GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL.-
FL-ISTITUT TAL-MEDITERRAN ġ L.S.327.102 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.102
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’
MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL.-
FL-ISTITUT TAL-MEDITERRAN
30 ta’ Jannar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 35 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - fl-Istitut tal-Mediterran.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut tal-Mediterran;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Philosophy- M.Phil.;
"l-Istitut" ifisser l-Istitut tal-Mediterran; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Master of
Philosophy - M.Phil.
Applikabilità .
’il quddiem.
Ir-Reġistrazzjoni.
qasam mgħallem mill-Istitut skond l-Istatut tiegħu u ġew
ikklassifikati fl-għola nofs tal-klassifikazzjoni għall-għoti tal-grad.
Profiċjenza u 
rakkomandazzjoni.
4. Kandidati li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti mitluba fl-
ordinament 3 jistgħu, f’każijiet speċjali, japplikaw lill-Bord biex
jitħallew jirreġistraw. Applikazzjonijiet bħal dawn għandhom
jinkludu evidenza ta’ profiċjenza u rakkomandazzjoni minn
membru ta’ l-istaff akkademiku li jaċċettta li jagħmilha ta’
superviżur. Il-Bord jista’ jitlob rekwiżiti addizzjonali li jinkludu l-
ħtieġa li l-kandidati joqogħdu għal xi eżami jew aktar ta’
kwalifikazzjoni.
Proposta ta’ 
riċerka.
5. Il-kandidati għandhom jissottomettu proposta ta’ riċerka li
tinkludi riferenza għall-għejun.
Il-format u l-
preżentazzjoni tad-
dissertazzjoni.
6. Student għandu jkun meħtieġ jissottometti tliet kopji tad-
dissertazzjoni li jridu jkunu illegati b’mod adegwat għall-eżami. Fi
żmien tliet xhur wara li jkun għadda mill-eżami tad-dissertazzjoni,
l-istudent għandu jissottometti żewġ kopji tad-dissertazzjoni, li
waħda minnhom għandha titqieghed fil-Biblijoteka ta’ l-Università
illegata kif ġej:
bid-drapp (jekk jista’ jkun iswed) b’qoxor iebsa u
b’karti ta’ kwalità  tajba; bl-ittri (jekk jista’ jkun bid-
deheb) fuq il-qoxra u d-dahar li juru:
(i) l-isem ta’ l-istudent;
(ii) l-isem jew l-isem fil-qosor tad-dissertazzjoni;
(iii) il-grad li għalih id-dissertazzjoni qed tkun
sottomessa; u 
2 L.S.327.102 ħ
GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL.-
FL-ISTITUT TAL-MEDITERRAN
(iv) is-sena meta tiġi sottomessa.
Mapep, disinji, graphs, materjal stampat, eċċ., għandhom
ikunu llegati mad-dissertazzjoni, iżda jekk dan ma jkunx possibbli,
għandhom ikunu ppreżentati għalihom f’folders jew f’volumi
speċjali u nnumerati.
Format. 7. It-test għandu jkun ittajpjat fuq karti A4, fuq naħa waħda
biss, b’spazju doppju u b’marġni ta’ 40 mm fuq ix-xellug u mill-
inqas b’marġni ta’ 20 mm fuq in-naħa ta’ fuq, t’isfel u tal-lemin.
 
