GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL. - 
FIL-FAKULTÀ  TAX-XJENZA ġ L.S.327.107 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.107
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’
MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL. -
FIL-FAKULTÀ  TAX-XJENZA
6 ta’ Frar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 43 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - fil-Fakultà  tax-Xjenza.
(2) F’dawn l-ordinamenti kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  tax-Xjenza;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Phi1osophy - M.Phil.; u
"il-kors" ifisser il-kors ghall-Grad ta’ Master of Phi1osophy -
M.Phil.
Applikabilità .
1991 ’il quddiem.
Reġistrazzjoni.
(a) il-grad ta’ Bachelor of Science (Honours); jew
(b) il-grad ta’ Master ta’ l-Università  ta’ Malta; jew
(ċ) kwalifika ekwivalenti approvata mis-Senat fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord.
Kors miftuħ għall-
gradwati.
4. Il-kors huwa normalment miftuħ għall-gradwati li ġabu l-
grad speċifikat fl-ordinament 3:
(a) fl-aħħar għaxar snin qabel ma applikaw għall-kors;
jew
(b) jekk il-kwalifika tkun ilha li nkisbet aktar minn għaxar
snin, jipproduċu prova tal-kompetenza tagħhom biex
isegwu dan il-grad ta’ riċerka bl-approvazzjoni tas-
Senat fuq il-parir tal-Bord.
5. L-istudenti li jitħallew jittrasferixxu mill-kors tal-M.Phil.
għal dak tal-Ph.D. normalment m’għandhomx jingħataw il-grad ta’
M.Phil.
Il-format u l-
preżentazzjoni tad-
dissertazzjoni.
6. Id-dissertazzjoni għandha normalment tkun miktuba bl-
Ingliż għall-għanijiet ta’ publikazzjoni f’pajjiżi barranin.
Format.
ipprintjata fuq karta bajda ta’ kwalità  tajba skond l-
ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
(a) il-qies tal-karta għandu jkun A4;
(b) il-marġni għandhom ikunu ta’ 2.5 ċent. fuq kull naħa
tal-karta biex ikunu jistgħu jiġu llegati; 3.5 ċent. minn
fuq u minn isfel u nnumerati fin-naħa t’isfel ta’ kull
2 L.S.327.107 ħ
GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M. PHIL. - 
FIL-FAKULTÀ  TAX-XJENZA
paġna; it-test għandu jkun bi spazju doppju; u
(ċ) għandha tkun illegata f’Art vellum jew drapp (iswed);
overcast, bit-truf mhux maqtugħa; b’ittri bid-deheb
bold fuq id-dahar li juru l-grad, id-data u l-isem. Fuq
il-qoxra ta’ quddiem għandu jkun hemm biss it-titolu,
l-isem ta’ l-awtur u s-sena tas-sottomissjoni.
Kopji. 8. Student għandu jkun meħtieġ jissottometti tliet kopji tad-
dissertazzjoni, li waħda minnhom għandha tinżamm fil-Librerija
ta’ l-Università , oħra tinżamm mid-dipartiment ikkonċernat, u t-
tielet waħda tkun mogħtija lura lill-istudent wara l-eżami.
Tul. 9. Id-dissertazzjoni m’għandhiex normalment taqbeż il-200
faċċata fit-tul.
Kontribuzzjonijiet. 10. L-istudent jista’ jissottometti separatament xi
kontribuzzjonijiet għall-avanz tas-suġġett ippublikati
indipendentement jew ma’ xi ħadd ieħor.
