STATUT I 06 - STATUT DWAR
L-ISTITUT TAL-ĠERONTOLOĠIJA ġ L.S.327.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.06
STATUT I 06 - STATUT DWAR
L-ISTITUT TAL-ĠERONTOLOĠIJA
1 ta’ Novembru, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 133 ta’ l-1989.
Titolu.
tal-Ġerontoloġija.
Istitut tal-
Ġerontoloġija.
1.  Hawn issa qiegħed jitwaqqaf Istitut tal-Ġerontoloġija fl
Università  ta’ Malta.
2. L-għanijiet ta’ l-Istitut ikunu li:
(i) jorganizza riċerka interdixxiplinarja dwar ix-
xjuħija u l-anzjani;
(ii) jwaqqaf korsijiet ta’ wara l-gradwazzjoni
marbutin mal-ħarsien ta’ l-anzjani;
(iii) jikkopera ma’ l-Istitut tal-Ġnus Magħquda għall-
Anzjani f’Malta.
Bord.
3.1 II-Bord ikun magħmul minn dawn li ġejjin:
President: ir-Rettur jew id-deputat maħtur tiegħu;
Viċi-President: id-Direttur ta’ l-Istitut;
Persuna maħtura mill-Kunsill ta’ l-Università  għal tliet
snin;
Żewġ persuni maħtura mis-Senat ta’ l-Università  għal
tliet snin;
II-Kapijiet tad-Dipartimenti tal-Mediċina u ta’ l-
Istudji Soċjali, jekk m’humiex maħtura diġà  fuq il-
Bord.
Sa erba’ studjużi ta’ fama maħtura billi jiġu ko-optjati.
3.2 II-funzjonijiet tal-Bord huma dawn li ġejjin:
 (a) li jiddetermina l-politika ta’ l-Istitut dwar l-għanijiet
imsemmija hawn fuq;
(b) li jassigura l-amministrazzjoni finanzjarja proprja ta’
l-Istitut;
(ċ) li jassigura li jkun hemm kollaborazzjoni ma’ korpijiet
oħrajn, lokali u barranin, meħtieġa biex jintlaħqu l-
għanijiet ta’ l-Istitut.
Direttur u staff.
4.1 Id-Direttur jinħatar mill-Kunsill ta’ l-Università  għal tliet
snin wara sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.2 Membri ta’ l-istaff akkademiċi u oħrajn jinħatru mill-
Kunsill bir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord:
Sakemm il-Bord jista’ hu stess jaħtar staff mhux
2 L.S.327.06 ħ
STATUT I 06 - STATUT DWAR
L-ISTITUT TAL-ĠERONTOLOĠIJA
akkademiku għal perijodu ta’ mhux aktar minn sena.
Teżorier. 5. L-Uffiċjal tal-Finanzi ta’ l-Università  ta’ Malta jkun it-
Teżorier ta’ l-Istitut. Id-Direttur iħejji l-istima annwali ta’ l-Istitut
u jissottomettiha lill-Bord għall-approvazzjoni. Id-Direttur
jissottometti wkoll stqarrija finanzjarja u rapport annwali fuq il-
ħidmiet ta’ l-Istitut.
Emendi. 6. Emendi għal dan l-Istatut jistgħu jiġu proposti mill-Bord
għall-approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università .
