DIPLOMA FIT-TEOLOĠIJA PASTORALI - 
DIPL. PAST. TH. ġ L.S.327.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.05
REGOLAMENTI GĦAD-DIPLOMA
FIT-TEOLOĠIJA PASTORALI - DIPL. PAST. TH.
20 ta’ Diċembru, 1988
L-AVVIŻ LEGALI 105 ta’ l-1988, kif emendat bl-Avviż Legali 10 ta’ l-
1997.
Titolu.
Emendat:
A.L. 10 ta’ l-1997.
It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti għad-
Diploma fit-Teoloġija Pastorali - Dipl. Past. Th. - u dawn ir-
regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li bdew fi jew
wara l-1990.
Dħul.
Pastorali:
(a) irid jissodisfa r-regolamenti għad-Dħul ta’ Studenti
f’din il-Fakultà ;
(b) irid ikun temm kors ta’ studju fit-Teoloġija
f’istituzzjoni rikonoxxuta u meqjusa bħala suffiċjenti
mill-Bord tal-Fakultà .
1.2 Biex kandidat ikun eliġibbli għall-għoti tad-Diploma fit-
Teoloġija Pastorali (Dipl. Past. Th.) għandu jissodisfa ir-rekwiżiti
kollha miġjuba f’dawn ir-regolamenti.
Kors ta’ studju.
Sostitwit:
A.L. 10 ta’ l-1997.
2.1 Il-Kors ta’ l-Istudji li jwassal għad-Diploma fit-Teoloġija
Pastorali (Dipl. Past. Th.) għandu jieħu ta’ l-anqas żewġ semestri u
mhux aktar minn erbgħa. Is-Senat, fuq rakkomandazzjoni tal-Bord
tal-Fakultà , jista’ jħalli li kandidat itemm il-kors fi żmien itwal taħt
dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord tal-Fakultà  jidhirlu li huma
meħtieġa.
2.2 Il-kors ta’ studju jkun jikkonsisti f’għadd ta’ study-units li
jingħatalhom kull wieħed għadd speċifikat ta’ credits. Kull
kandidat ikun meħtieġ li jieħu ta’ l-anqas 20 credits. 
2.3 Lista ta’ study-units bl-għadd ta’ credits assenjati għal kull
wieħed tingħata fil-bidu ta’ kull kors. Din il-lista tispeċifika liema
study-units huma obligatorji u liema ozzjonali.
2.4 L-istudy-units jittieħdu normalment minn korsijiet
mogħtija mill-Fakultà  tat-Teoloġija; imma kandidat jista’ jitħalla
jieħu study-unit wieħed jew aktar f’Fakultà  oħra.
Miżjud:
A.L. 10 ta’ l-1997.
2.5 Il-Bord tal-Fakultà  jista’ jeżenta kandidat minn għadd
massimu ta’ wieħed minn kull ħamsa tal-krediti meħtieġa għall-
għoti tad-Diploma fit-Teoloġija Pastorali, b’dan iżda li l-kandidat
irid jippreżenta xiehda akkademika suffiċjenti li turi li l-krediti, li
minnhom qed tintalab l-eżenzjoni, kienu, fil-qofol tagħhom, ġa
magħmula.
Eżamijiet.
jeħel għandu d-dritt ta’ riparatorju wieħed li għandu jsir fi żmien
sitt xhur.
3.2 Ikun hemm eżami bil-miktub li jikkonsisti f’karta ta’ tlett
2 L.S.327.05 ħ
DIPLOMA FIT-TEOLOĠIJA PASTORALI - 
DIPL. PAST. TH.
sigħat fi tmiem il-kors ta’ l-istudji fuq lista approvata ta’ topics li
trid tiġi pubblikata qabel it-tmiem ta’ l-ewwel semestru. Jekk
kandidat jeħel f’dan l-eżami, jista jirrepetih darba waħda biss fi
tmiem tas-semestru li jkun imiss.
3.3 Kandidat jista’ jkun mitlub li jersaq għall-eżami viva voce
biex jintegra kull eżami bil-miktub.
3.4 Kandidat li hu assenti minn eżami minħabba raġunijiet li
m’għandux kontroll fuqhom jista’ jitħalla jagħmel l-eżami
f’sessjoni aktar tard.
3.5 Kull kandidat ikun meħtieġ li jikteb essay ta’ mhux anqas
minn 5,000 kelma fuq suġġett approvat taħt it-tmexxija ta’
supervisor. L-essay trid titressaq għall-approvazzjoni mhux aktar
tard minn tmiem ir-raba’ semestru.
Bord ta’ l-Istudji. 4.1 Ikun hemm Bord ta’ Studji mwaqqaf mill-Bord tal-Fakultà
għal kull każ tad-diploma. Dan ikun jikkonsisti ta’ l-anqas minn
tlett membri regulari ta’ l-istaff.
4.2 Il-Bord ta’ 1-Istudji għandu jorganizza u jħares it-twettieq
tal-kors u jaġixxi bħala Bord ta’ Eżaminaturi għall-eżami bil-
miktub fi tmiem il-kors.
