STATUT I 07 - STATUT DWAR L-ISTITUT MEDITERRANJU ġ L.S.327.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.10
STATUT I 07 - STATUT DWAR L-ISTITUT 
MEDITERRANJU
17 ta’ April, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 54 ta’ l-1990, kif emendat bl-Avviż Legali 90 ta’ l-
1992.
Titolu.
Mediterranju.
Istitut 
Mediterranju.
1. Hawn qiegħed jitwaqqaf Istitut Mediterranju fl-Università
ta’ Malta.
Għanijiet ta’ l-
Istitut.
2. L-għanijiet ta’ l-Istitut ikunu li jmexxi ’l quddiem l-istudji
mediterranji, l-aktar billi:
(a) jorganizza korsijiet interdixxiplinarji;
(b) jaghmel u jippubblika r-riċerka;
(ċ) jappoġġja Ċentri u Programmi speċjalizzati f’oqsma
differenti ta’ l-Arti u x-Xjenza Soċjali;
(d) jikkollabora mal-Fondazzjoni għall-Istudji
Internazzjonali fi proġetti u attivitajiet ta’ interess
għat-tnejn.
Bord.
3.1 Il-Bord ikun maghmul minn dawn li ġejjin:
President: ir-Rettur ta’ l-Università  jew id-deputat
tiegħu;
Viċi-President: id-Direttur-Ġenerali tal-Fondazzjoni
għall-Istudji Internazzjonali;
Żewġ membri, wiehed maħtur mill-Kunsill u l-ieħor
maħtur mis-Senat ta’ l-Università , u membru maħtur
mill-Bord tal-Fondazzjoni, kull wiehed għal tliet snin;
Żewġ membri maħtura mill-istaff ta’ l-Istitut u minn
fosthom, li jkollhom il-post ta’ direttur jew ko-
ordinatur tal-programmi;
Sa erba’ studjużi ta’ fama maħtura billi jiġu ko-optjati.
3.2 Il-funzjonijiet tal-Bord huma dawn li ġejjin:
(a) li jiddetermina l-politika ta’ l-Istitut dwar l-għanijiet
imsemmija hawn fuq;
(b) li jżomm taħt għajnejh l-amministrazzjoni finanzjarja
ta’ l-Istitut;
(ċ) li jassigura li jkun hemm kollaborazzjoni ma’ korpijiet
oħrajn, lokali u barranin, meħtieġa biex jintlaħqu l-
għanijiet ta’ l-Istitut.
Direttur u staff.
Emendat:
A.L. 90 ta’ l-1992.
4. L-Istitut ikollu Direttur u staff.
4.1 Id-Direttur maħtur mill-Kunsill ta’ l-Università , għal
2 L.S.327.10 ħ STATUT I 07 - STATUT DWAR L-ISTITUT MEDITERRANJU
perijodu ta’ ħames snin wara sejħa għal applikazzjonijiet, bil-
possibilità  li l-ħatra tiġġedded wara rakkomandazzjoni tal-Bord ta’
l-Istitut.
4.2 Membri ta’ l-istaff akkademiċi u oħrajn jinħatru mill-
Kunsill b’rakkomandazzjoni tal-Bord:
Sakemm il-Bord jista’ hu stess jaħtar staff mhux
akkademiku għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena.
Amministrazzjoni 
ta’ l-Istitut.
5. Id-Direttur ikun responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ l-
Istitut minn jum għal ieħor, skond il-politika stabbilita mill-Bord,
għat-tfassil ta’ l-istima annwali, għal stqarrija finanzjarja u rapport
fuq il-ħidmiet ta’ l-Istitut. L-Uffiċjal Finanzjarju ta’ l-Università
jkun it-Teżorier ta’ l-Istitut.
Emendi. 6. Emendi għal dan l-Istatut jistgħu jiġu proposti mill-Bord
għall-approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università .
