STATUT I 00 - STATUT DWAR DISPOSIZZJONIJIET 
ĠENERALI DWAR ISTITUTI TA’ L-UNIVERSITÀ ġ L.S.327.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.07
STATUT I 00 - STATUT DWAR
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR ISTITUTI 
TA’ L-UNIVERSITÀ
10 ta’ Novembru, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 134 ta’ l-1989.
Titolu.
Disposizzjonijiet Ġenerali dwar Istituti ta’ l-Università .
Applikabbiltà  tad-
disposizzjonijiet.
Kap. 327.
1. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Istatut japplikaw għal kull
istitut, jew għal kull entità  oħra ta’ xeħta simili, stabbilit mill-
Kunsill ta’ l-Università  skond l-Att dwar l-Edukazzjoni, u li jirċievi
fondi mill-Università , jew permezz tagħha, sakemm l-Istatut li
jistabilixxi dan l-istitut jew entità  oħra ma jipprovdix espressament
mod ieħor.
1.1 Kull riferiment f’dan l-Istatut għal istitut jew istituti ser
jitqies bħala li jgħodd ukoll għal kull entità  jew entitajiet oħra
stabbiliti kif ingħad qabel.
Bord.
Rettur jew id-deputat maħtur tiegħu:
Sakemm f’każijiet speċjali, l-Istatut ta’ Istitut jipprovdi li
l-President tal-Bord ikun ħaddieħor minbarra r-Rettur, u f’dan il-
każ ir-Rettur ikun membru tal-Bord.
2.1 L-Uffiċjal tal-Finanzi ta’ l-Università  ikun it-Teżorier ta’ l-
Istitut, iżda bl-approvazzjoni bil-miktub tar-Rettur, huwa jista’
jaħtar membru anzjan ta’ l-istaff biex jaġixxi minfloku.
Funzjonijiet tal-
Bord.
3. Il-funzjonijiet tal-Bord ta’ l-Istitut jinkludu dawn li ġejjin:
(a) ifittex finanzjament minn fonti xierqa, fosthom l-
Università , biex iwettaq il-programm tiegħu;
(b) jissottometti estimi anwali tad-dħul u ta’ l-infiq lill-
Kunsill għall-approvazzjoni tiegħu, u jamministra l-
finanzi tiegħu skond l-estimi approvati mill-Kunsill;
(ċ) jissottometti lill-Kunsill rapport annwali tal-ħidmiet
tiegħu, li jinkludi l-kontijiet ċertifikati mill-awdituri.
Ħatriet għal 
postijiet.
4. Ħatriet għal postijiet approvati fl-estimi isiru mill-Kunsill
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Istatut 7 jew 8 skond kif ikun il-każ:
Sakemm il-Bord ta’ l-Istitut jaħtar hu stess membri ta’ l-
istaff non-akkademiċi bħala part-timers għal postijiet stabbiliti iżda
biss għal perijodu matul is-sena li għaliha ġew approvati l-estimi.
