KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE IN 
AGRICULTURAL AND VETERINARY PHARMACY - M.SC. ġ L.S.327.106 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.106
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’
MASTER OF SCIENCE IN AGRICULTURAL AND 
VETERINARY PHARMACY - M.SC.
6 ta’ Frar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 42 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviż Legali 272 ta’ l-
2001.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Science in Agricultural and
Veterinary Pharmacy - M.Sc.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Science in Agricultural
and  Veterinary Pharmacy - M.Sc.
"l-Istitut" ifisser l-Istitut ta’ l-Agrikoltura;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 272 ta’ l-
2001.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikun eliġibbli għall-Grad, kandidat għandu:
(a) jkun approvat mill-Bord u rreġistrat bħala student
regolari fl-Università ;
(b) jkun temm il-kors ta’ l-istudji, ġab il-kredti meħtieġa u
temm b’suċċess l-eżamijiet finali skond dawn ir-
regolamenti;
(ċ) jkun temm dissertazzjoni fuq suġġett approvat għas-
sodisfazzjon tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi; u
(d) jkun issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti
f’dawn ir-regolamenti jew f’regolamenti u statuti oħra
rilevanti ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
Emendat:
A.L. 272 ta’ l-
2001.
4. (1) Biex jidħol fil-kors kandidat għandu:
(a) jkollu l-Grad ta’ Bachelor of Pharmacy (Honours)
għall-inqas bit-Tieni Klassi bl-Unuri minn l-Università
ta’ Malta jew grad fil-Farmaċija minn Università  oħra
rikonoxxut mis-Senat bħala ekwivalenti għall-grad bit-
Tieni Klassi bl-Unuri fil-Farmaċija ta’ l-Università  ta’
Malta;
(b) jkun approvat mill-Bord normalment fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Kap tad-Dipartiment tal-
Farmaċija fil-Fakultà  tal-Mediċina u l-Kirurġija ta’ l-
Università  ta’ Malta.
2 L.S.327.106 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE IN 
AGRICULTURAL AND VETERINARY PHARMACY - M.SC.
(2) F’każijiet eċċezzjonali, il-Bord jista’ jaċċetta kandidati li
jkollhom l-gradi stipulati fis-subregolament (1)(a) miksuba fit-
Tielet Kategorija bl-Unuri, sakemm dawn il-kandidati jkunu
mitluba jtemmu b’suċċess programm supplimentari, kif mitlub
mill-Bord.
(3) Kandidat li għandu grad fil-Farmaċija minn Università
oħra minn barra li jrid jissodisfa r-rekwiżiti msemmija hawn fuq,
għandu juri li hu kapaċi jikteb u jitkellem bl-Ingliż.
It-tul tal-kors. 5. (1) Il-kors jinfirex fuq żmien ta’ sena studju full-time jew,
bil-permess tal-Bord, fuq żmien ta’ sentejn studju part-time.
(2) Kandidat li ngħatalu l-permess mill-Bord biex jirreġistra
fuq bażi part-time għandu:
(a) jissodisfa r-rekwiżiti tax-xogħol tal-kors matul l-
ewwe1 sena u jaħdem fuq id-dissertazzjoni matul it-
tieni sena;
(b) jirreġistra fil-bidu ta’ kull sena akkademika.
(3) Il-kors jista’ jiġi mtawwal b’sena oħra bl-approvazzjoni
tal-Bord wara li tkun saret talba bil-miktub lid-Direttur ta’ l-Istitut.
Il-kors ta’ l-istudji. 6. (1) Il-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li
għalihom mhux anqas minn għaxar kredti għandhom jiġu assenjati
f’moduli kif ġej:
(a) Xjenza għall-Ħarsien ta’ l-Uċuħ tar-Raba,
(b) Xjenza tas-Saħħa ta’ l-Annimali,
(ċ) Pjanti Aromatiċi u Mediċinali,
(d) Nutrizzjoni tal-Pjanti jew ta’ l-Annimali.
(2) Il-kandidati għandhom ukoll ikunu meħtieġa jagħmlu
dissertazzjoni.
(3) Katalogu ta’ taqsimiet studju f’kull modulu, bil-kredti
assenjati għal kull taqsima, għandu jiġi ppublikat mill-Istitut qabel
il-bidu ta’ kull kors.
Progress. 7. (1) Il-kredti għandhom jiġu assenjati skond il-gradi li
ġejjin mill-ogħla mertu sa l-anqas: A, B, C, D u F fejn F tindika
Weħel.
(2) Kandidat li jonqos li jikseb kredtu għal xi taqsima studju
għandu jingħata l-permess biex jerġa’ jiġi ttestjat darba waħda biss.
Fir-riparatorju għandu jingħata l-grad ta’ D jew F.
L-eżamijiet finali. 8. (1) L-eżamijiet finali għandhom normalment isiru f’Ġunju/
Lulju u għandhom jikkonsistu f’erba’ karti bil-miktub kif ġej:
(a) karta ta’ tliet sigħat fix-Xjenza għall-Ħarsien ta’ l-
Uċuħ tar-Raba;
(b) karta ta’ tliet sigħat fix-Xjenza tas-Saħħa ta’ l-
Annimali;
(ċ) karta ta’ sagħtejn fuq il-Pjanti Aromatiċi u Mediċinali;
(d) karta ta’ sagħtejn jew fuq in-Nutrizzjoni tal-Pjanti jew
ta’ l-Annimali.
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE IN 
AGRICULTURAL AND VETERINARY PHARMACY - M.SC. ġ L.S.327.106 3
(2) Il-karti ta’ l-eżamijiet għandhom jingħataw gradi mill-
ogħla mertu sa l-anqas A, B, C, D u F fejn F tindika li student
Weħel.
(3) Kandidat li jeħel f’mhux aktar minn żewġ karti għandu
jingħata l-permess joqgħod għall-eżami/jiet fis-sessjoni
supplimentari li normalment issir f’Settembru, iżda l-grad li
jingħata għall-eżami supplimentari għandu jkun D jew F.
(4) Biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-eżamijiet finali kandidat
għandu jgħaddi minn kull karta.
Dissertazzjoni.
jissottometti lid-Direttur ta’ l-Istitut titolu u ġabra fil-qosor tad-
dissertazzjoni li se jagħmel u l-isem ta’ membru akkademiku ta’ l-
Istitut li aċċetta li jagħmilha ta’ superviżur biex ikunu approvati
mill-Bord.
(2) Kull dissertazzjoni pprezentata għall-Grad għandha tkun
xogħol ta’ natura oriġinali dwar suġġett approvat jew tħaddim
oriġinali ta’ informazzjoni eżistenti u li hi ppubblikata u għandha
tirrapreżenta tagħrif fil-qasam agrikolu jew veterinarju
preferibilment konness mal-kondizzjonijiet lokali.
(3) It-tul tad-dissertazzjoni għandu jkun skond kif il-Bord
jindika iżda normalment ma jkunx anqas minn 20,000 kelma jew
mhux aktar minn 30,000 kelma.
(4) Id-dissertazzjoni għandha tiġi ppreżentata b’format u
f’numru ta’ kopji kif jiġi deċiż mill-Bord.
Bord ta’ l-
Eżamijiet.
10. (1) Għandu jkun hemm Bord ta’ l-Eżamijiet magħmul
minn eżaminatur barrani minn Università  oħra u erba’ membri oħra
mill-istaff akkademiku ta’ l-Istitut. Il-Bord ta’ l-Eżamijiet għandu
jkun maħtur mis-Senat ta’ l-Università  wara r-rakkomandazzjoni
tal-Bord.
(2) Il-Bord ta’ l-Eżamijiet għandu jkun responsabbli għall-
valutazzjoni tad-dissertazzjoni u ta’ l-eżamijiet finali.
(3) Il-Bord ta’ l-Eżamijiet għandu jeħtieġ li kull kandidat
jagħmel eżami viva voce.
(4) Kandidat li d-dissertazzjoni tiegħu ma tkunx ta’ livell
sodisfaċenti jista’ jiġi meħtieġ mill-Bord ta’ l-Eżamijiet li jerġa’
jikteb id-dissertazzjoni kollha jew partijiet minnha u
jissottomettiha mill-ġdid għall-valutazzjoni wara għallinqas żmien
ta’ tliet xhur.
Riżultati.
kredti li ġab, ir-riżultati ta’ l-eżamijiet bil-miktub u l-merti tad-
dissertazzjoni.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw għall-Grad
għandhom ikunu ppublikati f’ordni alfabetiku u kklassifikati kif
ġej:
Għadda b’Distinzjoni, jew
Għadda.
4 L.S.327.106 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE IN 
AGRICULTURAL AND VETERINARY PHARMACY - M.SC.
