KORS GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH.D. - U MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL. ġ L.S.327.101 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.101
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - U 
MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL.
30 ta’ Jannar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 31 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 84 ta’ l-
2001 u 54 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - u Master of
Philosophy - M.Phil.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  jew l-Istitut fejn tkun ser
issir ir-riċerka:
"il-Gradi" ifissru l-Gradi ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - u
Master of Philosophy - M.Phil.;
"il-korsijet" ifissru l-korsijiet li jwasslu ghall-Gradi ta’ Doctor of
Philosophy - Ph.D. - u Master of Philosophy - M.Phil.;
"il-Kumitat" ifisser il-Kumitat għall-M.Phil. u l-Ph.D.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 84 ta’ l-2001;
A.L. 54 ta’ l-2003.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw minn Ottubru
2002 ’il quddiem.
Għoti tal-Gradi.
b’suċċuess ta’ teżi li jkun fiha kontribuzzjonijiet oriġinali u
sinifikattivi għall-għerf f’waħda mid-dixxiplini studjati fl-
Università .
(2) Il-grad ta’ M.Phil. għandu jingħata wara d-difiża b’suċċess
ta’ dissertazzjoni bbażata fuq riċerka oriġinali.
Kumitat maħtur 
mis-Senat.
4. (1) L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għall-Gradi
għandhom ikunu aċċettati mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Bord u ta’ Kumitat għall-M.Phil. u l-Ph.D. maħtur mis-Senat għal
dan il-għan.
(2) Il-Kumitat għandu jinħatar għal tliet snin u għandu jkun
magħmul kif ġej:
ir-Rettur (jew id-delegat tiegħu) bħala Chairman
tliet membri eletti mis-Senat minn fost il-membri
tiegħu
ir-Reġistratur bħala Segretarju
id-Dekan tal-Fakultà  jew id-Direttur ta’ l-Istitut li fih
il-kandidat bi ħsiebu jagħmel ir-riċerka tiegħu,
kooptjat.
2 L.S.327.101 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH.D. - U MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL.
Reġistrazzjoni 
għall-Gradi.
Emendat:
A.L. 54 ta’ l-2003.
5. (1) Il-Kumitat għandu jikkonsidra applikazzjonijiet għall-
Ph.D. minn kandidati li għandhom grad ta’ Master ta’ l-Università
ta’ Malta jew ta’ università  oħra jew kwalifiki ta’ livell
komparabbli rikonoxxuti għal dan il-għan mis-Senat.
(2) Il-Kumitat għandu jikkonsidra applikazzjonijiet għall-
M.Phil. minn kandidati li għandhom grad tajjeb bl-Unuri
(normalment mhux inqas mit-Tieni Klassi (Taqsima Superjuri))
minn l-Università  ta’ Malta jew università  oħra jew kwalifiki ta’
livell komparabbli rikonoxxuti għal dan il-għan mis-Senat.
(3) Minbarra l-kwa1ifiki msemmija fis-subregolamenti (1) u
(2), il-kandidati għandu jkollhom kwalifiki u jissodisfaw
kondizzjonijiet oħra li l-Bord jista’ jistabbilixxi minn żmiem għal
żmien għal dan il-għan u li għandhom ikunu approvati mis-Senat
f’forma ta’ ordinamenti.
(4) L-applikazzjonijiet għall-Gradi għandhom jinkludu dawn li
ġejjin:
(a) it-titolu propost tat-teżi / tad-dissertazzjoni;
(b) proposta dettaljata ta’ riċerka, normalment ta’ madwar
1000 kelma;
(ċ) stqarrija dwar jekk l-istudji humiex ser isiru fuq bażi
full-time jew part-time, u, jekk fl-aħħar każ, in-numru
ta’ sigħat li ser ikunu ddedikati għal dan ix-xogħol ta’
riċerka;
(d) l-isem tal-membru tal-istaff ta’ l-Università  li qabel li
jagħmilha ta’ superviżur, u f’każijiet speċjali, l-isem
ta’ membru tal-istaff ta’ l-Università  ta’ Malta jew ta’
università  oħra jew ta’ speċjalista li qabel li jagħmilha
ta’ kosuperviżur; u
(e) rakkomandazzjoni mill-kap tad-dipartiment jew il-
koordinatur tad-diviżjoni li s-suġġett tar-riċerka hu
aċċettabbli.
(5) Il-Kumitat għandu jissottometti lis-Senat l-
applikazzjonijiet kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fis-
subregolamenti (1) sa (4). Is-Senat jista’ jaċċetta applikazzjonijiet
bħal dawn u jista’jimponi kondizzjonijiet oħra li jidhirlu xierqa.
Tul ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 54 ta’ l-2003.
6. (1) L-istudji għall-grad ta’ Ph.D. għandhom jestendu fuq
dawn il-perijodi:
(a) mhux anqas minn tliet snin u mhux aktar minn ħames
snin fil-każ ta’ studji fuq bażi full-time;
(b) mhux anqas minn erba’ snin u mhux aktar minn tmien
snin (li normalment għandhom jinkludu sena ta’ studju
fuq bażi full-time) fil-każ ta’ studji fuq bażi part-time.
(2) Teżi għall-Ph.D. m’għandhiex tkun ikkunsidrata jekk tiġi
sottomessa aktar tard mill-perijodu massimu permess fis-
subregolament (1), jekk mhux f’ċirkostanzi speċjali, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord u tal-Kumitat, is-Senat jagħti lill-
istudenti estensjoni tal-perijodu ta’ studju wara l-perijodu massimu.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1)(a),
KORS GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH.D. - U MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL. ġ L.S.327.101 3
f’ċirkostanzi eċċezzjonali, is-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Bord u tal-Kumitat, jista’ jagħti permess għas-sottomissjoni ta’ teżi
għall-Ph.D. wara li jkunu għaddew l-ekwivalenti ta’ sentejn ta’
studju fuq bażi full-time mid-data tar-reġistrazzjoni.
L-istudji għall-grad 
ta’ M.Phil.
Emendat:
A.L. 54 ta’ l-2003.
7. (1) L-istudji għall-grad ta’ M.Phil. għandhom jestendu fuq
dawn il-perijodi:
(a) mhux anqas minn ħmistax-il xahar u mhux aktar minn
tliet snin fil-każ ta’ studji fuq bażi full-time;
(b) mhux anqas minn tletin xahar u mhux aktar minn
ħames snin fil-każ ta’ studji fuq bażi part-time.
(2) Dissertazzjoni għall-M.Phil. m’għandhiex tkun
ikkunsidrata jekk tiġi sottomessa aktar tard mill-perijodu massimu
permess fis-subregolament (1), jekk mhux f’ċirkostanzi speċjali,
fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord u tal-Kumitat, is-Senat jagħti lill-
istudenti estensjoni tal-perijodu ta’ studju wara l-perijodu massimu.
Reġistrazzjoni 
annwali.
8. (1) L-istudenti huma meħtieġa jirreġistraw fil-Fakultà  jew
fl-Istitut ikkonċernat fil-bidu ta’ kull sena akkademika matul il-
perijodu ta’ l-istudju tagħhom.
(2) Reġistrazzjoni bħal din għandha tiġi aċċettata biss wara s-
sottomissjoni ta’ rapport ta’ progress sodisfaċenti mis-superviżur
ta’ l-istudent.
Trasferiment tar-
reġistrazzjoni.
9. (1) Is-Senat jista’ jħalli t-trasferiment tar-reġistrazzjoni
mill-grad ta’ M.Phil. għall-grad ta’ Ph.D. bl-istess proposta ta’
riċerka jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) ghaddew ħmistax-il xahar ta’ studju fuq bażi full-time
jew tletin xahar ta’ studju fuq bażi part-time;
(b) wasal rapport ta’ progress sodisfaċenti mis-superviżur
ta’ l-istudent;
(ċ) bord maħtur mill-Bord għal dan il-għan, magħmul
minn chairman, is-superviżur ta’ l-istudent, u membru
ieħor, jkun evalwa x-xoghol ta’ l-istudent u ċċertifika
li dan laħaq il-livell meħtieġ mill-inqas għall-grad ta’
Master; u
(d) il-Bord u l-Kumitat ikunu rrakkomandaw it-
trasferiment.
(2) Jekk it-trasferiment ikun approvat mis-Senat, ix-xogħol
diġà  magħmul għall-grad ta’ M.Phil. ikun jgħodd biex jissodisia r-
rekwiżiti għall-grad ta’ Ph.D.
Sottomissjoni ta’ 
teżijiet / 
dissertazzjonijiet.
10. (1) Mhux anqas minn tliet xhur qabel id-data ppjanata
għas-sottomisssjoni, l-istudenti għandhom japplikaw lill-Bord
għall-permess biex jippreżentaw it-teżi / id-dissertazzjoni u jagħtu
t-titolu eżatt tagħha. Qabel ma jagħti l-permess, il-Bord għandu
jikkonsulta lis-superviżur ta’ l-istudenti u għandu jaċċerta ruħu li l-
perijodu ta’ l-istudju jikkonforma ma’ dak stipulat fir-regolamenti
6 u 7.
(2) Meta jissottomettu teżi / dissertazzjoni, l-istudenti
għandhom:
(a) jissottomettu dikjarazzjoni ffirmata li t-teżi / d-
4 L.S.327.101 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH.D. - U MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL.
dissertazzjoni hija x-xogħol personali tagħhom, u li l-
parti l-kbira tax-xogħol kien magħmul wara r=-
reġistrazzjoni għall-grad;
(b) jekk xi parti mit-teżi / mid-dissertazzjoni kienet diġà
sottomessa għal grad ieħor jew kwalifika oħra jew it-
teżi / id-dissertazzjoni kienet ippublikata
indipendentement, stqarrija dwar dan għandha tkun
inkluża magħha, u l-Bord ta’ l-Eżaminaturi maħtur
skond ir-regolament 11(1) għandu jirrakkomanda lis-
Senat jekk it-teżi / id-dissertazzjoni għandhiex tkun
aċċettata għall-eżami jew le.
Eżami ta’ teżijiet / 
dissertazzjonijiet.
Emendat:
A.L. 84 ta’ l-2001.
11. (1) Teżijiet / dissertazzjonijiet għal dawn il-Gradi
għandhom ikunu eżaminati minn Bord ta’ l-Eżaminaturi maħtur
għal dan il-għan mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(2) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jkun magħmul mill-inqas
minn tliet eżaminaturi li jinkludu Chairman, eżaminatur barrani u
membru ieħor, sakemm li l-eżami orali tat-teżi / tad-dissertazzjoni
għandu jkun immexxi mill-anqas minn tliet eżaminaturi, u sakemm
li s-superviżur ikun prekluż milli jeżamina iżda jkun mistieden
jattendi bħala osservatur waqt l-eżami orali.
(3) L-istudenti għandhom ikunu meħtieġa jiddefendu t-teżi / d-
dissertazzjoni oralment quddiem il-Bord ta’ l-Eżaminaturi. Il-Bord
ta’ l-Eżaminaturi għandu jissottometti rapport finali lis-Senat fejn
jgħid jekk listudent għandux jingħata l-grad:
Iżda, fil-każ ta’ dissertazzjoni għall-M.Phil., jekk l-
eżaminatur barrani ma jistax jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet
finali tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi għaliex ikun imsiefer, ikun skond
il-liġi għall-membri l-oħra tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi li jieħdu
deċizjonijiet fin-nuqqas tiegħu sakemm xi fehmiet li hu jkun fisser
bil-kitba jiġu kkunsidrati u d-deċizjoni finali hi aċċettabbli għalih.
It-teżi / id-
disserazzjoni tista’ 
tiġi riferita lura.
12. (1) Wara li jeżaminaw it-teżi / id-dissertazzjoni, il-Bord
ta’ l-Eżaminaturi jistgħu jirreferuha lura lill-istudent għar-reviżjoni
qabel ma jiddefendi t-teżi / d-dissertazzjoni oralment.
(2) Fil-każijiet indikati fis-subregolament (1), l-istudent
għandu japplika għall-permess biex jissottometti t-teżi / d-
dissertazzjoni riveduta għall-eżami. Il-Bord għandu jkun iggwidat
fid-deċiżjoni tiegħu mir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta’ l-
Eżaminaturi iżda fil-każijiet kollha t-teżi / d-dissertazzjoni riveduta
għandha tkun sottomessa għall-eżami fi żmien sitt xhur minn meta
t-teżi / d-dissertazzjoni oriġinali kienet riferuta lura lill-istudent.
Permess bħal dan jingħata darba biss.
(3) Student li ma jissodisfax lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi fl-
eżami orali jista’, fid-diskrezzjoni tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi u bil-
permess tal-Bord, jigi eżaminat mill-ġdid oralment f’perijodu ta’
sitt xhur. Permess bħal dan jingħata darba biss.
(4) Jekk student għall-grad ta’ Ph.D. ma jissodisfax lill-Bord
ta’ l-Eżaminaturi li t-teżi tiegħu laħqet il-livell meħtieġ għall-għoti
tal-grad ta’ Ph.D., il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ jirrakkomanda
lis-Senat l-għoti tal-grad ta’ M.Phil.
KORS GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH.D. - U MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL. ġ L.S.327.101 5
Ordinamenti.
jfassal ordinamenti dwar dawn il-Gradi biex jirregolaw materji
mhux koperti b’dawn ir-regolamenti.
