SORVELJANZA FUQ L-GĦAJNUNA 
MOGĦTIJA MILL-ISTAT ġ L.S.325.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 325.07
REGOLAMENTI DWAR IS-SORVELJANZA
FUQ L-GĦAJNUNA MOGĦTIJA MILL-ISTAT
30 ta’ April, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 103 ta’ l-2002.
Titolu.
Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat.
Tifsir.
teħtieġx xort'oħra:
Kap. 325.
''Bord'' tfisser il-Bord ta' Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija
mill-Istat imwaqqaf skond l-artikolu 57 ta' l-Att;
''Gazzetta'' tfisser il-Gazzetta tal-Gvern;
''għajnuna eżistenti'' tfisser kull għajnuna sew jekk għajnuna
individwali jew għajnuna taħt xi skema li kienet eżistenti qabel id-
dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regolamenti, u li kienet effetwata qabel, u
għadha applikabbli wara d-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regolamenti, u
fil-każ ta' għajnuna taħt xi skema, tinkludi dik l-għajnuna li tista’
tkun għadha dovuta wara dak id-dħul fis-seħħ taħt skema li tkun
iddaħħlet fis-seħħ qabel dak id-dħul fis-seħħ;
''għajnuna ġdida mogħtija mill-Istat'' tfisser kull għajnuna
mogħtija mill-Istat, jiġifieri, skemi ta' għajnuna kif ukoll għajnuna
individwali mogħtija jew intiża li tingħata wara d-dħul fis-seħħ ta'
dawn ir-regolamenti u li ma tkunx għajnuna eżistenti, u tinkludi
wkoll għajnuna eżistenti li tkun ġiet modifikata wara dak id-dħul
fis-seħħ;
''għajnuna mogħtija mill-Istat'' tinkludi kull għajnuna individwali
mogħtija mill-Istat sew jekk taħt xi skema sew b'xi mod ieħor, kif
ukoll skemi ta' għajnuna mogħtija mill-Istat jew imħaddma mill-
provditur ta' l-għajnuna mogħtija mill-Istat, ta' kull tip li jkun, li,
direttament jew indirettament, tirriżulta f'vantaġġ jew benefiċċju
ekonomiku li r-riċevitur ta' dik l-għajnuna, ma kienx kieku jirċevi
fil-kundizzjonijiet normali tas-suq;
''għajnuna mogħtija mill-Istat li ma kienetx notifikata'' tfisser
kull għajnuna mogħtija mill-Istat li ma kienetx notifikata skond ir-
regolament 5 wara li dawn ir-regolamenti jkunu daħlu fis-seħħ, jew
kull għajnuna ġdida mogħtija mill-Istat li tingħata qabel ma l-Bord
ikun ta l-opinjoni tiegħu;
''parti interessata'' tfisser kull persuna, intrapriża jew
assoċjazzjoni ta' intrapriżi li jistgħu jkunu affettwati bl-għoti ta' l-
għajnuna, partikolarment ir-riċevitur ta' l-għajnuna mogħtija mill-
Istat, intrapriżi kompetittivi u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ;
''provditur ta' għajnuna mogħtija mill-Istat'' tinkludi l-Gvern, il-
Ministeri u d-dipartimenti tal-Gvern, entijiet li jaqgħu taħt dawk il-
Ministeri u dipartimenti, kif wkoll il-kunsilli lokali li, direttament
2 L.S.325.07 ħ
SORVELJANZA FUQ L-GĦAJNUNA 
MOGĦTIJA MILL-ISTAT
jew indirettament, jagħtu jew jippjanaw li jagħtu għajnuna
mogħtija mill-Istat, kif wkoll kull korp ieħor awtorizzat mill-Istat
biex jagħti għajnuna mogħtija mill-Istat;
''riċevitur ta' għajnuna mogħtija mill-Istat'' tfisser kull individwu
jew intrapriża li teżerċita attività  ekonomika u li tirċievi għajnuna
mogħtija mill-Istat;
''skema ta' għajnuna mogħtija mill-Istat'' tfisser kull skema li
abbażi tagħha, mal-ġrajja taċ-ċirkostanzi predeterminati, u
mingħajr ebda miżura ulterjuri ta' implimentazzjoni biex l-iskema
tiddaħħal fis-seħħ, tista’ tingħata għajnuna individwali mogħtija
mill-Istat jew jistgħu jiġu mogħtija benefiċċji lill-intrapriżi
deskritti f'dik l-iskema, kif ukoll kull skema li abbażi tagħha
jistgħu jingħataw għajnuna individwali jew benefiċċji lil intrapriżi
li jappartjenu għal dik il-klassi jew kategorija kif deskritta fl-
iskema, irrispettivament jekk isseħħx xi ċirkostanza partikolari jew
jekk ikunx hemm xi proġett speċifiku.
Kondizzjonijiet 
għall-għoti ta’ 
għajnuna mill-
Istat.
3. Għajnuna mogħtija mill-Istat li tgħawweġ jew thedded li
tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tkun tiffavorixxi lil xi intrapriżi,
jew il-produzzjoni ta' xi oġġetti jew l-għoti ta' xi servizzi, hija
pprojbita:
Iżda, m'huwiex ipprojbit li l-Istat jagħti għajnuna mogħtija
mill-Istat bħal dik f'dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) fejn l-għajnuna, ta' xorta soċjali, tingħata lil
konsumaturi individwali mingħajr diskriminazzjoni
rigward it-tip ta' prodott;
(b) fejn l-għajnuna jkollha l-iskop li tkopri telf kawżat
minn diżastri naturali jew sitwazzjonijiet mhux tas-
soltu:
Iżda wkoll tista' iktar minn hekk tingħata għajnuna
mogħtija mill-Istat bħal dik li tkun kompatibbli mal-prinċipji u ma’
kull prattika msemmija fl-artikolu 58(1)(b) ta' l-Att.
Drittijiet li għandu 
l-Bord.
4. (1) Fit-twettiq tas-setgħat u l-funzjonijiet tiegħu taħt l-Att,
il-Bord ikollu d-dritt ta' aċċess għal kull informazzjoni rilevanti, u
jista' jitlob kull kjarifika u spjegazzjoni li jidhirlu meħtieġa biex
jiddelibera u jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.
(2) Meta l-Bord iqis li l-informazzjoni li jkun irċieva mill-
provditur ta' l-għajnuna mogħtija mill-Istat ma tkunx suffiċjenti,
dan jista' jitlob għal kull informazzjoni addizzjonali li tkun
neċessarja.
(3) Il-Bord jista' jistieden lil kull parti li jkollha interess li
tagħmel sottomissjonijiet dwar xi għajnuna li tkun qed tiġi
eżaminata.
Avviż ta’ għajnuna 
ġdida mogħtija 
mill-Istat.
5. (1) Il-provditur ta' l-għajnuna ġdida mogħtija mill-Istat
għandu javża lill-Bord b'kull proposta għall-għoti ta' din it-tip ta’
għajnuna.
(2) Il-provditur ta' l-għajnuna ġdida mogħtija mill-Istat għandu
jipprovdi lill-Bord b'kull informazzjoni neċessarja li dan ikun
jeħtieġ biex jagħti l-opinjoni tiegħu.
SORVELJANZA FUQ L-GĦAJNUNA 
MOGĦTIJA MILL-ISTAT ġ L.S.325.07 3
(3) L-avviż għandu jingħata fuq prospett skond ma jidher fl-
Ewwel Skeda.
Proċedura ta’ 
eżami.
6. (1) Il-Bord għandu jeżamina l-għajnuna proposta mogħtija
mill-Istat u għandu, fi żmien sittin ġurnata minn meta jirċievi l-
informazzjoni kollha mitluba minnu, jagħti lill-provditur ta' l-
għajnuna mogħtija mill-Istat jew lil kull min ikun interessat
opinjoni preliminari dwar l-għajnuna li tkun ġiet avżata. Il-
provditur ta' l-għajnuna mogħtija mill-Istat kif ukoll kull min ikun
interessat, jista' fi żmien tletin ġurnata minn meta jirċevi l-opinjoni
preliminari, jagħmel aktar sottomissjonijiet.
(2) Meta jirriżulta lill-Bord, wara li jirċevi aktar
sottomissjonijiet jew wara li jiskadi ż-żmien li fih setgħu isiru aktar
sottomissjonijiet, isib li l-għajnuna avżata mogħtija mill-Istat tkun
kompatibbli ma' dawn ir-regolamenti, dan għandu jagħti l-opinjoni
finali tiegħu.
(3) Meta l-Bord wara li jkun irċeva dawk is-sottomissjonijiet
jew ikun skada ż-żmien li fih seta’ jirċievi aktar sottomissjonijiet
ikun jidhirlu li l-għajnuna avżata tista' ma tkunx kompatibbli ma'
dawn ir-regolamenti, dan għandu jitlob lill-provditur ta' għajnuna
mogħtija mill-Istat biex jagħmel kull sottomissjoni tiegħu dettaljata
addizzjonali u neċessarja dwar l-għajnuna avżata.
(4) Meta jirċevi l-informazzjoni kollha neċessarja, il-Bord
għandu jagħti l-opinjoni finali tiegħu fi żmien sittin ġurnata minn
meta jirċievi l-aħħar sottomissjonijiet u jwassal bil-miktub il-
konklużjonijiet tiegħu lill-provditur ta' l-għajnuna mogħtija mill-
Istat u lil kull min jista‘ jkollu interess.
Klawżola li kollox 
jibqa’ kif ikun.
7. Għajnuna mogħtija mill-Istat li għandha tigi avżata skond
ir-regolament 5 m'għandhiex tibda sseħħ qabel ma l-Bord ikun ta l-
opinjoni finali tiegħu dwar dik l-għajnuna skond ir-regolament 6(4)
jew meta l-Bord ikun ħareġ opinjoni negattiva.
Għajnuna li ma 
tkunx ġiet avżata.
8. (1) Meta l-Bord isir jaf b'għajnuna mogħtija mill-Istat li
ma tkunx ġiet avżata, dan għandu jibda jeżamina dik l-għajnuna
minghajr ebda dewmien. 
(2) Għajnuna mogħtija mill-Istat li ma tkunx ġiet avżata
għandha tiġi eżaminata mill-Bord skond il-proċedura stabbilita fir-
regolament 6.
Sospensjoni ta’ 
għajnuna mogħtija 
mill-Istat mhux 
avżata.
9. (1) Il-Bord jista', wara li jkun ta lill-provditur ta' l-
għajnuna mogħtija mill-Istat l-opportunità  li jagħmel is-
sottomissjonijiet tiegħu, jeħtieġ lil dak il-provditur jissospendi l-
għajnuna mogħtija mill-Istat li ma tkunx ġiet avżata sakemm il-
Bord jagħti l-opinjoni tieghu. 
(2)* Il-Bord jista', wara li jkun ta lill-provditur ta' għajnuna
mogħtija mill-Istat l-opportunità  li jagħmel is-sottomissjonijiet
tiegħu, jirrekjedi lil dak il-provditur ta' l-għajnuna mogħtija mill-
Istat li jissospendi u proviżorjament jirkupra l-għajnuna mogħtija
mill-Istat li ma tkunx ġiet avżata sakemm il-Bord jagħti l-opinjoni
tiegħu, kemm-il darba jitwettqu dawn il-kriterji li ġejjin:
*dan is-subartikolu għadu mhux fis-seħħ.
4 L.S.325.07 ħ
SORVELJANZA FUQ L-GĦAJNUNA 
MOGĦTIJA MILL-ISTAT
(a) li ma jkun hemm ebda dubju dwar ix-xorta ta'
għajnuna f'dak kollu involut; u
(b) ikun hemm urġenza biex jittieħdu passi; u 
(ċ) ikun hemm riskju konsiderevoli ta' ħsara sostanzjali u
irreparabbli għal intrapriżi li jkunu qed jikkompetu ma'
xulxin.
Irkupru ta’ 
għajnuna mogħtija 
mill-Istat.
10.* (1) Fejn il-Bord ikun wera fl-opinjoni tiegħu li l-għajnuna
ġdida mogħtija mill-Istat ma tkunx kompatibbli mar-regolament 3,
il-provditur ta' l-għajnuna mogħtija mill-Istat għandu jieħu l-miżuri
kollha neċessarji biex jirkupra dik l-għajnuna mingħand ir-
riċevitur.
(2) Dik l-għajnuna mogħtija mill-Istat flimkien ma' kull
imgħax fuqha, għandhom jiġu rkuprati skond regolamenti li jiġu
preskritti mill-Ministru responsabbli għall-finanzi.
Eżami ta’ għajnuna 
eżistenti mogħtija 
mill-Istat.
11. (1) Fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-
regolamenti, il-provditur ta' għajnuna mogħtija mill-Istat għandu
jagħti lill-Bord id-dettalji ta' kull għajnuna mogħtija mill-Istat li
tkun teżisti fuq prospett skond ma jidher fl-Ewwel Skeda.
(2) Fejn il-Bord, mill-informazzjoni li jirċevi ma jkunx jista',
minħabba nuqqas ta' informazzjoni, jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-
għajnuna eżistenti mogħtija mill-Istat, huwa għandu jitlob lill-
provditur ta' din l-għajnuna mogħtija mill-Istat sabiex jissottometti
fi żmien raġonevoli kull informazzjoni neċessarja dwar din l-
għajnuna: 
Iżda, dawk is-sottomissjonijiet li ġew riċevuti dwar kull
għajnuna eżistenti mogħtija mill-Istat msemmija fit-Tieni Skeda,
ma jkunux suġġetti għal eżami mill-Bord skond ir-regolament 12 u
r-regolament 14.
(3) Il-Bord għandu jeżamina l-informazzjoni li jirċevi dwar l-
għajnuna eżistenti mogħtija mill-Istat u fi żmien sittin ġurnata minn
meta jirċevi s-sottomissjonijiet jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-
kompatabilità  ta' din l-għajnuna mar-regolament 3.
L-opinjoni. 12.# (1) Fejn il-Bord isib li l-għajnuna eżistenti mogħtija mill-
Istat ma tkunx kompatibbli mar-regolament 3, il-Bord għandu fl-
opinjoni tiegħu:
(a) jindika, fejn neċessarju, li modifikazzjonijiet jeħtieġu
isiru; jew 
(b) jitlob li l-għajnuna eżistenti mogħtija mill-Istat
titwaqqaf.
(2) Fejn il-Bord huwa tal-fehma li l-għajnuna eżistenti
mogħtija mill-Istat għandha tkun modifikata, din l-għajnuna
mogħtija mill-Istat għandha, fejn il-Bord jaħseb li huwa neċessarju,
tkun sospiża temporanjament sakemm isiru l-modifikazzjonijiet
neċessarji.
*dan l-artikolu għadu mhux fis-seħħ.
#dan l-artikolu għadu mhux fis-seħħ.
SORVELJANZA FUQ L-GĦAJNUNA 
MOGĦTIJA MILL-ISTAT ġ L.S.325.07 5
(3) Fejn il-Bord huwa ta' l-opinjoni li l-għajnuna eżistenti
mogħtija mill-Istat għandha titwaqqaf, il-provditur ta' din l-
għajnuna mogħtija mill-Istat għandu, malli jirċevi l-opinjoni tal-
Bord, jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex iwaqqaf l-għoti ta' din
l-għajnuna eżistenti mogħtija mill-Istat.
Nuqqas ta’ tħaris.
milli jħares l-opinjoni tal-Bord, il-Bord għandu jirreferi l-kwistjoni
lill-Ministru responsabbli għall-provditur ta' dik l-għajnuna
mogħtija mill-Istat.
Pubblikazzjoni tal-
konklużjonijiet ta’ 
l-opinjoni tal-Bord.
14. Il-konklużjonijiet ta' l-opinjoni tal-Bord dwar għajnuna
ġdida mogħtija mill-Istat għandhom jiġu ppubblikati fil-Gazzetta. 
Prospetti meħtieġa 
mill-Bord.
15. Il-provditur ta' għajnuna mogħtija mill-Istat għandu jagħti,
sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara tmiem kull sena kalendarja
lill-Bord, fuq formula preskritta, id-dettalji ta' kull għajnuna
mogħtija mill-Istat li tkun ingħatat matul is-sena li tkun għaddiet
minnufih qabel.
L-EWWEL SKEDA
Regolament 5(3) u regolament 11(1)
Avviż dwar Għajnuna Mogħtija mill-Istat
Tagħrif fil-qosor dwar Għajnuna Mogħtija mill-Istat
Information fil-qosor li għandha 
tingħata
Rimarki spjegattivi
Isem ir-riċevitur ta’ għajnuna
mogħtija mill-Istat
L-isem tar-riċevitur jew ta’ l-
intrapriża li ser tirċievi l-għajnuna.
Titolu ta’ l-għajnuna jew skem ta’
għajnuna
L-isem ta’ l-għajnuna jew skema ta’
għajnuna - għandha tingħata
indikazzjoni preċiża tar-regoli u l-
kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni.
Bażi legali Referenza legali preċiża għal din l-
għajnuna.
Nefqa annwali ta’ għajnuna
ppjanata li tingħata. Fil-każ ta’
għajnuna eżistenti mogħtija mill-
Istat l-ammont annwali ta’
għajnuna li ngħatat
Ammonti f’valuta Maltija - l-ammont
annwali globali għal kull tip ta’
strument t’għajnuna.
Massimu ta’ għajnuna mogħtija L-ogħla ammont massimu ta’
għajnuna li ser tkun mogħtija.
Data ta’ implimentazzjoni Id-data minn meta ser tingħata/
kienet mogħtija l-għajnuna.
Kemm se ddum jew meta ttemm l-
għajnuna jew skema ta’ għajnuna
Żmien għal kemm se ddum u d-data
(sena u xahar) sa meta l-għajnuna
tkun ser tibqa’ tingħata.
Skop għall-għoti ta’ l-għajnuna Kull skop li għalih tkun ser tingħata
l-għajnuna.
6 L.S.325.07 ħ
SORVELJANZA FUQ L-GĦAJNUNA 
MOGĦTIJA MILL-ISTAT
IT-TIENI SKEDA
Regolament 11(2)
Għajnuna eżistenti mogħtija mill-Istat mhux suġġetta
għar-regolament 12
1. Is-setturi agrikoli u tas-sajd,
2. Għajnuna mogħtija sal-31 ta’ Ottubru, 2000 kemm taħt l-
Att dwar il-Promozzjoni tan-Negozju (Kap. 325), qabel
magħruf bħala l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, kif ukoll
taħt l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta’ Malta (Kap. 334),
3. Bini u tiswija ta’ vapuri: Malta Drydocks Corporation u
Malta Shipbuilding Company Limited,
4. Turiżmu: Tour Operator Support Scheme,
5. Is-settur tat-trasport,
6. Utilitajiet: Enemalta Corporation u Water Services
Corporation,
7. Garanziji tal-Gvern.
