KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF EDUCATION - M. ED. ġ L.S.327.100 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.100
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF EDUCATION - M. ED.
20 ta’ Jannar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 13 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Education - M.Ed.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji għall-Grad;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad; u
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Education - M.Ed.
Applikabilità .
jibdew f’Ottuhru 1997 jew wara.
Dħul.
(a) grad b’mill-anqas it-tieni klassi bl-unuri mill-Fakultà
ta’ l-Edukazzjoni jew kwalifika ekwivalenti, u minimu
ta’ sentejn esperjenza bħala għalliem jew esperjenza
oħra rilevanti f’ambjent edukattiv rikonoxxut;jew
(b) grad b’mill-anqas it-tieni k1assi bl-unuri flimkien ma’
kwalifika ta’ għalliem rikonoxxuta, u minimu ta’
sentejn esperjenza bħala għalliem jew esperjenża oħra
rilevanti f’ambjent edukattiv rikonoxxut; jew
(ċ) kwalifika rikonoxxuta, li mhix waħda mill-kwalifiki
msemmija fil-paragrafi (a) u (b), flimkien ma’ diploma
fl-Edukazzjoni ta’ l-Università  ta’ Malta jew ta’
università  oħra rikonoxxuta mis-Senat għal dan il-
għan, u minimu ta’ ħames snin esperjenza bħala
għalliem jew esperjenza oħra rilevanti f’ambjent
edukattiv rikonoxxut, iżda, l-kandidati li jidħlu skond
it-termini tal-paragrafu (ċ):
(i) għandhom jattendu għall-intervista li fiha huma
jkunu mitluba jipprovdu evidenza tat-tagħlim
mill-esperjenza li għandhom u juru li huma
kapaċi jtemmu l-kors; u
(ii) jistgħu jintalbu jtemmu b’suċċess programm ta’
kwalifika li jikkonsisti f’numru ta’ taqsimiet
studju supplimentari kif indikati mill-Bord ta’ l-
Istudji u/jew jissottomettu karta ta’ riċerka ta’
kwalifika qabel ma jiġu rreġistrati bħala studenti
regolari fil-kors; u
(iii) għandhom itemmu l-istudji tagħhom, inkluż il-
2 L.S.327.100 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF EDUCATION - M. ED.
programm ta’ kwalifika msemmi fis-
subparagrafu (ii), f’mhux anqas minn ħames
semestri ta’ studju fuq bażi full-time, jew tmien
semestri ta’ studju fuq bażi part-time.
(2) Il-Bord għandu jiddeċiedi dwar in-numru ta’ kandidati li
jistgħu jitħallew jirreġistraw skond ir-riżorsi li jkun hemm. Il-Bord
għandu jgħarraf in-numru ta’ postijiet li jkun hemm meta toħroġ is-
sejħa għall-applikazzjonijiet.
It-tul tal-kors. 4. (1) Kandidat li ġie aċċettat għall-kors skond ir-regolament
3(1)(a) jew (b) għandu jkun meħtieġ itemm il-kors f’mhux anqas
minn tliet semestri u mhux aktar minn sitt semestri, jekk qed
jistudja fuq bażi full-time, u f’mhux anqas minn sitt semestri u
mhux aktar minn tnax-il semestru, jekk qed jistudja fuq bażi part-
time.
(2) Kandidat li ġie aċċettat għall-kors skond ir-regolament
3(1)(ċ) għandu jkun meħtieġ itemm il-kors f’mhux anqas minn
ħames semestri u mhux aktar minn tmien semestri jekk qed jistudja
fuq bażi full-time, u f’mhux anqas minn tmien semestri u mhux
aktar minn erbatax-il semestru, jekk qed jistudja fuq bażi part-time.
(3) Kandidat, kemm jekk hu rreġistrat fuq bażi full-time kif
ukoll jekk hu rreġistrat fuq bażi part-time, għandu jkun meħtieġ
jirreġistra mill-ġdid għall-kors qabel il-bidu ta’ kull sena
akkademika.
Il-programm tal-
kors.
5. (1) Student huwa mistenni li jispeċjalizza f’qasam tat-
Teorija ta’ l-Edukazzjoni u/jew fil-Pedagoġija.
(2) Il-kors għandu jikkonsisti f’numru ta’ taqsimiet studju u
dissertazzjoni.
(3) Għandu jkun hemm tmien taqsimiet studju, li kull waħda
minnhom tkun valutata b’assenjament u/jew b’test.
(4) Kull taqsima studju għandha tintemm b’suċċess, iżda t-
taqsimiet studju li wieħed jeħel fihom jistgħu jiġu rrepetuti darba
biss. L-istudenti li jeħlu fl-istess taqsima studju għat-tieni darba ma
jitħallewx ikomplu l-kors.
Id-dissertazzjoni. 6. (1) Student għandu jkun meħtieġ jagħmel dissertazzjoni
taħt superviżjoni. Is-superviżur jista’ jirreferi student li xogħlu
mhux ikkunsidrat sodisfaċenti lill-Bord, permezz tal-Bord ta’ l-
Istudji.
(2) Huwa mistenni li d-dissertazzjoni jkollha tul ta’ madwar
20,000 kelma.
(3) It-titolu propost u l-mod tat-tqassim tad-dissertazzjoni
għandhom ikunu approvati mis-superviżur u sottomessi lill-Bord
ta’ l-Istudji għall-approvazzjoni finali, sa l-aħħar tad-disa’ xahar
ta’ studju fuq bażi full-time, jew tat-tnax-il xahar ta’ studju fuq bażi
part-time, mid-data ta’ reġistrazzjoni bħa1a student regolari fil-
kors. Kwalunkwe tibdil sostanżjali fit-titolu jew fil-kontenut tad-
dissertazzjoni li jsir meħtieġ minħabba l-progress ta’ l-istudju u r-
riċerka ta’ l-istudent għandhom jiġu rriferuti lill-Bord ta’ l-Istudji
għall-approvazzjoni.
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF EDUCATION - M. ED. ġ L.S.327.100 3
(4) L-istudent għandu jagħti d-dissertazzjoni fil-forma finali
tagħha sad-data preskritta u fiż-żmien indikat fir-regolament 4(1) u
(2). F’ċirkostanzi eċċezzjonali, is-Senat jista’ jagħti lil student sena
oħra biex itemm id-dissertazzjoni.
(5) Kull dissertazzjoni ppreżentata għall-Grad għandha:
(a) tkun jew biċċa xogħol oriġinali jew espressjoni
ordnata u kritika ta’ materjal li diġà  jeżisti għar-
rigward ta’ suġġett partikolari; u
(b) tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet kollha tal-linji ta’
gwida rilevanti dwar it-tul, il-format u l-
prezentazzjoni.
(6) Ma tiġi aċċettata l-ebda dissertazzjoni li tkun l-istess fil-
kontenut bħal dissertazzjoni oħra li tkun diġà  ġiet sottomessa għal
grad fl-Università  ta’ Malta jew f’xi università  oħra. Student ma
jiġix miżmum milli jinkorpora xogħol minn xi dissertazzjoni li tkun
saret qabel jekk ikun neċessarju għall-preżentazzjoni u għall-
għarfien aħjar ta’ l-esposizzjoni tiegħu, sakemm in-natura u t-tul
tax-xogħol inkorporat ikunu indikati biċ-ċar fid-dissertazzjoni
stess.
(7) Tliet kopji tad-dissertazzjoni, ippreżentati fl-istil approvat,
għandhom ikunu sottomessi. Jekk l-istudent jingħata l-Grad, hu
għandu jkun meħtieġ jissottometti żewġ kopji tad-dissertazzjoni,
waħda biex tinżamm fil-Librerija ta’ l-Università  u l-oħra biex
tinżamm fid-dipartiment ikkonċernat.
(8) Kull dissertazzjoni għandha tkun eżaminata minn Bord ta’
l-Eżaminaturi magħmul mill-anqas minn tliet membri appuntat mis-
Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord. Wieħed mill-eżaminaturi
normalmcnt għandu jkun eżaminatur barrani minn università  oħra.
Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jgħaddi, jwaħħal jew jirreferi lura
d-dissertazzjoni skond ir-rapporti ta’ l-eżaminaturi kollha, u skond
ir-rizultat tad-difiża viva voce tad-dissert.azzjoni.
(9) Jekk ix-xogħol mogħti jkun meqjus mhux sodisfaċenti, il-
Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ jħalli lill-istudent jerġa’ jissottometti
d-dissertazzjoni darba oħra, skond id-disposizzjonijiet tar-
regolament 4(1) u (2). F’ċirkostanzi eċċezzjonali, is-Senat jista’
jagħti lill-istudent sena oħra.
Ir-riżultat finali.
milħuq minnhom fit-taqsimiet studju u fid-dissertazzjoni.
(2) L-istudenti li jgħaddu jikkwalifikaw għall-Grad u isimhom
ikun ippubblikat f’ordni alfabetiku kklassifikat kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
