KORS GĦAD-DIPLOMA IN SOCIAL STUDIES ġ L.S.327.104 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.104
REGOLAMENTI TAL-KORS 
GĦAD-DIPLOMA IN SOCIAL STUDIES
6 ta’ Frar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 40 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 76 ta’ l-
2000, 83 ta’ l-2001, 32 ta’ l-2002 u 166 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Social Studies.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur kif indikat fir-
regolament 5;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Social Studies;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal ghad-Diploma.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 76 ta’ l-2000;
A.L. 83 ta’ l-2001;
A.L. 32 ta’ l-2002.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew fi Frar 2002 jew wara.
Eliġibilità .
ikun:
(a) irreġistrat bħala student regolari skond ir-Regolamenti
għad-Dħul fl-Università ;
(b) temm l-istudji indikati (xogħol matul il-kors u essay
twil) fl-Istudji Soċjali fil-qasam ta’ l-
ispeċjalizzazzjoni magħżul;
(ċ) għadda fl-eżamijiet preskritti kollha; u
(d) issodisfa r-rekwiżiti kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti u fi statuti u f’regolamenti rilevanti oħra
ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
Diploma jekk jissodisfa r-rekwiżiti għad-dħul bħala student
regolari ta’ l-Università  skond ir-Regolamenti għad-Dħul.
Bord ta’ l-Istudji.
f’idejn Bord ta’ l-Istudji maħtur mis-Senat għal dan il-għan, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Workers’ Participation
Development Centre (WPDC).
(2) Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jkun magħmul kif ġej:
(a) id-Direttur tal-WPDC (jew id-delegat tiegħu) bħala
Chairman;
(b) il-Ko-ordinatur tal-kors bħala Viċi-Chairman;
(ċ) mill-inqas tnejn iżda mhux aktar minn ħames membri
maħtura minn fost l-akkademiċi involuti biex jagħtu l-
2 L.S.327.104 ħ KORS GĦAD-DIPLOMA IN SOCIAL STUDIES
kors; u
(d) żewġ studenti eletti minn u minn fost l-istudenti li qed
isegwu l-kors.
Struttura tal-kors.
Emendat:
A.L. 76 ta’ l-2000;
A.L. 32 ta’ l-2002;
A.L. 166 ta’ l-
2003.
6. (1) Il-kors ta’ l-istudji għandu jkun strutturat b’tali mod li
jista’ jintemm f’perijodu minimu ta’ żewġ semestri u massimu ta’
erba’ semestri ta’ studji full-time, jew l-ekwivalenti tagħhom fi
studji part-time.
(2) Student ma jistax jagħmel l-eżamijiet finali qabel sena ta’
studji full-time jew l-ekwivalenti fi studji part-time mid-dħul fil-
kors.
(3) Il-kors jikkonsisti fi:
(a) taqsimiet studju li għalihom ma jingħatawx inqas minn
għoxrin kredtu; u
(b) essay twil li għalih jingħataw żewġ kredti oħra.
(4) It-taqsimiet studju għandhom ikunu f’wieħed mill-oqsma
ta’ speċjalizzazzjoni li ġejjin:
(a) Ir-Relazzjonijiet Industrijali
(i) Livell l: Taqsimiet studju bażiċi fix-xjenza
soċjali minn perspettiva tax-xogħol:
Is-Soċjoloġija tax-Xogħol
L-Ekonomija tax-Xogħol
Ix-Xjenza Politika
Il-Psikoloġija ta’ l-Imġieba Interpersonali
(ii) Livell 2: Taqsimiet studju ewlenin fl-oqsma li
ġejjin fejn ir-relazzjonijiet industrijali huma
mistħarrġa aktar fil-fond:
L-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani
Ir-Relazzjonijiet tax-Xogħol u l-Liġi tax-Xogħol
Il-Parteċipazzjoni tal-Ħaddiem
L-Abilità  Prattika ta’ Tmexxija u
Komunikazzjoni
(b) Ġeneru u Żvilupp
(i) Livell 1: Taqsimiet studju bażiċi fix-xjenza
soċjali minn perspettiva ta’ sess:
L-Antropoloġija/is-Soċjoloġija
L-Ekonomija
Ix-Xjenza Politika
Il-Psikoloġija ta’ l-Imġieba Interpersonali
(ii) Livell 2: Taqsimiet studju ewlenin fl-oqsma li
ġejjin fejn il-perspettiva tas-sess hija mistħarrġa
aktar fil-fond:
Il-Komunikazzjoni
L-Iżvilupp Psikoloġiku
Il-Politika Soċjali u l-Istituzzjonijiet
Ix-Xogħol u l-Ekonomija
KORS GĦAD-DIPLOMA IN SOCIAL STUDIES ġ L.S.327.104 3
(ċ) Il-Management tal-Kooperattivi
(i) Livell 1: Taqsimiet studju bażiċi fix-xjenza
soċjali b’riferenza speċjali għall-
organizzazzjonijiet kooperattivi:
Is-Soċjologija tax-Xogħol
L-Ekonomija tax-Xogħol
Ix-Xjenza Politika
Il-Psikoloġija ta’ l-Imġieba Interpersonali
(ii) Livell 2: Taqsimiet studju ewlenin fl-oqsma li
ġejjin fejn l-istudju ta’ l-organizzazzjoni
kooperattiva huwa mistħarreġ aktar fil-fond:
It-Teorija u l-Prattika ta’ l-Organizzazzjoni
Kooperattiva
L-Abilità  Prattika fit-Tmexxija Kooperattiva
Ir-Regolament tas-Soċjetajiet Kooperattivi
Il-Politika tal-Kooperattivi u l-Iżvilupp
 (d) Is-Saħħa u s-Sigurtà ’ fuq il-post tax-Xogħol
(i) Livell 1: Taqsimiet studju bażiċi fix-xjenza
soċjali b’riferenza speċjali għax-xogħol u l-
organizzazzjonijiet:
Is-Soċjoloġija tax-Xogħol
L-Ekonomija tax-Xogħol
Ix-Xjenza Politika
Il-Psikoloġija ta’ l-Imġieba Interpersonali
(ii) Livell 2: Taqsimiet studju ewlenin fl-oqsma li
ġejjin fejn suġġetti li għandhom x’jaqsmu mas-
Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol huma
mistħarrġa aktar fil-fond:
Ir-Relazzjonijiet tax-Xogħol u l-Liġi tax-Xogħol
Il-Perikli fuq il-post tax-Xogħol
L-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani
It-Twaqqif u l-Inforzar ta’ Standards tas-
Sigurtà .
(e) Occupational Guidance and Career Counselling
(i) Livell 1: Taqsimiet studju fix-xjenza soċjali
bażika li jservu bħala introduzzjoni għall-
occupational guidance and career counselling:
Is-Soċjoloġija tax-Xogħol
Labour Economics
Labour Market Data Analysis
Counselling and Placement Skills
(ii) Livell 2: Taqsimiet studju obbligatorji fl-oqsma
li ġejjin li japprofondixxu l-istudju dwar l-
occupational guidance and career counselling:
Lifelong Learning
Social Dialogue
4 L.S.327.104 ħ KORS GĦAD-DIPLOMA IN SOCIAL STUDIES
Skemi tax-Xogħol
Profiling and Job Classification Skills.
(5) Katalogu, bil-lista ta’ taqsimiet studju speċifici, u l-kredti
assenjati lil kull taqsima studju, għandu jkun approvat mill-Bord
tal-WPDC fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji u għandu
jkun ippublikat qabel il-bidu ta’ kull semestru.
(6) Xi taqsimiet studju jistgħu jkunu indikati bħala obbligatorji
u oħrajn bħala fakultattivi.
(7) Xi taqsimiet studju jistgħu jinvolvu ħidma iggwidata fuq
il-post. L-istudenti jistgħu jkunu meħtieġa jissottomettu rapporti
bil-miktub fuq il-ħidma fuq il-post tagħhom u dawn ikunu meqjusa
bħala komponent essenzjali tal-kors li għalihom għandhom ikunu
assenjati kredti.
Valutazzjoni. 7. (1) F’kull semestru tal-kors, l-istudenti għandhom ikunu
valutati fit-taqsimiet studju mogħtija matul dak is-semestru skond
il-kriterji proposti mill-Bord.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla mertu u jaslu sa l-inqas: A, B, C, D u F, fejn F
jindika Weħel.
(3) Student li jirreġistra għal taqsima studju u ma jtemmhiex
għandu jkun ikkunsidrat li weħel f’dik it-taqsima studju.
(4) Student li weħel f’xi taqsima studju jista’ jitħalla jerġa’
jgħaddi mill-proċedura tal-valutazzjoni ta’ dik it-taqsima studju.
Student jista’ jitħalla jirrepeti darba biss kull waħda mit-taqsimiet
studju. F’dawn il-każijiet l-ogħla grad li student jista’ jikseb huwa
D.
(5) F’ċirkostanzi speċjali, sakemm tkun ingħatat twissija
xierqa, il-Bord jista’ jirrakkomanda lis-Senat li student jieqaf mill-
kors jekk, fuq il-bażi ta’ rapporti mogħtija mill-letturi involuti, il-
Bord mhux sodisfatt li l-istudent qed jagħmel il-progress mistenni.
(6) Student li jikseb inqas minn tmien kredti f’xi sena tal-kors
m’għandux jitħalla jkompli l-kors jew jersaq għall-eżamijiet finali,
ħlief f’ċirkostanzi speċja1i u bil-permess tas-Senat.
(7) Student ma jistgħax jieħu taqsima studju li għaliha
m’għandux il-prerekwiżiti, jew mingħajr ma jieħu t-taqsimiet
studju li huma indikati li għandhom jittieħdu fl-istess żmien, ħlief
bil-permess tal-Bord.
Essay twil.
Emendat:
A.L. 83 ta’ l-2001.
8. (1) Kull student għandu jkun meħtieġ jikteb essay twil ta’
madwar 5,000 kelma fuq suġġett approvat bil-ħsieb li juri l-
kapaċità  tiegħu li jintegra d-diversi aspetti tal-kors ta’ l-istudji.
(2) L-essay twil għandu jkun sottomess mhux aktar tard mill-
bidu ta’ l-eżamijiet finali msemmija fir-regolament 9(1), ħlief jekk
speċifikat mod ieħor mill-Bord ta’ l-Istudji.
(3) Meta essay twil ma jiġix approvat, l-istudent għandu
jingħata l-opportunità  li jerġa’ jissottomettih darba oħra biss, fi
żmien stipulat. Wara s-sottomissjoni mill-ġdid il-grad massimu li
jista’ jingħata huwa D.
L-eżamijiet finali. 9. (1) Eżamijiet finali, bil-miktub u komprensivi għandhom
KORS GĦAD-DIPLOMA IN SOCIAL STUDIES ġ L.S.327.104 5
isiru fi tmiem il-kors. L-eżamijiet finali jikkonsistu f’żewġ karti. L-
istudenti biss li jkunu ġabu mill-inqas għoxrin kredtu għandhom
jitħallew jagħmlu l-eżamijiet.
(2) L-istudenti jistgħu jkunu meħtieġa wkoll jagħmlu eżami
viva voce.
(3) Student li jeħel f’xi karta jew fiz-żewġ karti ta’ l-eżamijiet
finali għandu d-dritt jagħmel riparatorju ta’ l-eżami fil-karta/i li
weħel fihom. Jekk jgħaddi, dan l-istudent ikun ikklassifikat fil-
kategorija ta’ Għadda ta’ l-iggradar finali.
Iggradar finali.
Emendat:
A.L. 83 ta’ l-2001.
10. (1) L-iggradar finali għandu jkun ibbażat fuq it-taqsimiet
studju, l-essay twil u l-eżamijiet finali.
(2) Student ma jingħatax id-Diploma jekk ma jgħaddix f’kull
parti tal-kors ta’ l-istudji (jiġifieri, kiseb mhux anqas minn għoxrin
kredtu għat-taqsimiet studju u ġie approvat fl-essay twil u fl-
eżamijiet finali).
(3) L-eżamijiet finali huma allokati erbgħin fil-mija (40%) tal-
grad finali. It-taqsimiet studju u l-essay twil huma allokati s-sittin
fil-mija (60%) li jibqa’.
(4) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwaliflcaw għad-Diploma
għandhom ikunu ppublikati f’ordni alfabetiku f’dawn il-kategoriji:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
(5) L-istudenti li jiksbu mill-anqas għaxar kredti matul l-
Ewwel Sena tal-kors, u l-istudenti li ma humiex eliġibbli għall-
għoti tad-Diploma skond id-disposizzjonijiet tas-subregolament (2)
iżda li kisbu għall-anqas għaxar kredti matul l-Ewwel Sena tal-
kors, ikunu eliġibbli għall-għoti tas-Certificate in Applied Social
Studies.
