DIPLOMA
FL-ISTUDJI RELIĠJUŻI - DIP. REL. STUD. ġ L.S.327.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.09
REGOLAMENTI GĦAD-DIPLOMA
FL-ISTUDJI RELIĠJUŻI - DIP. REL. STUD.
17 ta’ Novembru, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 146 ta’ l-1989.
Titolu.
Diploma fl-Istudji Reliġjużi - Dip. Rel. Stud. - u dawn ir-
regolamenti jgħoddu għall-korsijiet li bdew f’Ottubru 1985 jew
wara.
Regolamenti li 
japplikaw.
1. Ir-Regolamenti li japplikaw għall-Grad ta’ Baċillier ta’ l-
Arti fl-Istudji Reliġjużi - B.A. (Rel. Stud.) - japplikaw għal studenti
li jieħdu il-kors li jwassal għad-Diploma fl-Istudji Reliġjużi - Dip.
Rel. Stud. - b’dawn l-eċċezzjonijiet u l-varjazzjonijiet:
(i) Il-programm ta’ l-istudji għad-Diploma fl-Istudji
Reliġjużi - Dip. Rel. Stud. - ikun regolat kif ġej:
(a) Il-kors normalment jinfirex fuq l-ewwel sentejn
tal-kors għall-Grad ta’ B.A. fl-Istudji Reliġjużi.
(b) Is-sillabu għad-Diploma jkun ippubblikat
flimkien ma’ dak tal-B.A. fl-Istudji Reliġjużi.
(ċ) Il-lista sħiħa ta’ l-unitajiet ta’ studju meħtieġa
għad-Diploma fl-Istudji Reliġjużi tinkludi
korsijiet li jikkorrispondu għal 24 kredtu u
normalment jittieħdu minn korsijiet li jsiru minn
studenti tal-Grad tal-B.A. fl-Istudji Reliġjużi.
(ii) L-eżami finali bil-miktub isir fi tmiem il-kors ta’
sentejn, u jkun magħmul minn dawk il-karti kif jista’
jiġi indikat fis-sillabu.
(iii) L-essay twil li għandu jkun sottomess mill-istudent ma
jkunx iqsar minn 3,000 kelma, u jkun sottomess
għallinqas xahar qabel l-eżami finali, sakemm il-Bord
tal-Fakultà , għal raġuni valida, ma jippermettix li tkun
sottomessa aktar tard.
(iv) Il-valutazzjoni sħiħa ta’ kandidat għad-Diploma fl-
Istudji Reliġjużi tikkonsidra x-xogħol tiegħu fl-
eżamijiet semestrali, fl-eżami finali u fl-essay twil.
Applikabbiltà .
korsijiet mibdija fl-1 ta’ Ottubru 1985 jew wara.
