; jew 
(b) 50% ta’ l-ispiża tal-paga għall-ewwel erbgħa w 
għoxrin xahar ta’ individwi li għalihom ġew maħluqa 
postijiet tax-xogħol skond ir-regolament 5(7) sa (11). 
(2) Il-benefiċċju msemmi fis-subregolament (1) u firregolament 
12 għandu jkun il-benefiċċju nett li tgawdi ilkumpannija 
wara li jitnaqqsu kwalunkwe taxxi pagabbli millkumpannija 
bħala riżultat talli rċeviet xi għajnuna taħt l-imsemmija 
regolamenti w artikoli, u fejn il-benefiċċju jittgawda millkumpannija 
matul numru ta’ snin, il-benefiċċju ikun mnaqqas għal 
valur preżenti b’rata ta’ skont ekwivalenti għall-perċentwali 
msemmija fir-regolament 5(12) u bl-użu ta’ dawk il-metodi li 
tiddeċiedi l-Korporazzjoni. 
(3) Biex tiddeċiedi jekk id-disposizzjonijiet ta’ dan irregolament 
u tar-regolament 12 humiex jew ġewx sodisfatti, fejn il

30 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
kondizzjonijiet ta’ xi soft loan jew ta’ xi sussidju fuq ir-rata ta’ 
imgħax mogħtija skond ir-regolamenti 8 jew 9 huma mibdula jew 
xi ammont ta’ xi soft loan, jew parti minnu, jitħallas qabel suppost 
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjħin b’mod kollettiv "bidla"), 
jekk bħala konsegwenza ta’ tali bidla - 
(a) l-ammont li seta’ jintalab minn kumpannija skond lartikolu 
7 ta’ l-Att jew skond ir-regolament 5 jeċċedi lammont 
effettivament mitlub, il-kumpannija jkollha ddritt 
titlob dak l-ammont addizzjonali, taħt dak lartikolu 
jew regolament, sabiex ikun jista’ jiġi 
ddeterminat l-income taxxabbli jew taxxa li għandha 
titħallas skond il-każ għas-sena ta’ stima li d-data ta’ 
sottomissjoni tal-prospett tat-taxxa tagħha tiġi wara ddata 
li fiha dik il-bidla tkun saret; 
(b) l-income taxxabbli jew taxxa fuq l-income li għandu 
jitħallas minn kumpannija għal xi sena ta’ stima 
teċċedi dak li ddikjarat fil-prospett tat-taxxa tagħha 
jew li ħallset għal dik is-sena ta’ stima, dan il-fatt ma 
jitqiesx bħala nuqqas għall-finijiet ta’ l-Atti dwar it- 
Taxxi; u kwalunkwe taxxa li jkollha titħallas bħala 
konsegwenza ta’ tali bidla tkun meqjusa li tkun taxxa 
fuq l-income li għandu jitħallas għas-sena ta’ stima li 
d-data ta’ sottomissjoni tal-prospett tat-taxxa tagħha 
tiġi wara d-data li fiha dik il-bidla tkun saret. 
Ċertifikat li 
jikkonferma li 
kondizzjonijiet 
ġew sodisfatti. 
19. Ċertifikat maħruġ mill-Korporazzjoni li jikkonferma li xi 
disposizzjoni ta’ l-Att jew ta’ dawn ir-regolamenti ġiet osservata 
jew illi l-kalkolu ta’ xi inċentiv pprovdut mill-Att jew minn dawn 
ir-regolamenti huwa korrett ikun, bla preġudizzju għal xi provi 
oħra li jkollha l-kumpannija jew l-intrapriża, prova konklużiva ta’ 
l-affarijiet imsemmija fiċ-ċertifikat. 
Kopji ta’ prospetti 
tat-taxxa fuq lincome 
u avviż lill- 
Korporazzjoni. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002. 
20. (1) Kumpannija li titlob benefiċċju taħt l-Att jew taħt 
dawn ir-regolamenti fis-sena ta’ stima 2001 jew fis-snin ta’ stima 
sussegwenti, għandha tagħti lill-Korporazzjoni kopja ta’ kull 
prospett tat-taxxa fuq l-income, dikjarazzjonijiet finanzjarji 
verifikati u dokumenti TIFD, u kull informazzjoni jew dokumenti 
oħra relatati mad-dħul taxxabbli li jkun gej mill-kummerċ jew 
negozju tal-kumpannija għas-sena ta’ stima li għaliha tkun qed 
titlob il-benefiċċju, fi żmien tliet xhur mid-data li tiġi l-aktar 
kmieni: 
(i) l-aħħar data meta l-kumpannija għandha lobbligu 
li tibgħat tali prospetti u dokumenti lid- 
Dipartiment tat-Taxxi Interni; jew 
(ii) id-data li fiha effetivament tkun issottomettiet 
tali prospetti u dokumenti lid-Dipartiment tat- 
Taxxi Interni; 
u meta kumpannija tissottomenti xi prospetti addizzjonali, 
aġġustamenti jew xi informazzjoni oħra relevanti għall-prospetti u 
dokumenti msemmija aktar ’il quddiem, il-kumpannija għandha 
wkoll tagħti kopja ta’ dawn il-prospetti jew informazzjoni 
addizzjonali fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta l-istess prospetti, 
aġġustamenti jew informazzjoni addizzjonali ikunu ġew sottomessi 
lid-Dipartiment tad-Taxxi Interni.

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 31 
(2) Kumpannija kwalifikanti li talbet xi benefiċċju pprovdut 
minn jew taħt l-Att għas-sena ta’ stima 2000 għandha tipprovdi lill- 
Korporazzjoni kopja tal-prospett tat-taxxa tagħha għas-sena ta’ 
stima 2000 sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju, 2001 jew data oħra 
iżjed tard kif tiddeċiedi l-Korporazzjoni. 
(3) Kumpannija kwalifikanti li għandha l-intenzjoni li 
tibbenefika minn xi inċentivi mogħtija taħt l-artikoli 4, 5 u 5A ta’ l- 
Att f’xi sena wara s-sena ta’ stima 2000 għandha tavża lill- 
Korporazzjoni b’tali intenzjoni sat-30 ta’ Ġunju, 2001, jew xi data 
oħra iżjed tard kif tiddeċiedi l-Korporazzjoni, billi tispeċifika: 
(a) dawk is-snin ta’ stima li x’aktarx fihom għandha 
intenzjoni tikkwalifika għall-benefiċċju msemmi flartikolu 
4 ta’ l-Att jew għall-benefiċċju msemmi flartikolu 
5 ta’ l-Att permezz ta’ l-artikolu 5(6)(b); 
(b) dawk is-snin ta’ stima li x’aktarx fihom għandha 
intenzjoni tikkwalifika għall-benefiċċji msemmija flartikolu 
5A ta’ l-Att jew għall-inċentivi msemmija flartikolu 
5 ta’ l-Att, ħlief permezz ta’ l-artikolu 5(6)(b) 
ta’ l-Att; 
u f’każ li kumpannija kwalifikanti tispeċifika li għandha intenzjoni 
tikkwalifika b’dan il-mod, tali kumpannija tista’, u jekk tintalab 
mill-Korporazzjoni għandha, tipprovdi dikjarazzjonijiet, pjanijiet 
ta’ negozju u estimi finanzjarji sabiex isostnu l-intenzjoni talkumpannija 
biex hekk tikkwalifika. 
(4) Kumpannija kwalifikanti li għandha l-intenzjoni li 
tibbenefika mill-inċentivi msemmija fl-artikoli 4, 5 u 5A ta’ l-Att 
f’sena sussegwenti għas-sena ta’ stima 2002 għandha, minkejja lfatt 
li tkun digà nfurmat lill-Korporazzjoni skond is-subregolament 
(3), għandha tinforma lill-Korporazzjoni b’tali intenzjoni mhux 
aktar tard minn tletin (30) ġurnata mid-9 ta’ Awissu, 2002, jew sa 
data oħra iżjed tard kif tiddeċiedi l-Korporazzjoni, billi timla lformola 
li hemm annessa fl-Iskeda, li qed tigi ppublikata fit-test 
Ingliż biss, u kull kumpannija li tonqos milli tinforma lill- 
Korporazzjoni kif hawn provdut titlef id-dritt tagħha li tkun 
eliġibbli għall-benefiċċji provduti b’dawk l-artikoli. 
(5) Kumpannija kwalifikanti tkun intitolata għall-inċentivi 
provduti fl-artikoli 4, 5 u 5A ta’ l-Att, f’xi sena ta’ stima 
sussegwenti għas-sena ta’ stima 2002, biss skond kif tkun indikat 
hija stess fin-notifikazzjoni li tkun bagħtet lill-Korporazzjoni 
skond is-subregolament (4). 
Database ta’ 
għajnuna mogħtija. 21. Il-Korporazzjoni għandha żżomm database ta’ kull 
għajnuna mogħtija lil kumpanniji w intrapriżi kwalifikanti sabiex 
tkun tista’ - 
(a) tivverifika jekk id-disposizzjonijiet ta’ l-Att u ta’ dawn 
ir-regolamenti ġewx osservati; 
(b) tipprovdi lill-Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna dik 
l-informazzjoni li jitlob; u 
(ċ) tinforma lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni jekk ilbenefiċċ
ji mitluba skond l-Att u skond dawn irregolamenti 
ġewx ikkalkolati kif suppost. 

32 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
Għotjiet mhux 
taxxabbli. 
Emendat: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
22. (1) Benefiċċji u għotjiet provduti skond ir-regolamenti 8, 
9, 11, 13 u 14 jew mill-Institute for the Promotion of Small 
Enterprise Limited huma eżenti mit-taxxa fuq l-income u ddisposizzjonijiet 
ta’ l-artikolu 36 ta’ l-Att għandhom japplikaw 
għal dawn l-għotjiet kif id-disposizzjonijiet ta’ dak l-artikolu 
japplikaw għall-għotjiet imsemmija fis-subartikolu (4)(b) ta’ dak lartikolu. 
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1), il-benefiċċju mogħti 
mir-regolamenti 8 u 9 għandu jkun id-differenza bejn l-imgħax 
mitlub mill-Korporazzjoni u l-imgħax li normalment jintalab minn 
bank kummerċjali f’Malta kif determinat mill-Korporazzjoni u lkumpannija 
li tibbenfika minn dawn ir-regolamenti tkun intitolata 
tnaqqas il-benefiċċju mogħti lilha matul perjodu ta’ kontjar middħ
ul taxxabbli ta’ dak il-perjodu ta’ kontjar. 
Benefiċċju 
mogħtija lil ċerti 
soċjetajiet jgħaddu 
għal fuq is-soċji. 
23. Meta xi benefiċċju pprovdut minn dawn ir-regolamenti jew 
mill-Att huwa mogħti lil soċjetà kummerċjali u, skond l-Atti dwar 
it-Taxxi, s-soċji tagħhom u mhux is-soċjetà kummerċjali huma 
taxxabbli fuq kull income ta’ dik is-soċjetà kummerċjali, kull 
benefiċċju hekk mogħti minn dawn ir-regolamenti jew mill-Att lil 
xi soċjetà kummerċjali ikun dovut u jingħata lis-soċji ta’ dik issoċ
jetà kummerċjali. 
Ċerti soċjetajiet 
kummerċjali. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002. Kap. 123. 
24. Soċjetà kummerċjali, li mhijiex soċjetà in akkomandita li lkapital 
tagħha huwa maqsum f’azzjonijiet għandha tkun, għallfinijiet 
ta’ l-artikolu 15 ta’ l-Att u l-artikolu 56(20) ta’ l-Att dwar 
it-Taxxa fuq l-Income, kunsidrata li hi kumpannija, kif imfissra 
f’dak l-Att, u d-disposizzjonijiet ta’ dak is-subartikolu jkunu 
applikabbli lil dik is-soċjetà bl-istess mod li jkunu applikabbli lil 
kumpannija li għandha bħala azzjonisti s-soċji ta’ dik is-soċjetà kummerċjali li għandhom l-istess drittijiet fil-kumpannija illi 
għandhom fis-soċjetà kummerċjali. 
Kumpannija 
kwalifikanti. 25. Meta xi disposizzjoni f’dawn ir-regolamenti jew fl-Att 
tirreferi għal kumpannija kwalifikanti, din il-kumpannija għandha, 
ħlief kumpannija li l-attività tagħha tinkludi l-attivitajiet 
imsemmija fir-regolament 4(3)(h), tinkludi kumpannija li 
tikkwalifika għall-inċentivi msemmija fir-regolamenti 4 jew 5 u tali 
kumpannija tkun intitolata għall-benefiċċju msemmi f’dik iddisposizzjoni. 
Eżami ta’ 
dokumentazzjoni. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002. 
26. Meta xi benefiċċju ġie pprovdut skond dawn ir-regolamenti 
jew l-Att lil kumpannija jew intrapriża, l-Korporazzjoni tista’ - 
(a) minn żmien għal żmien tagħmel jew tirranġa biex isir 
dak l-eżami ta’ kotba, dokumenti, fondi u ta’ kull ħaġa 
jew oġġett ieħor li jkun ta’ dik il-kumpannija jew 
intrapriża bħalma jkun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li lgħ
ajnuna tkun qed tiġi użata għall-għan li għalih tkun 
ingħatat; u 
(b) titlob dawk ir-rapporti finanzjarji mingħand dik ilkumpannija 
jew dik l-intrapriża kif tista’ teħtieġ, 
sabiex dawn jintbagħtulha kull tlett xhur jew 
f’intervalli iqsar fid-diskrezzjoni tal-Korporazzjoni.

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 33 
Differiment ta’ 
inċentivi ta’ taxxa 
fuq investiment. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002. 
27. Kumpannija li hija intitolata għall-benefiċċju msemmi firregolament 
5 tista’, jekk hekk tagħżel, tiddiferixxi li titlob ilbenefiċċ
ju, jew parti minnu, li għalih tista’ tkun intitolata f’xi sena 
ta’ stima għal sena jew snin ta’ stima sussegwenti u f’tali każ ilbenefiċċ
ju hekk differit u mitlub fi kwalunkwe waħda minn dawn 
is-snin ta’ stima sussegwenti jkun meqjus bħala parti millbenefiċċ
ju, jew bħala l-benefiċċju, li tkun intitolata għalih dik ilkumpannija 
għal dik is-sena; iżda kwalunkwe benefiċċju msemmi 
fir-regolament 5 li huwa hekk differit m’għandux jiġi miżjud bilperċ
entwali msemmija fl-ewwel proviso għar-regolament 5(12). 
Drittijiet f’każ ta’ 
ċessjoni ta’ ċerti 
inċentivi. 
Sostitwit: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002. 
Emendat: 
A.L. 128 ta’ l- 
2003. 
28. (1) Kumpannija kwalifikanti, kif imfissra fl-Att, li lattivitajiet 
tagħha mhumiex attivitajiet kwalifikanti skond irregolament 
4(3) u: 
(a) li, f’xi waħda mill-ħames snin ta’ stima, li jinkludu u 
jintemmu bis-sena ta’ stima 2002, ibbenefikat middisposizzjonijiet 
ta’ l-artikoli 4, 5 jew 5A b’tali mod li 
ta’ l-inqas 10% ta’ l-income taxxabbli tagħha derivat 
mill-kummerċ jew negozju tagħha, għal kwalunkwe 
waħda minn dawk is-snin ta’ stima, kkalkolat qabel 
ma’ jitqiesu d-disposizzjonijiet ta’ l-istess artikoli, ġiet 
eżentata mit-taxxa jew soġġetta għal rati mnaqqsa ta’ 
taxxa fuq l-income skond dawk l-artikoli; jew 
(b) li hija reġistrata skond il-liġi ta’ Malta, jew reġistrata 
bħala kumpannija barranija mar-Reġistratur tal- 
Kumpanniji fi jew wara l-1 ta’ Novembru 2000 iżda 
qabel it-12 ta’ Ġunju 2001, u li kienet tkun intitolata 
għall-benefiċċji msemmija fl-artikoli 4, 5 jew 5A ta’ l- 
Att, li ma kienx għall-artikoli 4(6), 5(7) u 5A(6) ta’ l- 
Att, u li kieku hekk kienet tikkwalifika, kien ikollha 
ta’ l-inqas 10% ta’ l-income taxxabbli tagħha derivat 
mill-kummerċ jew negozju tagħha għas-sena ta’ stima 
2002 jew 2003, kkalkolat qabel ma’ jitqiesu ddisposizzjonijiet 
ta’ l-istess artikoli, li kien ikun 
eżentat mit-taxxa jew soġġett għal rati mnaqqsa ta’ 
taxxa skond dawk l-artikoli, 
għandha tikkwalifika għall-benefiċċji msemmija fir-regolamenti 4 
u 5 jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet relevanti l-oħra sabiex 
tikkwalifika għall-benefiċċji pprovduti minn dawk ir-regolamenti, 
u jekk, safejn ikun applikabbli, tirrevoka, sat-30 ta’ April 2003 
skond l-artikolu 34(2) ta’ l-Att, id-dritt tagħha li tkun eliġibbli 
għall-benefiċċji pprovduti fl-artikoli 4, 5 u 5A ta’ l-Att b’effett 
mis-sena ta’ stima 2004 minn xi sena jew sena ta’ stima preċedenti; 
u l-attivitajiet ta’ negozju ta’ dik il-kumpannija kwalifikanti jkunu, 
għal dik il-kumpannija biss, meqjusa bħala attivitajiet msemmija 
fir-regolament 4(3): 
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma 
japplikawx għal kumpannija kwalifikanti għal sena ta’ stima jekk, 
fil-perjodu ta’ kontjar li jintemm fis-sena li tippreċedi dik is-sena 
ta’ stima, kien hemm tibdil materjali fl-attivitajiet ta’ kummerċ ta’ 
dik il-kumpannija kwalifikanti: 
Iżda wkoll kumpannija li kienet tkun intitolata li 
tibbenefika mill-inċentivi fuq imsemmija kif provdut f’dan is

34 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
subregolament f’xi waħda mis-snin ta’ stima fuq imsemmija iżda li 
ma tkunx hekk ibbenefikat, jew ma kienitx hekk tibbenefika, 
unikament minħabba l-fatt li ma kellhiex income taxxabbli jew ma 
tkunx talbet il-benefiċċju, tkun meqjusa bħala kumpannija li dan irregolament 
jirreferi għaliha: 
Iżda wkoll għall-finijiet ta’ dan is-subregolament ilperjodu 
bażi msemmi fl-artikolu 5(2) ta’ l-Att ikun meqjus li huwa 
żero. 
(2) Ċertifikat maħruġ mill-Korporazzjoni li jkun jikkonferma 
illi kumpannija tissodisfa d-disposizzjonijiet tas-subregolament 
(1), jew li ma kien hemm ebda tibdil sostanzjali fil-kummerċ jew 
negozju tal-kumpannija, ikun prova konklużiva ta’ dawk il-fatti. 
Dati li minnhom ’l 
quddiem ċerti 
disposizzjonijiet 
ta’ l-Att ma 
jibqgħux 
applikabbli. 
Emendat: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002; 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
29. (1) Id-data msemmija - 
(a) fil-proviso għall-artikolu 3(2) ta’ l-Att; 
(b) fir-raba’ proviso għall-artikolu 3(8) ta’ l-Att; 
(ċ) fl-artikolu 4(6) ta’ l-Att; 
(d) fl-artikolu 5(7) ta’ l-Att; 
(e) fl-artikolu 5A(6) ta’ l-Att; 
(f) fit-tielet proviso għall-artikolu 15 ta’ l-Att; 
(g) fl-artikolu 16(11) ta’ l-Att; 
(h) fl-artikolu 23(6) ta’ l-Att, iżda biss għar-rigward talparagrafi 
(a) u (b) tiegħu; u 
(i) fl-artikolu 24A(6) ta’ l-Att, 
hija l-1 ta’ Novembru, 2000. 
(2) Id-data msemmija fl-artikolu 18(7) ta’ l-Att hija it-22 ta’ 
Marzu, 2001. 
(3) Is-sena ta’ stima msemmija - 
(a) fl-artikolu 11(2) ta’ l-Att; 
(b) fl-artikolu 12(4) ta’ l-Att; 
(ċ) fit-tielet proviso għall-artikolu 13 ta’ l-Att; u 
(d) fil-proviso għall-artikolu 14 ta’ l-Att, 
hija s-sena ta’ stima 2002. 
(4) Id-data msemmija - 
(a) fl-artikolu 10(3) ta’ l-Att; 
(b) fl-artikolu 19(8) ta’ l-Att; 
(ċ) fl-artikolu 20(4) ta’ l-Att; u 
(d) fl-artikolu 23(6) ta’ l-Att, iżda biss għar-rigward talparagrafu 
(ċ) tiegħu, 
hija l-1 ta’ Jannar, 2002. 
(5) Is-sena ta’ stima msemmija fl-artikolu 8(8) ta’ l-Att 
għandha tkun is-sena ta’ stima 2002. 
(6) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (3), is-sena 
ta’ stima li ssir referenza għaliha fl-artikolu 11(5) ta’ l-Att għandha

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 35 
tkun is-sena ta’ stima 2001. 
Privatizzazzjoni. 
Miżjud: 
A.L. 228 ta’ l- 
2002. 
Emendat: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
30. Jekk kumpannija kienet, fi jew wara l-1 ta’ Novembru, 
2000, ikkontrollata ta’ l-inqas ħamsin fil-mija tagħha, direttament 
jew indirettament, mill-Gvern u mhux inqas minn ħamsin fil-mija 
ta’ l-ishma tal-kumpannija kienu proprjetà, direttament jew 
indirettament, tal-Gvern, jekk l-imsemmija ishma jinxtraw kollha 
minn xi persuna jew persuni li m’humiex taħt il-kontroll tal-Gvern, 
u tali kumpannija hija intitolata għall-benefiċċji msemmija firregolamenti 
4 u 5: 
(a) il-kumpannija tkun meqjusa bħala kumpannija li 
għaliha jirreferi r-regolament 4(2)(b) u r-regolament 
4(8) ma jkunx applikabbli għaliha; u 
(b) assi proprjetà tal-kumpannija fid-data li fiha limsemmija 
ishma jinxtraw, għandhom jitqiesu bħala 
spiża kwalifikanti minfuqa minn tali kumpannija f’dik 
id-data b’valur li jiġi ddeterminat mill-Korporazzjoni: 
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subregolament ma 
jkunux applikabbli meta huma applikabbli id-disposizzjonijiet tassubregolament 
(2). 
(2) Meta kumpannija (hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejħa "lewwel 
kumpannija") li kienet intitolata għal eżenzjoni mit-taxxa 
fuq l-income, kienet fl-1 ta’ Novembru, 2000 jew wara, direttament 
jew indirettament ikkontrollata għal kollox u proprjetà tal-Gvern u 
għall-iskop ta’ privatizzazjoni l-operazzjonijiet imwettqa minn dik 
il-kumpannija, in-negozju ta’ dik il-kumpannija flimkien ma’ lassi, 
passiv, drittijiet u obbligazzjonijiet, jigu trasferiti lillkumpannija 
oħra (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "t-tieni 
kumpannija") li ukoll tkun għal kollox ikkontrollata u proprjetà tal- 
Gvern, u t-tieni kumpannija tkun kumpannija li tkun intitolata 
għall-benefiċċji pprovduti bir-regolamenti 4 u 5: 
(a) it-tieni kumpannija għandha titqies li tkun kumpannija 
li għaliha jirreferi ir-regolament (4)(2)(b) u rregolament 
4(8) ma għandux japplika fir-rigward ta’ 
dik il-kumpannija; u 
(b) l-infieq li jkun sar mit-tieni kumpannija biex takkwista 
l-assi ta’ l-ewwel kumpannija għandhom jitqiesu bħala 
spiża kwalifikanti. 
B’dan iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subregolament 
għandhom japplikaw ukoll fejn l-attiv, passiv, drittijiet u 
obbligazzjonijiet, għall-iskop ta’ privatizzazzjoni, jiġu trasferiti littieni 
kumpannija minn xi entità jew korporazzjoni li tkun kollha 
kemm hi direttament jew indirettament proprjetà tal-Gvern, 
sakemm it-tieni kumpannija tkun intitolata għall-benefiċċji 
pprovvduti permezz tar-regolamenti 4 u 5. 
Krediti ta’ taxxa 
għal kumpanniji 
kbar. 
Miżjud: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
Emendat: 
A.L. 128 ta’ l- 
2003. 
31. (1) Meta kumpannija kwalifikanti - 
(a) ma tikkwalifikax bħala intrapriża żgħira jew ta’ daqs 
medju; u 
(b) (i) tkun intitolata għal xi wieħed mill-benefiċċji 
pprovduti bl-artikoli 4, 5 jew 5A ta’ l-Att 
sussegwenti għas-sena ta’ stima 2003 u

36 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
tirrinunzja, a tenur ta’ l-artikolu 34(2) ta’ l-Att, 
għad-dritt li jintitolaha tibbenefika middisposizzjonijiet 
ta’ dawn l-artikoli b’effett missena 
ta’ stima 2004; jew 
Kap. 334. 
(ii) tkun intitolata għal xi wieħed mill-benefiċċji 
pprovvduti bl-artikoli 18 jew 20 ta’ l-Att dwar 
il-Portijiet Ħielsa ta’ Malta f’xi sena ta’ stima 
sussegwenti għas-sena ta’ stima 2003 u 
tirrinunzja, a tenur ta’ artikolu 27(5) ta’ l-Att 
għad-dritt tagħha li jintitolaha tibbenefika middisposizzjonijiet 
ta’ dak l-Att b’effett mis-sena 
ta’ stima 2004 u d-dritt tagħha li jintitolaha 
tibbenefika mid-disposizzjonijiet ta’ artikolu 20 
ta’ dak l-Att b’effett mill-1 ta’ Jannar, 2003; jew 
(ċ) (i) tkun irrinunzjat għad-dritt tagħha li jintitolaha 
għall-benefiċċji pprovvduti bl-artikoli 4, 5 u 5A 
ta’ l-Att u bħala riżultat ta’ dik ir-rinunzja ssir 
intitolata għall-benefiċċji pprovvduti birregolamenti 
4 u 5; jew 
Kap. 334 
(ii) minħabba xi tibdil fil-legislazzjoni, ma tibqax 
aktar intitolata li tibbenefika middisposizzjonijiet 
ta’ l-artikoli 4, 5 jew 5A ta’ l- 
Att jew ta’ l-artikoli 18 jew 20 ta’ l-Att dwar il- 
Portijiet Ħielsa ta’ Malta, 
tali kumpannija għandha, jekk il-Korporazzjoni hekk tapprova, 
tkun intitolata għall-benefiċċji pprovduti bir-regolamenti 4 u 5 u 
biex tutilizza l-krediti ta’ taxxa pprovduti bir-regolamenti 32 sa 35, 
kif imnaqqsa bir-regolament 36, skond id-disposizzjonijiet tarregolament 
37; u għall-fini tar-regolament 4, tali kumpannija 
għandha, għas-snin ta’ stima meta tista’ tuża l-imsemmija krediti 
ta’ taxxa skond ir-regolament 37, titqies bħala kumpannija li rregolament 
4(2)(b) jirriferi għaliha. 
(2) Kumpannija tkun eliġibbli sabiex tikkwalifika għallbenefiċċ
ji pprovduti b’xi wieħed mir-regolamenti msemmija fissubregolament 
(1), jekk ikun ġie hekk determinat li tkun hekk 
eliġibbli mill-Korporazzjoni. 
(3) Hekk kif tkun ġiet sodisfatta li kumpannija tkun eliġibbli 
għal xi wieħed mir-regolamenti msemmija, il-Korporazzjoni 
għandha tipprovdi lil dik il-kumpannija b’ċertifikat li fih jiġi 
speċifikat x’ikunu il-krediti ta’ taxxa u l-ammonti rispettivi 
tagħhom li l-kumpannija tkun intitolata għalihom. 
(4) Ċertifikat maħruġ mill-Korporazzjoni skond issubregolament 
(3) għandu, bla preġudizzju għal xi prova oħra li lkumpannija 
jkollha, jkun prova konklużiva ta’ dak li huwa dikjarat 
fih. 
(5) Kumpannija li tkun tixtieq tagħmel użu mir-regolamenti 
msemmija, għandha tapplika għal determinazzjoni msemmija fissubregolament 
(2) billi tissottometti applikazzjoni lill- 
Korporazzjoni. 
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ artikolu 25 ta’ l-Att għandhom, sa

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 37 
fejn huma applikabbli, japplikaw għall-inċentiv ipprovdut b’dan irregolament 
u bir-regolamenti 32 sa 37. 
Krediti ta’ taxxa 
fuq l-investiment. 
Miżjud: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
32. (1) Kumpanija li tkun ġiet determinata mill-Korporazzjoni 
bħala li tkun issodisfat il-kondizzjonijiet imsemmija fir-regolament 
31(1) u f’dan ir-regolament, tkun intitolata għal kreditu fuq linvestiment 
li jkun ugwali għal persentaġġ ta’ l-ispiża li tkun saret 
minn tali kumpannija fuq spiża kwalifikanti fi jew wara l-1 ta’ 
Jannar, 1995 sal-31 ta’ Diċembru, 2006 u għal dan l-iskop l-ispiża 
kwalifikanti li tkun saret sal-31 ta’ Diċembru 2001 għandha tiġi 
moltiplikata b’1.07n (1.07 to the power of "n") fejn "n" ikun numru 
li tasal għalih billi tnaqqas minn 2002 is-sena li matulha tkun saret 
l-ispiża:
Iżda l-ispiża kwalifikanti għandha tkun dik li tkun saret 
taħt programm approvat mill-kumpannija sal-31 ta’ Diċembru, 
2002 u notifikat lill-Korporazzjoni sa’ data li tiddeċidi l- 
Korporazzjoni. 
(2) Il-persentaġġ imsemmi fis-subregolament (1) għandu jkun: 
Kap. 334. 
(a) 75%, meta l-kumpanija kienet intitolata għal xi wieħed 
mill-benefiċċji pprovduti bl-artikoli 4, 5 jew 5A ta’ l- 
Att jew bl-artikoli 18 jew 20 ta’ l-Att dwar il-Portijiet 
Ħielsa ta’ Malta fi jew wara l-31 ta’ Diċembru, 1999; 
Kap. 334. 
(b) 50%, meta kumpannija saret intitolata għal xi wieħed 
mill-benefiċċji pprovduti bl-artikoli 4, 5 jew 5A ta’ l- 
Att jew bl-artikoli 18 jew 20 ta’ l-Att dwar il-Portijiet 
Ħielsa ta’ Malta fi jew wara l-1 ta’ Jannar, 2000. 
Krediti ta’ taxxa 
għal riċerka u 
żvilupp. 
Miżjud: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
Emendat: 
A.L. 128 ta’ l- 
2003. 
33. (1) Kumpannija li tkun ġiet determinata mill- 
Korporazzjoni bħala li tkun issodisfat il-kondizzjonijiet imsemmija 
fir-regolament 31(1) u f’dan ir-regolament, tkun intitolata għal 
kreditu ta’ taxxa għal riċerka u żvilupp li għandu jkun ugwali għal 
persentaġġ ta’ l-ispiża eliġibbli li tkun saret minn dik ilkumpannija 
fi jew wara l-1 ta’ Jannar 1995 sal-31 ta’ Diċembru, 
2006 u għal dan l-iskop l-ispiża eliġibbli li tkun saret sal-31 ta’ 
Diċembru 2001 għandha tiġi moltiplikata b’1.07n (1.07 to the 
power of "n") fejn "n" ikun numru li tasal għalih billi tnaqqas minn 
2002 is-sena li matulha tkun saret l-ispiża: 
Iżda l-ispiża kwalifikanti għandha tkun dik li tkun saret 
taħt programm approvat mill-kumpannija sal-31 ta’ Diċembru, 
2002 u tkun ġiet notifikata lill-Korporazzjoni sa’ data li tiddeċiedi 
l-Korporazzjoni. 
(2) Il-persentaġġ imsemmi fis-subregolament (1) għandu jkun: 
(a) 75%, fejn l-ispiża tkun saret għal attivitajiet dwar 
riċerka fundamentali; 
(b) 60%, fejn l-ispiża tkun saret għal attivitajiet dwar 
riċerka industrijali; 
(ċ) 35%, fejn l-ispiża tkun saret għal attivitajiet dwar 
żvilupp; 
(d) 75%, fejn l-ispiża tkun saret fuq studji preparatorji 
għal attivitajiet dwar riċerka industrijali; 
(e) 60%, fejn l-ispiża tkun saret fuq studji preparatorji

38 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
għal attivitajiet dwar żvilupp. 
(3) F’dan ir-regolament: 
(a) "attivitajiet dwar riċerka fundamentali" tfisser attività jew attivitajiet immirati biex iwessgħu l-għarfien 
xjentifiku u tekniku li ma jkunx marbut ma’ objettivi 
industrijali u kummerċjali; 
(b) "attivitajiet dwar riċerka industrijali" tfisser attività jew attivitajiet li jikkonsistu f’investigazzjoni kritika 
immirata lejn l-akkwist ta’ l-għarfien bil-għan li dak lgħ
arfien ikun utli fl-iżvilupp ta’ prodotti ġodda, 
proċessi jew servizzi jew biex jinkiseb titjib sinifikanti 
fil-prodotti, fil-proċessi u fis-servizzi eżistenti; 
(ċ) "attivitajiet dwar żvilupp" tfisser attività jew 
attivitajiet li jikkonsistu fil-formulazzjoni tar-riżultati 
ta’ riċerka industrijali fi pjan, arranġament jew disinn 
għal prodotti, proċessi jew servizzi ġodda, mibdula 
jew imtejba jew biex jinkiseb titjib sinifikanti 
f’prodotti, proċessi jew servizzi eżistenti, kemm jekk 
huma intenzjonati biex jinbiegħu kemm biex jiġu 
użati, inkluż il-ħolqien ta’ prototipi inizjali li ma 
jkunux jistgħu jintużaw kummerċjalment u lformulazzjoni 
konċettwali u d-disinn ta’ prodotti , 
proċessi jew servizzi u d-dimostrazzjoni inizjali ta’ 
proġetti jew ta’ proġetti pilota, sakemm dawk ilprodotti 
ma’ jkunux jistgħu jiġu konvertiti jew użati 
għal applikazzjonijiet industrijali jew esplojtazzjoni 
kummerċjali, imma jkunu esklużi kambjamenti ta’ 
rutina jew perjodiċi li jsiru fuq prodotti, linji ta’ 
produzzjoni, proċessi ta’ manifattura, servizzi eżistenti 
u ħidmiet oħra li jkunu qegħdin isiru ukoll jekk tali 
kambjamenti jistgħu jkunu jirrappreżentaw xi titjib. 
(4) L-ispiża eliġibbli tkun tikkonsisti fi: 
(a) l-ispejjeż għall-persunal li jinkludu ħlasijiet għal 
servizzi mogħtija minn riċerkaturi, tekniċi u impjegati 
oħra, attribwibbli għal ħin li dawk l-impjegati jkunu 
qattgħu fuq l-attività ta’ riċerka u li jinkludi s-sehem 
ta’ min iħaddem tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali 
attribwibbli għal dawk il-ħlasijiet; 
(b) l-ispejjeż għal tagħmir, impjant u makkinarju u art u 
bini użati esklużivament għal attività dwar riċerka; 
(ċ) il-ħlas għal kiri ta’ tagħmir, impjant u makkinarju u art 
u bini għal perjodu ta’ żmien użat għal attività dwar 
riċerka; 
(d) l-ispejjeż ta’ konsulenza u servizzi ekwivalenti użati 
esklużivament għall-attività ta’ riċerka, inkluża rriċ
erka, l-għarfien tekniku u l-privattivi mixtrija minn 
sorsi barranija; 
(e) spejjeż addizzjonali minfuqa direttament bħala riżultat 
ta’ l-attività dwar ir-riċerka; 
(f) spejjeż oħra inklużi l-ispejjeż ta’ materjal, provvisti u

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 39 
prodotti simili, minfuqa direttament bħala riżultat ta’ 
l-attività dwar ir-riċerka. 
Krediti ta’ taxxa 
għat-taħriġ. 
Miżjud: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
34. (1) Kumpannija li tkun ġiet determinata mill- 
Korporazzjoni bħala li tkun issodisfat il-kondizzjonijiet imsemmija 
fir-regolament 31(1) u f’dan ir-regolament, tkun intitolata għal 
kreditu ta’ taxxa għat-taħriġ li għandu jkun ugwali għall-persentaġġ 
ta’ l-ispejjeż eliġibbli minfuqa minn dik il-kumpannija fi jew wara 
l-1 ta’ Jannar, 1995 sal-31 ta’ Diċembru, 2006 u għal dak l-iskop lispejjeż 
eliġibbli li jkunu saru sal-31 ta’ Diċembru 2001 għandu 
jiġi moltiplikat b’1.07n (1.07 to the power of "n") fejn "n" ikun 
numru li tasal għalih billi tnaqqas minn 2002 is-sena li matulha 
tkun saret l-ispiża: 
Iżda l-ispiża kwalifikanti għandha tkun dik li saret taħt 
programm approvat mill-kumpannija sal-31 ta’ Diċembru, 2002 u 
notifikat lill-Korporazzjoni sa’ data li tiddeċidi l-Korporazzjoni. 
(2) Il-persentaġġ imsemmi fis-subregolament (1) għandu jkun 
wieħed mill-persentaġġi kif imsemmija fir-regolament 14(1)(b) u 
jiddependi jekk it-taħriġ ikunx jikkwalifika bħala taħriġ ġenerali. 
(3) L-ispejjeż eliġibbli msemmija fis-subregolament (1) ikunu 
l-ispejjeż kif deskritti fir-regolament 14(2). 
(4) Għall-iskop biex jiġi kkalkolat il-kreditu ta’ taxxa għal 
taħriġ provdut b’dan ir-regolament, il-kliem "taħriġ ġenerali" 
għandu jkollhom t-tifsira mogħtija lilhom bir-regolament 14(3). 
Krediti għallambjent. 
Miżjud: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
35. (1) Kumpannija li tkun ġiet determinata mill- 
Korporazzjoni bħala li tkun issodisfat il-kondizzjonijiet imsemmija 
fir-regolament 31(1) u f’dan ir-regolament, tkun intitolata għal 
kreditu ta’ taxxa għall-ambjent li għandu jkun ugwali għal 60% ta’ 
l-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru minn dik il-kumpanija fi jew wara 
l-1 ta’ Jannar 1995 sal-31 ta’ Diċembru 2006 u għal dan l-iskop lispiż
a eliġibbli li tkun saret sal-31 ta’ Diċembru 2001 għandha tiġi 
moltiplikata b’1.07n (1.07 to the power of "n") fejn "n" huwa numru 
li tasal għalih billi tnaqqas minn 2002 is-sena li matulha tkun saret 
l-ispiża:
Iżda l-ispejjez eliġibbli għandhom ikunu dawk li saru taħt 
programm approvat mill-kumpannija sal-31 ta’ Dicembru 2002 u li 
ġie nnotifikat lill-Korporazzjoni sa’ data li tiddeċiedi l- 
Korporazzjoni. 
(2) L-ispejjeż eliġibbli huma magħmula mill-ispejjeż 
msemmija fis-subregolament (3): 
(a) meta tali spejjeż isiru sabiex jitnaqqas l-inkwinament u 
nuisances jew biex jaddottaw metodi sabiex jittieħed 
ħsieb l-ambjent; u 
(b) sa’ l-ammont li l-kumpannija m’għamlitx tali spejjeż 
biex tissodisfa kwalunkwe liġijiet jew regolamenti 
applikabbli. 
(3) L-ispejjeż msemmija fis-subregolament (2) huma: 
(a) l-akkwist ta’ proprjetà li hi strettament neċessarja biex 
jintlaħqu għanijiet ambjentali; 
(b) l-akkwist, żvilupp jew kostruzzjoni ta’ bini jew

40 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
strutturi, impjant u makkinarju; 
(ċ) l-akkwist jew żvilupp ta’ teknoloġija jew know-how, 
li - 
(i) hi attiv li jiddepprezza skond il-principji 
ġeneralment accettati ta’ kontjar; 
(ii) akkwistata skond il-kondizzjonijiet tas-suq minn 
persuna li l-kumpannija ma tikkontrollax 
direttament jew indirettament; 
(iii) inkluża fl-attiv tal-kumpannija li żżomm it-titolu 
ta’ proprjetà jew użu jew kemm it-titolu ta’ 
proprjetà u kemm l-użu ta’ l-attiv intanġibbli 
għal perjodu ta’ ħames snin jew perjodu iqsar 
jekk l-attiv intanġibbli huma teknikament 
skaduti qabel ma jkun għadda dan il-perjodu ta’ 
ħames snin: 
Iżda jekk dan l-attiv intanġibbi jitbiegħ qabel l-għeluq ta’ 
ħames snin mid-data ta’ l-akkwist jew qabel l-iżvilupp tiegħu jkun 
tlesta l-flus li jsiru mill-bejgħ għandhom jitnaqqsu mill-ammont ta’ 
spejjeż eliġibbli. 
Tnaqqis millkrediti 
ta’ taxxa. 
Miżjud: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
Emendat: 
A.L. 128 ta’ l- 
2003. 
Kap. 334. 
36. (1) It-totali ta’ krediti ta’ taxxa li għalihom kumpannija 
tista’ tkun intitolata skond ir-regolamenti 32 sa 35, għandhom 
jitnaqqasu minnhom il-benefiċċji mogħtija lil dik il-kumpannija, fi 
jew wara l-1 ta’ Jannar, 2001, bħala konsegwenza talli hi tkun 
ibbenefikat minn xi wieħed mill-benefiċċji pprovduti bl-artikoli 4, 
5, 5A, 6, 7, 16, 19, 20 jew 24Ċ ta’ l-Att jew bir-regolamenti 5, 8, 9 
jew 14 jew permezz ta’ l-artikoli 18 jew 20 ta’ l-Att dwar il- 
Portijiet Ħielsa ta’ Malta u l-benefiċċji li għalihom tkun intitolata 
tali kumpannija jiġu kkalkolati kif ġej: 
Kap. 334. 
(a) fil-każ ta’ benefiċċju ta’ taxxa fuq l-income ipprovvdut 
permezz ta’ l-artikoli 4, 5, 5A, 6 u 7 ta’ l-Att u birregolamenti 
5 u 14 u bl-artikoli 18 jew 20 ta’ l-Att 
dwar il-Portijiet Ħielsa ta’ Malta, l-benefiċċju jkun 
jikkonsisti fl-ammont ta’ taxxa fuq l-income li kien 
ikollu jitħallas mill-kumpannija għal xi sena ta’ stima 
fin-nuqqas tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli u rregolamenti 
hawn fuq imsemmija, imnaqqas l-ammont 
ta’ taxxa fuq l-income attwalment imħallas millkumpannija 
għal dik is-sena ta’ stima u r-riżultat ta’ 
dan it-tnaqqis għandu jiġi, għal kull sena ta’ stima, 
moltiplikat b’1.07n (1.07 to the power of "n") fejn "n" 
ikun numru pożittiv li tasal għalih billi tnaqqas minn 
2002 is-sena ta’ stima li matulha l-benefiċċju jkun 
ittieħed: 
Iżda fejn il-profitti li fuqhom ġiet imposta t-taxxa 
fis-sena ta’ stima 2002 jew 2003 jirrigwardjaw xi 
perjodu ta’ kontijiet li jkun beda qabel l-1 ta’ Jannar 
2001, il-benefiċċju li jakkumula mill-1 ta’ Jannar 2001 
sa l-aħħar ta’ dak il-perjodu ta’ kontijiet għandu jiġi 
determinat billi jiġi diviż ir-riżultat tal-kalkolu kif 
deskritt hawn qabel għal dak il-perjodu ta’ kontijiet blgħ
add totali ta’ ġranet kompriżi f’dak il-perjodu ta’

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 41 
kontijiet u billi r-riżultat jiġi moltiplikat bl-għadd ta’ 
ġranet f’dak il-perjodu ta’ kontijiet li jkun hemm fl- 
2001 u fl-2002 skond kif dan japplika; 
(b) fil-każ ta’ benefiċċju pprovdut permezz ta’ l-artikolu 
16 ta’ l-Att, il-benefiċċju għandu jirriżulta billi jiġi 
moltiplikat l-imgħax iffrankat wara t-taxxa millfaċ
ilità ta’ soft loan f’kull sena sal-31 ta’ Diċembru 
2002 b’1.07n (1.07 to the power of "n") fejn "n" huwa 
numru li tasal għalih billi tnaqqas minn 2002 is-sena li 
fiha l-imgħax iffrankat wara t-taxxa ġie akkwistat u 
jiġi skuntat l-imgħax iffrankat wara t-taxxa li għandu 
jiġi akkwistat f’kull sena wara l-31 ta’ Diċembru 2002 
bil-fattur ta’ skont 1/1.07n (1 diviż b’1.07 to the porver 
of "n") fejn "n" huwa n-numru li tasal għalih wara li 
tnaqqas 2002 mis-sena li fiha l-imgħax iffrankat wara 
t-taxxa għandu jiġi akkwistat, u l-imghax wara t-taxxa 
ffrankat għandu jiġi kkalkolat billi jiġi moltiplikat limgħ
ax iffrankat bil-persentaġġ (100% - x%) fejn x% 
hija r-rata ta’ taxxa fuq l-income applikabbli għallkumpannija 
fin-nuqqas tad-disposizzjonijiet ta’ lartikoli 
u regolamenti msemmija fil-paragrafu (a); 
(ċ) fil-każ ta’ għotja pprovduta bl-artikoli 19, 20 u 24Ċ ta’ 
l-Att u bir-regolament 14, il-benefiċċju jkun l-ammont 
ta’ l-għotja riċevuta f’kull sena sal-31 ta’ Diċembru, 
2002, liema ammont għandu jiġi moltiplikat b’1.07n 
(1.07 to the power of "n") fejn "n" ikun in-numru li 
tasal għalih billi tnaqqas minn 2002 is-sena li fiha lgħ
otja tkun ġiet irċevuta; 
Kap. 334. 
(d) fil-każ ta’ l-eżenzjoni mid-dazju pprovduta bl-artikolu 
20 ta’ l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta’ Malta, ilbenefiċċ
ju jkun l-ammont ta’ dazju eżentat liema 
ammont għandu jiġi moltiplikat b’1.07n (1.07 to the 
power of "n") fejn "n" ikun numru li tasal għalih billi 
tnaqqas minn 2002 is-sena li fiha d-dazju eżentat kien 
ikun pagabbli; 
(e) fil-każ ta’ xi benefiċċju pprovdut bir-regolamenti 8 u 
9, il-benefiċċju għandu jirriżulta billi jiġi moltiplikat 
il-benefiċċju ħieles mit-taxxa akkwistat f’kull sena 
sal-31 ta’ Diċembru, 2002 b’1.07n (1.07 to the power 
of "n") fejn "n" huwa numru li tasal għalih billi 
tnaqqas minn 2002 is-sena li fiha il-benefiċċju ħieles 
mit-taxxa ġie akkwistat u l-benefiċċju wara t-taxxa 
ffrankat li jinkiseb f’kull sena wara l-31 ta’ Diċembru 
2006 bil-fattur ta’ skont 1/1.07n (1 diviż b’1.07 to the 
power of "n") fejn "n" ikun n-numru li tasal għalih billi 
tnaqqas 2002 mis-sena li fiha l-benefiċċju ħieles mittaxxa 
għandu jiġi akkwistat. 
(2) Meta s-somma ta’ tnaqqis stipulta f’dan ir-regolament tkun 
akbar mill-ammont ta’ krediti ta' taxxa kkalkolati skond iddisposizzjonijiet 
ta’ l-artikoli 32 sa 35, l-ammont ta’ krediti ta’ 
taxxa jiġi meqjus li jkun xejn.

42 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
(3) Tnaqqis fir-rigward ta’ benefiċċji utilizzati a tenur ta’ lartikoli 
19 u 20 ta’ l-Att jew tar-regolament 14, għandha ssir biss 
jekk il-kumpannija titlob krediti ta’ taħriġ a tenur tar-regolament 
34.
(4) Tnaqqis fir-rigward ta’ benefiċċji utilizzati a tenur ta’ lartikoli 
6, 7 jew 16 ta’ l-Att jew tar-regolamenti 5, 8 jew 9, 
għandha ssir biss jekk il-kumpanija titlob krediti a tenur tarregolamenti 
32, 33 jew 35 għal spejjeż fuq liema tkun ħadet 
benefiċċji a tenur ta’ l-artikoli 6, 7 jew 16 ta’ l-Att jew tarregolamenti 
5, 8 jew 9. 
Utilizzazzjoni ta’ 
krediti ta’ taxxa. 
Miżjud: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
Emendat: 
A.L. 128 ta’ l- 
2003. 
37. (1) B’effett mis-sena ta’ stima 2004, kumpannija li hija 
intitolata għal xi benefiċċju pprovdut bir-regolamenti 32 sa 35 kif 
imnaqqsa bir-regolament 36 (minn issa ’l quddiem f'dan irregolament 
kollettivament imsejjħa "il-krediti ta’ taxxa") għandha 
tkun intitolata li tutilizza dawk il-krediti ta’ taxxa biss bil-mod kif 
ser jigi deskritt hawn taħt: 
(a) f’każ li l-kumpannija tkun saret hekk intitolata 
minħabba f’li l-istess kumpannija kienet intitolata 
għall-inċentiv ipprovdut permezz ta’ l-artikolu 4 ta’ l- 
Att, hija tkun intitolata li tnaqqas mill-ammont ta’ 
taxxa fuq l-income dovut fuq d-dħul taxxabbli li jkun 
gej minn negozju jew kummerċ tagħha, għas-snin ta’ 
stima konsekuttivi li jkunu jiffurmaw parti mill-għaxar 
snin ta’ stima originali msemmija fl-artikolu 4(1) ta’ l- 
Att, sussegwenti għas-sena ta’ stima 2003, l-ammont 
ta’ krediti ta’ taxxa u b’effett mis-sena ta’ stima 2004 
u snin ta’ stima sussegwenti fejn il-krediti ta’ taxxa 
jeċċedu t-taxxa fuq l-income pagabbli minn tali 
kumpannija għal xi waħda minn dawk is-snin, l-eċċess 
għandu jiżdied bil-persentaġġ imsemmi fl-ewwel 
proviso għar-regolament 5(12), u l-ammont hekk 
miżjud għandu jitqies bħala l-ammont li l-kumpannija 
tkun intitolata tnaqqas mill-ammont ta’ taxxa fuq lincome 
li huwa dovut fuq id-dħul taxxabbli tagħha, ġej 
minn negozju jew kummerċ tagħha għas-snin ta’ stima 
konsekuttivi li jifdal kif fuq imsemmi; 
(b) f’każ li kumpannija tkun saret hekk intitolata 
minħabba li din kienet hekk intitolata għall-inċentiv 
ipprovvdut bl-artikolu 5 ta’ l-Att, hija tkun intitolata li 
tnaqqas mill-ammont sħiħ jew minn proporzjon ta’ lammont 
ta’ taxxa fuq l-income dovuta fuq id-dħul 
taxxabbli tagħha li jkun ġie mill-kummerċ jew negozju 
tagħha għas-snin ta’ stima li jifdal li fihom lkumpannija 
tkun għadha intitolata li tibbenefika millinċ
entiv ipprovdut mill-imsemmi artikolu 5 
sussegwenti għas-sena ta’ stima 2003, l-ammont ta’ 
krediti ta’ taxxa u b’effett mis-sena ta’ stima 2004 u 
snin ta’ stima sussegwenti fejn il-krediti ta’ taxxa 
jeċċedu dik it-taxxa fuq l-income pagabbli minn tali 
kumpannija għal xi waħda minn dawk is-snin, l-eċċess 
għandu jiżdied bil-persentaġġ imsemmi fl-ewwel 
proviso tar-regolament 5(12) u l-ammont hekk miżjud 
għandu jkun l-ammont li l-kumpannija tkun intitolata

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 43 
li tnaqqas mill-ammont sħiħ jew minn proporzjon ta’ lammont 
ta’ taxxa fuq l-income dovut fuq id-dħul 
taxxabbli tagħha, li jkun ġej mill-kummerċ jew 
negozju tagħha, għas-snin ta’ stima li jifdal fuq 
imsemmija; u "l-ammont sħiħ jew proporzjon ta’ lammont 
ta’ taxxa fuq l-income dovut" għandu jiġi 
determinat billi jiġi moltiplikat l-ammont sħiħ ta’ 
taxxa fuq l-income dovut fuq id-dħul taxxabbli talkumpannija 
li jkun ġej mill-kummerċ jew negozju 
tagħha, b’persentaġġ li jiġi kkalkolat billi tiġi diviża ttaxxa 
fuq l-income dovuta f’xi sena ta’ stima, skond 
ma jista’ jiġi determinat mill-kumpannija, bejn is-sena 
ta’ stima 1995 u s-sena ta’ stima 2003, li dwarhom ilkumpannija 
tkun ikkwalifikat għall-inċentiv kif 
provdut bl-artikolu 5 ta’ l-Att, bit-taxxa fuq l-income li 
kieku kienet tkun pagabbli mill-kumpannija finnuqqas 
ta’ dak l-inċentiv, u l-frazzjoni li tirriżulta 
titnaqqas minn numru wieħed (1), u r-riżultat għandu 
jiġi moltiplikat b’100: 
Iżda meta kumpannija turi, u l-Korporazzjoni 
tkun hekk sodisfatta, illi l-persentaġġ kif kalkolat 
skond id-disposizzjonijiet fuq imsemmija jkun 
sostanzjalment differenti minn dak raġonevolment 
mistenni mill-kumpannija, il-Korporazzjoni tista’ 
tapprova persentaġġ ieħor ibbażat fuq provi provduti 
mill-kumpannija; 
(ċ) f’każ li l-kumpannija tkun saret hekk intitolata 
minħabba li kienet intitolata għall-inċentiv provdut blartikolu 
5A ta’ l-Att, hija tkun intitolata tnaqqas millammont 
sħiħ jew minn proporzjon ta’ l-ammont ta’ 
taxxa fuq l-income dovuta fuq id-dħul taxxabbli li jkun 
ġie mill-kummerċ u minn negozju tagħha għas-snin ta’ 
stima li jifdal, il-kumpannija tkun xorta intitolata li 
tibbenefika mill-inċentivi provduti bl-imsemmi 
artikolu 5A sussegwenti għas-sena ta’ stima 2003, lammont 
ta’ krediti ta’ taxxa u b’effett mis-sena ta’ 
stima 2004 u snin ta’ stima sussegwenti fejn il-krediti 
ta’ taxxa jeċċedu it-taxxa fuq l-income pagabbli minn 
tali kumpannija għal xi waħda minn dawk is-snin, leċċ
ess għandu jiżdied bil-persentaġġ imsemmi flewwel 
proviso tar-regolament 5(12) u l-ammont hekk 
miżjud għandu jkun l-ammont li l-kumpannija tkun 
intitolata li tnaqqas mill-ammont sħiħ jew minn 
proporzjon ta’ l-ammont ta’ taxxa fuq l-income li jkun 
dovut fuq id-dħul taxxabbli tagħha, li jkun ġej millkummerċ 
jew negozju tagħha, għas-snin ta’ stima li 
jifdal hawn qabel imsemmija; u "l-ammont sħiħ jew 
proporzjon ta’ l-ammont ta’ taxxa fuq l-income dovut" 
għandu jiġi determinat billi jiġi moltiplikat l-ammont 
sħiħ ta’ taxxa fuq l-income dovut fuq id-dħul taxxabbli 
tal-kumpannija, li jkun ġej mill-kummerċ jew negozju 
tagħha, b’persentaġġ li jiġi kkalkolat billi tiġi diviża ttaxxa 
fuq l-income dovuta f’xi sena ta’ stima, skond

44 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
kif jista’ jiġi determinat mill-kumpannija, bejn is-sena 
ta’ stima 1995 u s-sena ta’ stima 2004, li dwarhom ilkumpannija 
tkun ikkwalifikat għall-inċentiv ipprovdut 
bl-artikolu 5A ta’ l-Att, bit-taxxa fuq l-income li kieku 
kienet tkun pagabbli mill-kumpannija fin-nuqqas ta’ 
dak l-inċentiv, u l-frazzjoni li tirriżulta titnaqqas minn 
numru wieħed (1), u r-riżultat għandu jiġi moltiplikat 
b’100: 
Iżda meta kumpannija tipprova għas-sodisfazzjon 
tal-Korporazzjoni, illi l-persentaġġ kif kalkolat skond 
id-disposizzjonijiet hawn qabel imsemmija jkun 
sostanzjalment differenti minn dak raġonevolment 
mistenni mill-kumpannija, il-Korporazzjoni tista’ 
tapprova persentaġġ differenti li jkun ibbażat fuq ilprovi 
pprovduti mill-kumpannija: 
Iżda wkoll il-jedd għal tali tnaqqis għandu jkun 
jiddependi minn jekk il-kumpannija tkunx tissodisfa lkondizzjonijiet 
tas-subartikolu (1) ta’ l-imsemmi 
artikolu 5A għal dik is-sena ta’ stima; 
(d) għall-finijiet tal-paragrafi (b) u (ċ): 
(i) kumpannija li kienet tkun intitolata tibbenefika 
mill-inċentivi bl-imsemmija artikoli 5 u 5A f’xi 
sena ta’ stima bejn is-sena ta’ stima 1995 sassena 
ta’ stima 2003, iżda li ma tkunx hekk 
ibbenefikat biss minħabba l-fatt li ma kellhiex 
dħul taxxabbli, għandha titqies bħala 
kumpannija li kienet tikkwalifika għall-inċentiv 
ipprovdut bl-artikoli 5 jew 5A, skond il-każ, u ddħ
ul taxxabbli tagħha għal dik is-sena ta’ stima 
għandu jitqies li jkun ta’ Lm100; 
(ii) għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-persentaġġ 
hemm imsemmi, it-taxxa fuq l-income dovuta 
f’xi sena ta’ stima bejn is-sena ta’ stima 1995 
sas-sena ta’ stima 2003 għandha tiġi kalkolata 
abbażi tal-fatt li l-profitti fiż-żmien bażi 
msemmija fl-artikolu 5(2) ta’ l-Att ikunu 
meqjusa bħala żero; 
(iii) is-snin ta’ stima li jifdal li fir-rigward tagħhom 
kumpannija tkun intitolata li tibbenefika middisposizzjonijiet 
ta’ l-artikolu 5 ta’ l-Att 
sussegwenti għas-sena ta’ stima 2003 għandhom 
ikunu snin ta’ stima konsekuttivi li jibdew 
għaddejin mis-sena ta’ stima 2004; 
(iv) is-snin ta’ stima li jifdal li fir-rigward tagħhom 
kumpannija tkun intitolata li tibbenefika middisposizzjonijiet 
ta’ l-artikoli 5 u 5A ta’ l-Att 
sussegwenti għas-sena ta’ stima 2003 
għandhom, fil-każ ta’ kumpannija li taqa’ taħt irregolament 
31(1)(ċ)(i), jiġu kkalkolati wara li 
jitnaqqsu snin ta’ stima li fihom il-kumpannija 
tkun ibbenefikat mid-disposizzjonijiet tarregolamenti 
4 u 5;

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 45 
Kap. 334. 
(e) f’każ li kumpannija tkun saret hekk intitolata 
minħabba li din kienet hekk intitolata għall-inċentivi 
provduti bl-artikoli 18 jew 20 ta’ l-Att dwar il-Portijiet 
Ħielsa ta’ Malta, hija tkun intitolata li tnaqqas minn - 
Kap. 364. 
Kap. 334. 
(i) l-ammont ta’ dazju pagabbli minnha skond l-Att 
dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, fi 
jew wara l-1 ta’ Jannar 2003, u liema dazju ma 
kienx ikun dovut skond l-artikolu 20 ta’ l-Att 
dwar il-Portijiet Ħielsa ta’ Malta; u 
Kap. 334. 
(ii) l-ammont ta’ taxxa fuq l-income dovut fuq iddħ
ul taxxabbli, li jkun ġej mill-kummerċ jew 
negozju eżerċitat ġewwa port ħieles skond ma 
jipprovdi l-artikolu 11 ta’ l-Att dwar il-Portijiet 
Ħielsa ta’ Malta, għas-snin ta’ stima sussegwenti 
għas-sena ta’ stima 2003, l-ammont ta’ krediti 
ta’ taxxa u meta l-krediti ta’ taxxa, għas-sena ta’ 
stima 2004 u snin ta’ stima sussegwenti, ikunu 
jeċċedu tali dazju u/jew tali dħul fuq it-taxxa 
dovuta minn tali kumpannija fi jew għal dik issena, 
l-eċċess għandu jiżdied bil-persentaġġ 
imsemmi fl-ewwel proviso għar-regolament 
5(12) u l-ammont hekk miżjud għandu jkun lammont 
illi l-kumpannija tkun intitolata tnaqqas 
mill-ammont ta’ tali dazju u/jew tali dħul fuq ittaxxa 
pagabbli minnha fi snin ta’ stima 
sussegwenti: 
Kap. 334. 
Iżda kumpannija tkun intitolata għallbenefiċċ
ju pprovdut b’dan il-paragrafu matul iż- 
żmien kollu li hija tibqa’ kumpannija li topera 
taħt liċenza f’port ħieles skond l-Att dwar il- 
Portijiet Ħielsa ta’ Malta sakemm tkun tissodisfa 
l-kondizzjonijiet, kif provduti f’dak l-Att, illi 
tali kumpannija kien ikollha tissodisfa sabiex 
hija tkun tista’ tikkwalifika għall-eżenzjonijiet 
provduti b’dawk l-artikoli 18 u 20 ta’ l-Att dwar 
il-Portijiet Ħielsa ta’ Malta; 
(f) il-jedd li jkollha kumpannija biex tpaċi l-krediti 
ta’ taxxa kontra taxxa fuq l-income pagabbli 
mill-istess kumpannija bil-mod pprovdut f’dan 
ir-regolament, jiġi eżerċitat wara illi jiġu 
applikati l-benefiċċji l-oħra kollha li minnhom 
tista’ tgawdi l-kumpannija skond l-Att u dawn 
ir-regolamenti. 
(2) Id-disposizzjonijiet tar-regolament 5(14) u (15) għandhom 
japplikaw mutatis mutandis għall-krediti ta’ taxxa u referenzi 
f’dawk is-subregolamenti għal krediti ta’ taxxa fuq l-investiment 
għandhom jinftehmu bħala li qed jirreferu għal krediti ta’ taxxa.

46 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
Inċentivi speċjali 
għal intrapriżi ta’ 
daqs żgħir jew 
medju. 
Miżjud: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
Emendat: 
A.L. 128 ta’ l- 
2003. 
38. (1) F’każ li kumpannija kwalifikanti - 
(a) tikkwalifika bħala intrapriża ta’ daqs żgħir jew medju; 
(b) tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fir-regolament 
31(1)(b) jew (ċ), 
dik il-kumpamnnija tkun intitolata, soġġett għall-approvazzjoni tal- 
Korporazzjoni, għall-benefiċċji pprovduti b’dan ir-regolament 
minflok il-benefiċċji pprovduti bir-regolamenti 3 u 4: 
B’dan iżda kumpannija li tibbenefika mid-disposizzjonijiet 
ta’ dan ir-regolament ma tkunx intitolata għall-benefiċċji pprovduti 
bir-regolamenti 4, 5 u 6. 
(2) Kumpanija li tissodisfa il-kondizzjonijiet stipulati fissubregolament 
(1) minħabba li tali kumpannija tkun intitolata għal 
benefiċċju pprovdut bl-artikolu 4 ta’ l-Att tkun, sas-sena ta’ stima 
2012, eżenti mit-taxxa fuq l-income dovut fuq id-dħul taxabbli 
tagħha, u li jkun ġej mill-kummerċ jew negozju tagħha, għas-snin 
ta’ stima konsekuttivi, li jkunu jifformaw parti mill-għaxar snin ta’ 
stima konsekuttivi oriġinali msemmija fl-artikolu 4(1) ta’ l-Att, 
sussegwenti għas-sena ta’ stima 2003, b’dan li l-kumpannija 
tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-imsemmi artikolu 4 ħlief għallkondizzjoni 
stipulata fil-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’ limsemmi 
artikolu 4. 
(3) Kumpannija li tissodisfa il-kondizzjonijiet stipulati fissubregolament 
(1) minħabba li kienet intitolata għall-benefiċċji 
pprovduti bl-artikolu 5 ta’ l-Att għandha, għas-snin ta’ stima li 
jifdal u li għalihom il-kumpannija tkun għadha intitolata li 
tibbenefika mill-inċentivi pprovduti fl-imsemmi artikolu 5 
sussegwenti għas-sena ta’ stima 2003, tkun intitolata, sas-sena ta’ 
stima 2012, għal tnaqqis ta’ l-ammont sħiħ jew ta’ proporzjon ta’ lammont 
ta’ taxxa fuq l-income dovut fuq id-dħul taxxabli li jkollha 
u li jkun ġej mill-kummerċ jew negozju tagħha; u "l-ammont sħiħ 
jew proporzjon ta’ l-ammont ta’ taxxa fuq l-income dovut" għandu 
jiġi determinat billi jiġi moltiplikat l-ammont sħiħ ta’ taxxa fuq lincome 
dovut fuq id-dħul taxxabbli tal-kumpannija li jkun ġej millkummerċ 
jew negozju tagħha b’persentaġġ li jiġi kkalkolat billi tiġi 
diviża it-taxxa fuq l-income dovuta f’xi sena ta’ stima, skond kif 
jista’ jiġi determinat mill-kumpannija, bejn is-sena ta’ stima 1995 u 
s-sena ta’ stima 2003, li dwarhom il-kumpannija tkun ikkwalifikat 
għall-inċentiv kif provdut bl-artikolu 5 ta’ l-Att, bit-taxxa fuq lincome 
li kieku kienet tkun pagabbli mill-kumpannija fin-nuqqas 
ta’ dak l-inċentiv, u l-frazzjoni li tirriżulta titnaqqas minn numru 
wieħed (1), u r-riżultat għandu jiġi moltiplikat b’100: 
Iżda meta kumpannija turi, u l-Korporazzjoni tkun hekk 
sodisfatta, li l-persentaġġ kif kalkolat skond id-disposizzjoni hawn 
qabel imsemmija jkun sostanzjalment differenti minn dak 
raġonevolment mistenni mill-kumpannija, il-Korporazzjoni tista’ 
tapprova persentaġġ differenti bbażat fuq il-provi pprovduti millkumpannija. 
(4) Kumpannija li tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fissubregolament 
(1) għax kienet intitolata għall-benefiċċji pprovduti 
bl-artikolu 5A ta’ l-Att għandha, għas-snin ta’ stima li jifdal li 
dwarhom il-kumpannija tkun għadha intitolata li tibbenefika mill

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 47 
inċentivi provduti bl-imsemmi artikolu 5A sussegwenti għas-sena 
ta’ stima 2003, tkun intitolata, sas-sena ta’ stima 2012, għal tnaqqis 
ta’ l-ammont sħiħ jew proporzjon ta’ l-ammont ta’ taxxa fuq lincome 
dovut fuq id-dħul taxxabbli tagħha li jkun ġej millkummerċ 
jew negozju tagħha; u "l-ammont sħiħ jew proporzjon ta’ 
l-ammont ta’ taxxa fuq l-income dovut" għandu jiġi determinat billi 
jiġi moltiplikat l-ammont sħiħ ta’ taxxa fuq l-income dovut fuq iddħ
ul taxxabbli tal-kumpannija, li jkun ġej mill-kummerċ jew 
negozju tagħha, b’persentaġġ li jiġi kkalkolat billi tiġi diviża ttaxxa 
fuq l-income dovuta f’xi sena ta’ stima, skond ma jista’ jiġi 
determinat mill-kumpannija, bejn is-sena ta’ stima 1995 u s-sena 
ta’ stima 2003, li dwarhom il-kumpannija tkun ikkwalifikat għallinċ
entiv provdut bl-artikolu 5A ta’ l-Att, bit-taxxa fuq l-income li 
kieku kienet tkun pagabbli mill-kumpannija fin-nuqqas ta’ dak linċ
entiv, u l-frazzjoni li tirriżulta titnaqqas minn numru wieħed (1), 
u r-riżultat għandu jiġi moltiplikat b’100: 
Iżda meta kumpannija turi, u l-Korporazzjoni tkun hekk 
sodisfatta, li l-persentaġġ kif kalkolat skond id-disposizzjoni fuq 
imsemmija jkun sostanzjalment differenti minn dak raġonevolment 
mistenni mill-kumpannija, il-Korporazzjoni tista’ tapprova 
persentaġġ differenti bbażat fuq il-provi pprovduti millkumpannija: 
Iżda wkoll il-jedd għal tali tnaqqis għandu jkun jiddependi 
fuq jekk il-kumpannija tkunx issodisfat il-kondizzjonijiet stipulati 
fis-subartikolu (1) ta’ dak l-artikolu 5A għal dik is-sena ta’ stima. 
(5) Għall-finijiet tas-subregolamenti (3) u (4): 
(a) kumpannija li kienet tkun intitolata tibbenefika millinċ
entivi pprovduti bl-artikoli 5 u 5A f’xi sena ta’ 
stima bejn is-sena ta’ stima 1995 u s-sena ta’ stima 
2003, iżda li ma tkunx ibbenefikat biss minħabba filfatt 
li ma kellhiex xi dħul taxxabbli, għandha titqies 
bħala kumpannija li kienet tikkwalifika għall-inċentiv 
provdut bl-artikolu 5 jew 5A ta’ l-Att, skond il-każ, u 
d-dħul taxxabbli għal dik is-sena ta’ stima għandu jiġi 
stmat li jkun ta’ Lm100; 
(b) għall-finijiet li jiġi determinat il-persentaġġ hemm 
imsemmi, it-taxxa fuq l-income dovuta f’xi sena ta’ 
stima bejn is-sena ta’ stima 1995 u s-sena ta’ stima 
2003 għandha tiġi kalkolata abbażi li l-profitti fiż- 
żmien bażi msemmi fl-artikolu 5(2) ta’ l-Att jitqiesu li 
jkunu żero. 
Kap. 334. 
(6) Kumpannija li tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fissubregolament 
(1) minħabba f’li hija kienet intitolata għallbenefiċċ
ji pprovduti bl-artikoli 18 jew 20 ta’ l-Att dwar il-Portijiet 
Ħielsa ta’ Malta - 
Kap. 364. 
Kap. 334. 
(i) għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2011, tkun 
eżentata mill-ħlas ta’ dazji imposti skond l-Att 
dwar Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti blistess 
mod kif kienet tkun eżentata mill-ħlas ta’ 
tali dazju skond l-artikolu 20 ta’ l-Att dwar il- 
Portijiet Ħielsa ta’ Malta; u

48 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
Kap. 334. 
(ii) għandha, sas-sena ta’ stima 2012, tkun eżentata 
mill-ħlas ta’ taxxa fuq l-income dovuta fuq iddħ
ul taxxabbli tagħha li jkun ġej mill-kummerċ 
jew negozju li jkun qed jiġi eżerċitat ġewwa port 
ħieles konformement mad-disposizzjonijiet ta’ 
artikolu 11 ta’ l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta’ 
Malta, għas-snin ta’ stima sussegwenti għassena 
ta’ stima 2003: 
Kap. 334. 
Iżda kumpannija tkun intitolata għall-benefiċċju pprovdut 
b’dan is-subregolament għal matul iż-żmien kollu sakemm din 
tibqa’ kumpannija li topera f’port ħieles taħt liċenza lilha maħruġa 
taħt l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta’ Malta, u sakemm tkun 
tissodisfa l-kondizzjonijiet, kif stipulati fl-Att, illi tali kumpannija 
kien ikollha tissodisfa biex hija tkun tista’ tikkwalifika għalleż
enzjonijiet ipprovduti bl-imsemmija artikoli 18 u 20 ta’ l-Att 
dwar il-Portijiet Ħielsa ta’ Malta. 
(7) Id-disposizzjonijiet tar-regolament 31(2) sa (6) għandhom 
japplikaw mutatis mutandis għal dan ir-regolament kif japplikaw 
għar-regolament 31. 
Kap. 123. 
(8) Profitti li jiġu meħlusa mit-taxxa skond id-disposiżżjonijiet 
ta’ dan ir-regolament għandhom, għall-iskopijet ta’ l-Att dwar it- 
Taxxa fuq l-Income, jiġu allokati għal kont intaxxat f’Malta u maddistribuzzjoni 
jkunu eżentati mit-taxxa fuq l-income bl-istess mod 
bħal ma huma d-dividendi msemmija fl-artikolu 9 ta’ l-Att. 
(9) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 25 ta’ l-Att għandhom, sa 
fejn huma applikabbli, japplikaw għall-inċentiv ipprovdut b’dan irregolament. 
(10) Il-benefiċċju pprovdut b’dan ir-regolament ma jibqax 
japplika fir-rigward ta’ kumpannija li ma tibqax tikkwalifika bħala 
intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju minħabba l-fatt li din tkun 
ingħaqdet ma’ kumpannija oħra jew xi kumpannija tkun ingħaqdet 
magħha jew bħala konsegwenza talli hi tkun akkwistat xi negozju 
ieħor. 
Limitazzjoni flapplikabilità 
tarregolamenti 
31 sa 
38. 
Miżjud: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
39. (1) Id-disposizzjonijiet tar-regolamenti 31 sa 38 ma 
għandhomx ikunu applikabbli fir-rigward ta’ kumpannija 
kwalifikanti għal xi sena ta’ stima jekk, fil-perjodu ta’ kontjar li 
jispiċċa fis-sena ta’ stima preċedenti, kien hemm bidla materjali flattivitajiet 
kummercjali ta’ dik il-kumpannija kwalifikanti. 
(2) Ċertifikat maħruġ mill-Korporazzjoni li jikkonferma li ma 
kienx hemm bidla materjali fl-attivitajiet ta’ kumpannija 
kwalifikanti, jkun evidenza konklużiva ta’ dak il-fatt. 
Limitazzjoni flapplikabilità 
ta’ 
ċerti inċentivi. 
Miżjud: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
L.S. 325.06 
40. L-inċentivi pprovduti bl-artikoli 6 u 7 ta’ l-Att u birregolamenti 
6, 8, 9, 10, 11 u 28 jkunu għad-disposizzjoni ta’ 
intrapriżi li l-kummerċ jew negozju tagħhom jikkonsisti f’biedja, 
sajd u akwakultura, jew tiswija ta’ vapuri jew produzzjoni ta’ azzar, 
karozzi, vapuri jew fibri sintetiċi, sakemm l-assistenza tiġi meqjusa 
mill-Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna mogħtija mill-Istat bħala 
li hija għajnuna kompatibbli a tenur tar-Regolamenti dwar 
Sorveljanza ta’ Għajnuna mogħtija mill-Istat.

PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU ġL.S.325.06 49 
Spiża komuni. 
Miżjud: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
Emendat: 
A.L. 128 ta’ l- 
2003. 
41. Fejn l-ispejjeż u l-infiq huma eliġibbli b’mod sħiħ jew parti 
minnhom taħt diversi skemi li jagħtu titolu għal kreditu ta’ taxxa 
taħt ir-regolamenti 32 sa 35, l-ispiża komuni għandha tiġi 
kkonsidrata darba biss taħt l-iskema li tipprovdi l-iktar benefiċċju 
favorevoli. 
Dati ta’ 
notifikazzjoni. 
Miżjud: 
A.L. 98 ta’ l-2003. 
42. Fejn f’dawn ir-regolamenti jew fl-Att, il-Korporazzjoni 
għandha tiġi notifikata sa data speċifika, il-Korporazzjoni tista’ 
tippermetti li tiġi notifikata sa data oħra. 
Profitti intaxxati 
b’rati mnaqsa. 
Miżjud: 
A.L. 128 ta’ l- 
2003. 
43. (1) B’effett mis-sena ta’ stima 2004, il-profitti li 
għandhom jiġu intaxxati b’rati mnaqqsa ta’ taxxa skond iddisposizzjonijiet 
ta’ regolament 4 jew 6 ma għandhomx, f’xi sena 
ta’ stima rilevanti, jeċċedu l-ammont li jirriżulta billi jiġi 
moltiplikat l-għadd ta’ impjegati bi: 
(a) Lm25,000, jew dak l-ammont ogħla li jista’jirriżulta 
mill-aġġustamenti msemmija fis-subregolamenti (2) u 
(3), meta l-profitti jiġu intaxxati bir-rata ta’ 5%; 
(b) Lm28,000, jew dak l-ammont ogħla li jista’ jirriżulta 
mill-aġġustamenti msemmija fis-subregolamenti (2) u 
(3), meta l-profitti jiġu intaxxati bir-rata ta’ 10% jew 
15%. 
Kap. 158. 
(2) L-ammonti ta’ Lm25,000 u Lm28,000 imsemmija fissubregolament 
(1) huma kkwotati bħala prezzijiet għall-2002 u 
dawn l-ammonti għas-sena ta’ stima 2004 għandhom jiżdiedu 
b’perċentaġġ li jkun ugwali għaż-żieda perċentwali fl-indiċi ta’ linflazzjoni, 
skond l-artikolu 13 ta’ l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll 
tad-Djar, għal matul l-2003. Għas-snin ta’ stima sussegwenti, dawn 
l-ammonti għandhom jiżdiedu b’perċentaġġ li jkun ugwali għaż- 
żieda perċentwali fl-indiċi ta’ l-inflazzjoni, skond l-artikolu 13 ta’ 
l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar, mill-2002 sas-sena 
kalendarja preċedenti għas-sena ta’ stima sussegwenti rilevanti: 
Kap. 372. 
Iżda jekk l-indiċi ta’ l-inflazzjoni għal xi sena partikolari 
ma jkunx għadu ġie ppublikat qabel id-data li kumpannija 
tippreżenta l-prospett tat-taxxa fuq l-income għal sena ta’ stima, lindiċ
i ta’ l-inflazzjoni għal dik is-sena għandu proviżorjament jiġi 
meqjus li jkun l-indiċi ta’ l-inflazzjoni tas-sena ta’ qabel u ladarba 
l-indiċi ta’ l-inflazzjoni għal dik is-sena in kwistjoni jkun ġie 
ppubblikat, il-kumpannija tkun tista’ tagħmel prospett ulterjuri 
skond l-artikolu 13 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa. 
(3) Meta f’xi sena ta’ stima rilevanti l-ammont ta’profitti li jiġu 
intaxxati b’rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq l-income skond irregolament 
4 jew 6, ikun inqas mill-ammont applikabbli stipulat 
skond is-subregolament (1), kif aġġustat: 
(a) bis-subregolament (2); u 
(b) b’dan is-subregolament rigward is-sena ta’ stima 
preċedenti għas-sena ta’ stima rilevanti, dak in-nuqqas 
għandu jiġi miżjud bil-perċentaġġ msemmi fl-ewwel 
proviso tar-regolament 5(12) u dak l-ammont miżjud 
għandu jiġi magħdud ma’ l-ammont indikat fissubregolament 
(1) kif aġġustat bis-subregolament (2) 
għas-sena ta’ stima sussegwenti għas-sena ta’ stima

50 L.S.325.06ħ PROMOZZJONI TAN-NEGOZJU 
rilevanti. 
(4) L-għadd ta’ impjegati msemmija fis-subregolament (1) 
għandhom ikunu l-impjegati tal-kumpannija, li tagħmel it-talba li 
hemm provdut dwarha bir-regolamenti 4 u 6, matul il-perjodu ta’ 
kontijiet li jintemm fis-sena preċedenti għas-sena ta’ stima rilevanti 
u dak l-għadd ta’ impjegati jiġi stabbilit skond id-disposizzjonijiet 
tar-regolamenti 3(8) u 3(9). 
(5) F’dan ir-regolament ''sena ta’ stima rilevanti'' tfisser is-sena 
ta’ stima li dwarha għandhom jiġu applikati d-disposizzjonijiet ta’ 
regolament 4 jew 6. 
(6) Fil-kuntest tad-disposizzjonijiet tat-tielet proviso marregolament 
4(1) u t-tielet proviso mar-regolament 6(1), il-Ministru 
qiegħed hawnhekk jistabilixxi illi l-aħħar sena ta’ stima li dwarha 
d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti 4 u 6 għandhom ikunu 
applikabbli, għandha tkun is-sena ta’ stima 2009.

