KORSIJIET TA’ FILGĦAXIJA LI JWASSLU GĦAL DIPLOMA OGĦLA/B. 
SC. PASS DEGREE FIL-MATEMATIKA: 1986-1988; MATEMATIKA U 
COMPUTING: 1985-1988; MATEMATIKA, COMPUTING U LOĠIKA: 
1987-1990 ġ L.S.327.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.08
REGOLAMENTI GĦALL-KORSIJIET TA’ 
FILGĦAXIJA LI JWASSLU GĦAL DIPLOMA 
OGĦLA/B. SC. PASS DEGREE FIL-MATEMATIKA: 
1986-1988; MATEMATIKA U COMPUTING: 1985-
1988; MATEMATIKA, COMPUTING U LOĠIKA: 
1987-1990
10 ta’ Novembru, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 140 ta’ l-1989.
Titolu.
Korsijiet ta’ Filgħaxija li jwasslu għal Diploma Ogħla/B.Sc. Pass
Degree fil-Matematika: 1986-1988; Matematika u Computing:
1985-1988; Matematika, Computing u Loġika: 1987-1990.
Id-dħul.
Ogħla/B.Sc. Pass Degree fil-Matematika/Computing/Loġika,
kandidat irid ikollu Grad ta’ Università  jew ikun temm b’suċċess
kors tad-Diploma ta’ filgħaxija fis-suġġett/i rilevanti f’wieħed
mill-perijodi li ġejjin:
1983-1984, (għall-Matematika (1986-88) u l-
Matematika u l-Computing ( l985-88);
1984-1986, (għall-Matematika, l-Computing u Loġika
(1987-90).
Il-kors ta’ l-istudji.
maqsuma fi tliet semestri għall-Ewwel Taqsima u tliet semestri
għat-Tieni Taqsima. Fit-Tieni Taqsima kandidat hu mistenni li
jagħmel proġett.
2.2 L-istudenti jistgħu jagħżlu li jsegwu kors ta’ studji
f’wieħed minn dawn l-oqsma ta’ suġġetti:
1. Il-Matematika
2. Il-Computing u l-Matematika
3. Il-Matematika, il-Computing u l-Loġika.
Il-valutazzjoni.
ta’ xogħol wieħed tal-kors, jew bil-kombinazzjoni ta’ xogħol,
sessjonijiet prattiċi, proġetti, test u eżami orali/miktub, jew b’kull
metodu ieħor kif inhu mitlub min-natura tal-qasam tas-suġġett.
3.2 Studenti li jidħlu għall-kors ta’ l-istudji u li għandhom diġà
grad ta’ Università  jistgħu jkunu eżentati minn unitajiet tal-kors
tad-diploma ta’ filgħaxija bil-kondizzjoni li jkunu kisbu kredti
ekwivalenti matul il-kors tal-grad tagħhom u bil-kondizzjoni wkoll
li din l-eżenzjoni tgħodd biss għal unitajiet meħudin fl-ewwel
semestru.
3.3 Il-valutazzjonijiet isiru normalment fit-tmien ta’ semestru.
Fi tmiem is-sitt semestru l-istudenti joqogħdu għal eżami bil-
miktub magħmul minn tliet karti u jissottomettu proġett twil.
2 ġ S.L.327.08
KORSIJIET TA’ FILGĦAXIJA LI JWASSLU GĦAL DIPLOMA OGĦLA/B. 
SC. PASS DEGREE FIL-MATEMATIKA: 1986-1988; MATEMATIKA U 
COMPUTING: 1985-1988; MATEMATIKA, COMPUTING U LOĠIKA: 
1987-1990
3.4 Fi tmiem il-kors, Bord ta’ Eżaminaturi (li jinkludi
eżaminatur barrani) jinħatar biex jikkonsidra x-xogħol kollu ta’
kull student matul il-kors, i1-karti bil-miktub u l-proġett finali, u
jiddetermina jekk l-istudent jistħoqqlux igħaddi jew le:
B’dan li, għall-korsijiet mitmuma qabel l-1989, ma jkunx
hemm karti bil-miktub fl-eżami finali, iżda l-Bord ta’ l-Eżaminaturi
jivvaluta l-proġetti ta’ l-istudenti f’eżami viva voce.
L-għoti taċ-
ċertifikati.
4.1 Kandidat li, fil-fehma tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi, jkun
temm b’suċċess it-Tieni Taqsima tal-kors jingħata B.Sc. Pass
Degree.
4.2 Kandidat li, fil-fehma tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi, jtemm
b’suċċess l-Ewwel Taqsima tal-kors iżda ma jikkwalifikax għal
B.Sc. Pass Degree, jew għaliex ma ssoktax it-Tieni Taqsima tal-
kors jew għaliex ma temmhiex b’suċċess, jingħata Diploma Ogħla
fil-qasam/oqsma tas-suġġett korrispondenti.
