KODIĊI TA’ MĠIEBA GĦALL-GĦALLIEMA ġ L.S.327.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.02
REGOLAMENTI DWAR
KODIĊI TA’ MĠIEBA GĦALL-GĦALLIEMA
8 ta’ Novembru, 1988
L-AVVIŻ LEGALI 81 ta’ l-1988.
Titolu.
Kodiċi ta’ Mġieba għall-Għalliema.
Kodiċi ta’ Mġieba.
Kap. 327.
2. Il-Kodiċi ta’ Mġieba li għandu japplika għall-għalliema,
kif previst fl-artikolu 13 ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni, għandu jkun
dak imdaħħal fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
SKEDA
Kodiċi ta’ Mġieba
1. Ir-Responsabilitajiet ta’ l-Ghalliem lejn l-Istudenti fdati
f’idejh:
1.1. L-Għalliem għandu jqis fuq kollox il-ġid ta’ l-
istudent.
1.2 Fix-xogħol professjonali tiegħu, l-għalliem għandu
jimmira l-isforzi tiegħu biex igħin lill-istudent fl-iżvilupp tal-
persuna tiegħu inkluża l-ħila għax-xogħol.
1.3 L-Għalliem għandu jsaħħaħ fl-istudenti tiegħu sens
ta’ onestà , integrità  u rispett lejn ħaddieħor u ma għandu jagħmel
xejn bl-ordnijiet li jagħti u bil-mod kif jimxi, biex ibaxxi dawn il-
kwalitajiet.
1.4 L-Għalliem għandu jkun ġust u għandu jidher li qed
jagħmel il-ġustizzja.
1.5 L-Għalliem għandu juża l-awtorità  tiegħu skond il-
liġi ta’ pajjiżna u skond l-ideat l-iktar żviluppati tal-bżonnijiet u d-
drittijiet ta’ l-istudent.
 1.6 L-Għalliem għandu jagħraf li kull student huwa
persuna u li l-istudenti jista’ jkollhom ħtiġiet differenti biex ikunu
jistgħu jimxu ’l quddiem fl-edukazzjoni.
1.7 L-Għalliem għandu jagħraf id-dmir li jgħin lill-
istudenti kollha fdati f’idejh biex jiżviluppaw it-talenti tagħhom bl-
iktar mod xieraq u kemm jista’ jkun possibbli.
1.8 L-Għalliem għandu jagħraf li għandu jaħdem mal-
ġenituri għall-ġid ta’ l-istudenti l-aktar billi jikkonsulta u jinvolvi
l-ġenituri kull meta jkun meħtieġ.
1.9 L-Għalliem għandu jagħmel kull ma jista’ biex iħares
l-istudenti minn dak kollu li hu ta’ ħsara għat-tagħlim jew għas-
saħħa jew dak li jkun ta’ periklu għalihom.
2 L.S.327.02 ħ KODIĊI TA’ MĠIEBA GĦALL-GĦALLIEMA
1.10 L-Għalliem ma għandux jimbarazza jew jumilja l-
istudenti tiegħu apposta.
1.11 L-Għalliem ma għandux juża r-relazzjonijiet
professjonali ma’ L-istudenti għall-vantaġġi personali tiegħu.
1.12 L-Għalliem ma għandux jagħti tagħrif, dwar L-
istudenti tiegħu, li huwa jkun kiseb matul il-kors tas-servizz
professjonali tiegħu jekk dak it-tagħrif ma jkunx mitlub
espressament għal skop professjonali jew skond il-liġi.
2. Ir-Responsabilitajiet ta’ l-Għalliem lejn Sħabu u lejn il-
Professjoni ta’ Għalliem
2.1 L-Għalliem għandu jirrispetta l-livell professjonali u
l-fehmiet ta’ sħabu u magħhom iżomm relazzjonijiet tajba b’livell
għoli ta’ etiquette professjonali.
2.2 L-Ghalliem għandu jkun lest li jgħin b’kull mod lill-
għalliema inqas anzjani minnu u lil dawk li jkunu għadhom qed
jitħarrġu.
2.3 L-Għalliem għandu jaċċetta l-awtorità  ta’ kollegi
professjonali anzjani għalih waqt li jżomm id-dritt li jesprimi l-
opinjoni professjonali tiegħu.
2.4 L-Għalliem għandu jagħraf id-dmir li jmexxi ’l
quddiem il-kawża ta’ l-edukazzjoni u b’hekk il-kawża tal-
professjoni tat-tagħlim.
2.5 L-Għalliem għandu jagħraf id-dmir li jtejjeb b’kull
mod possibbli l-effettività  tiegħu bhala għalliem.
2.6 L-Għalliem għandu jagħraf li huwa responsabbli
għall-azzjonijiet u l-ġudizzji tiegħu u jkun lest li jaffronta l-
konsegwenzi tagħhom.
2.7 L-Għalliem għandu jagħraf id-dmir li juri sens ta’
responsabbiltà , inizjattiva individwali u integrità  fit-tagħlim tiegħu
u f’azzjonijiet professjonali oħra skond il-kodiċi tal-professjoni.
2.8 L-Għalliem m’għandux jagħmel intenzjonalment
stqarrijiet foloz li jkollhom x’jaqsmu mal-ħila u l-kwalifiki ta’ xi
kandidat li japplika għal xi kariga.
2.9 L-Għalliem m’għandux jaċċetta flus, rigali jew favuri
li jistgħu jolqtu ħażin jew jidhru li qed jinfluwenzaw id-
deċiżjonijiet jew l-azzjonijiet professjonali tiegħu.
2.10 L-Għalliem m’għandux jipprova jinfluwenza lill-
Ministru, lid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni jew lil xi Bord
Edukattiv dwar ħwejjeġ li jolqtu l-għalliema sakemm dan ma jkunx
espressament mitlub mill-Ministru, mid-Dipartiment jew minn
Bord Edukattiv fil-kariga uffiċjali tiegħu.
2.11 Mhux aġir korrett li kollega professjonali anzjan,
ikun min ikun, jew xi għalliem, jiċċensura għalliema oħra jew
jikkritika xogħlhom quddiem l-istudenti u/jew quddiem il-pubbliku
ġenerali.
2.12 Ma jkunx aġir korrett li permezz ta’ stqarrija
pubblika għalliem jagħti fama ħażina lill-professjoni, lill-iskola
KODIĊI TA’ MĠIEBA GĦALL-GĦALLIEMA ġ L.S.327.02 3
tiegħu jew lid-Dipartiment.
2.13 L-Għalliem għandu japprezza li, filwaqt li bħala
persuna professjonali għandu jieħu r-responsabbiltà  għall-
azzjonijiet tiegħu, huwa għandu d-dmir li jobdi l-istruzzjonijiet
raġjonevoli mogħtija minn kollegi professjonali anzjani. Huwa
għandu d-dritt jipprotesta kontra istruzzjonijiet mogħtija.
2.14 Kollegi professjonali anzjani għandhom jagħtu lill-
għalliem l-appoġġ u l-għajnuna kollha li jistgħu biex ix-xogħol
tiegħu jkun effettiv. Huma għandhom jikkonsultawh u jgħarrfuh
dwar ħwejjeġ li jolqtu x-xogħol tiegħu u għandhom iġibu ruħhom
miegħu b’ġustizzja u dinjità  - u dan mhux biss meta dan ikun
meħtieġ għall-interess ta’ l-istudenti jew kollegi oħra, imma wkoll
biex tintlaħaq effiċjenza akbar kif ukoll livell aqwa ta’ etika
professjonali.
3. Ir-Responsabilità  ta’ l-Għalliem lejn il-Ġenituri ta’ l-
Istudenti u lejn il-Komunità
3.1 L-Għalliem għandu jirrikonoxxi d-dritt tal-ġenituri li
jikkonsultawh dwar il-progress jew il-ġid ta’ l-istudenti bil-mod u
l-ordni stabbiliti. L-għalliem għandu jagħraf id-dritt tal-ġenituri li
jkunu kkonsultati f’dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp
ġejjieni ta’ wliedhom.
3.2 L-Għalliem m’għandu jagħmel xejn li jnaqqas l-
awtorità  legali tal-ġenituri imma għandu jkun lest biex jagħti pariri
li skond l-opinjoni professjonali tiegħu huma fl-aħjar interess ta’ l-
istudenti.
3.3 L-Għalliem għandu jagħmel kull sforz biex iħajjar il-
ġenituri jieħdu interess b’mod attiv fl-edukazzjoni u l-ġid ta’
wliedhom.
3.4 L-Għalliem għandu jġib ruħu u jimxi fis-soċjetà
b’mod li jkabbar il-prestiġju tal-professjoni.
