GRAD TA’ BAĊELLERAT TA’ L-ARTI FL-ISTUDJI 
RELIĠJUŻI - B.A. (REL. STUD.) ġ L.S.327.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.04
REGOLAMENTI GĦALL-GRAD TA’ BAĊELLERAT 
TA’ L-ARTI FL-ISTUDJI RELIĠJUŻI
- B.A. (REL. STUD.)
20 ta’ Diċembru, 1988
L-AVVIŻ LEGALI 104 ta’ l-1988, kif emendat bl-Avviż Legali 27 ta’ l-
1997.
Titolu.
Emendat:
A.L. 27 ta’ l-1997.
It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti għall-
Grad ta’ Baċellerat ta’ l-Arti fl-Istudji Reliġjużi - B.A. (Rel. Stud.),
u dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet mibdija
f’Ottubru 1991 jew wara.
Programm ta’ l-
istudji.
1.1 Il-kors ta’ l-istudji għall-Grad ta’ B.A. fl-Istudji Reliġjużi
jieħu normalment iż-żmien ta’ ħames snin akkademiċi, jew għaxar
semestri ta’ bejn wieħed u ieħor 14-il ġimgħa kull wiehed. Il-Bord
iżda jista’ jqassar dan iż-żmien għal dawk l-istudenti li kienu
għamlu xi partijiet eqwivalenti tal-kors f’xi Fakultà  oħra, bil-
kondizzjoni li l-kandidat ma jiġix eżentat minn iktar minn terz tal-
għadd ta’ credits meħtieġa għall-ammissjoni għall-eżami finali.
Dawk l-istudenti li attendew korsijiet fil-Fakultà  tat-Teoloġija
jistgħu, f’każijiet speċjali, japplikaw għall-grad ta’ B.A. mill-
Istitut, li jikkunsidra kull każ skond il-merti tiegħu, waqt li l-Bord
ikun jista’ jesiġi li l-istudent jissottometti ruħu għal xi tests skond
kif l-istess Bord ikun jitlob.
1.2 Il-programm sħiħ ta’ l-istudji għandu jikkonsisti f’numru
ta’ study-units jew korsijiet li għal kull wieħed minnhom jiġi
akkreditat credit wieħed jew aktar (credit wieħed jikkorrispondi
għal lecture fil-ġimgħa għal semestru wieħed). Sillabu jew katalgu
li juri l-korsijiet jew study-units li l-Istitut joffri u approvati mill-
Board għandu jiġi pubblikat qabel il-bidu ta’ kors ġdid għall-Grad
ta’ B.A., b’riżerva tad-dritt tal-Board li joffri korsijiet oħra fuq bażi
ozzjonali.
1.3 Il-programm sħiħ ta’ l-istudji meħtieġ għall-grad tal-
Baċellerat iħaddan korsijiet ekwivalenti għal 64 credits u mqassma
hekk:
(i) 24 credits: korsijiet bażiċi fit-Teoloġija u l-Filosofija;
(ii) 12 credits: korsijiet iktar avanzati fit-Teoloġija;
(iii) 9 credits: korsijiet iktar avanzati fil-Filosofija;
(iv) 15 credits: fi special area jew option bħal dawn li
ġejjin:
(a) Reliġjon u Edukazzjoni
(b) Reliġjon u Soċjetà
(ċ) Xi qasam ieħor ta’ studji li jista’ jiġi magħżul
mill-Bord minn żmien ghal żmien u inkluż fis-
sillabu għal dak il-perijodu ta’ żmien.
(v) 4 credits: Seminars.
2 L.S.327.04 ħ
GRAD TA’ BAĊELLERAT TA’ L-ARTI FL-ISTUDJI 
RELIĠJUŻI - B.A. (REL. STUD.)
L-ghażla ta’ li special area u tas-seminars għandha ssir
minn kull kandidat qabel il-bidu tat-tielet semestru u wara
konsultazzjoni mad-Direttur jew mad-delegat tieghu.
Eżamijiet. 2.1 Isir eżami (jew xi mod ieħor ta’ assessment skond ma jkun
indikat fis-sillabu għal kull study-unit) malli jintemm xi study-unit.
Dawk biss li jkollhom suċċess f’dan l-eżami jiġu akkreditati bil-
credits assenjati għal dak il-unit. L-eżaminatur jassenja marka
minn massimu ta’ 100, b’50 bħala minimu.
2.2 Ikun hemm eżami finali bil-miktub fi tmiem il-kors kollu,
li jikkonsisti fi tlett karti ta’ tlett siegħat il-waħda: waħda fit-
Teoloġija, waħda fil-Filosofija, u waħda fl-area speċjali li tkun
magħżula. Id-Direttur jipprepara lista ta’ topics li jiġbru l-materja li
minnha joħorġu l-mistoqsijiet għal dan l-eżami finali; din il-lista, li
tkun approvata mill-Bord, tiġi magħrufa lill-istudenti għall-anqas
sitt xhur qabel id-data ta’ l-eżami.
2.3 Dawk il-kandidati li jeħlu minn xi eżami jistgħu jerġgħu
jagħmluh f’sessjoni oħra fi żmien sitt xhur. Dawk li jkunu weħlu
f’karta waħda jew tnejn fl-eżami finali, jkunu obbligati jerġgħu
jagħmlu biss il-karta jew karti li fihom ikunu weħlu. Dawk li ma
setgħux jagħmlu xi eżami minħabba xi raġuni li ma taqax taħt il-
kontroll tagħhom jistgħu jitħallew jerġgħu jagħmluh f’sessjoni
speċjali.
2.4 F’kull ħaġa oħra li tirrigwarda l-eżamijiet, dak li hu
pprovdut għall-Fakultà  tat-Teoloġija japplika wkoll għall-Istitut.
2.5 Dissertation (long essay) ta’ madwar 5,000 kelma għandha
tingħata lill-amministrazzjoni ta’ l-Istitut għall-anqas xahar qabel l-
eżami finali. It-topic tad-dissertation, magħżul mill-kandidat
b’konsultazzjoni mad-Direttur, għandu jiġi sottomess għall-
approvazzjoni tal-Bord qabel it-tmiem tar-raba’ sena. Għal kull
dissertazzjoni jiġi assenjat Moderatur mill-Bord. Erba’ kopji tad-
dissertazzjoni, ittajpjata skond l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija mill-
amministrazzjoni, għandhom jiġu konsenjati lid-Direttur fiż-żmien
indikat. Min jittardja fil-konsenja ta’ dawn il-kopji jista’ jitneħħilu
l-jedd li jagħmel l-eżamijiet finali.
Gradi u diplomi.
Sostitwit:
A.L. 27 ta’ l-1997.
3.1 Ir-riżultat finali jieħu f’kunsiderazzjoni r-riżultat ta’ l-
eżamijiet finali (30%), l-essay twil (10%) u l-gradi miksuba
magħtul il-kors (60%).
3.2 Fir-riżultat finali l-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw
għall-grad jiġu ppubblikati f’lista alfabetika skond dawn il-Gradi:
I, IIA, IIB, III u Pass.
Interpretazzjoni.
Sostitwit:
A.L. 27 ta’ l-1997.
4.1 Fil-kontest ta’ dawn ir-regolamenti:
Istitut ifisser l-Istitut ta’ Studji Reliġjużi mwaqqaf fi ħdan il-
Fakultà  tat-Teoloġija;
"Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut;
"Direttur" ifisser id-Direttur ta’ l-Istitut;
"amministrazzjoni" tfisser l-amministrazzjoni ta’ l-Istitut:
Iżda sakemm l-Istatut ta’ l-Istitut ta’ Studji Reliġjużi jkun
ippromulgat, il-kompetenzi attribwiti lill-Bord ta’ l-Istitut ikunu
GRAD TA’ BAĊELLERAT TA’ L-ARTI FL-ISTUDJI 
RELIĠJUŻI - B.A. (REL. STUD.) ġ L.S.327.04 3
eżerċitati mill-Bord tal-Fakultà  tat-Teoloġija u r-responsabiltajiet
tad-Direttur ta’ l-Istitut, ikunu eżerċitati mid-Dekan tal-Fakultà  tat-
Teoloġija.
