KORS GĦAD-DIPLOMA 
IN ADULT TRAINING AND DEVELOPMENT ġ L.S.327.108 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.108
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
ADULT TRAINING AND DEVELOPMENT
6 ta’ Frar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 44 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Adult Training and Development.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ Studji rilevanti għall-kors;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Adult Training and
Development;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma.
Applikabilità .
mibdija f’Ottubru 1994 jew wara.
Eliġibilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikun eliġibbli għall-għoti tad-Diploma kandidat
għandu:
(a) ikun reġistrat bħala student part-time fil-Fakultà  ta’ l-
Edukazzjoni;
(b) ikun temm l-istudji meħtieġa (xogħol tal-kors, xogħol
prattiku u proġett) fit-Taħriġ u l-Iżvilupp ta’ l-Adulti;
(ċ) jgħaddi mill-eżamijiet kollha preskritti; u
(d) jissodisfa r-rekwiżiti kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti.
Reġistrazzjoni.
time fil-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni, fuq il-formula preskritta fiż-
żmien speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) Il-kandidati jistgħu jiġu reġistrati bħala studenti part-time
fil-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni għall-kors ta’ studji li jwassal għad-
Diploma jekk ikunu eliġibbli għad-dħul fl-Università  bħala studenti
regolari skond ir-Regolamenti għad-Dħul fl-Università .
(3) L-applikanti jkunu meħtieġa jattendu għal intervista
immexxija mill-Bord għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-ħila u l-
isfond tagħhom skond ir-Regolamenti għad-Dħul.
Amministrazzjoni 
tal-kors.
5. (1) L-amministrazzjoni ġenerali tal-kors għandha tkun
fdata lill-Bord.
(2) Il-Koordinatur għandu jkun responsabbli biex ifassal is-
sillabi u l-lista tal-kors kif ukoll għat-tħejjija jew provvista għad-
disponibilità  ta’ materjal ta’ għajnuna, bil-kooperazzjoni u l-
approvazzjoni tal-Bord.
Kors ta’ studji.
f’dan li ġej:
2 L.S.327.108 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA 
IN ADULT TRAINING AND DEVELOPMENT
(a) taqsimiet studju li għalihom għandhom jingħataw
ħmistax-il kredtu;
(b) proġett li għalih għandhom jingħataw ħames kredti;
(ċ) assenjament ta’ xogħol prattiku li għalih għandhom
jiġu mogħtija ħames kredti; u
(d) eżami finali.
Valutazzjoni. 7. Il-kandidati għandhom ikunu meqjusa li ssodisfaw il-
kriterji tal-valutazzjoni tal-kors jekk huma:
(a) itemmu b’suċċess l-Ewwel u t-Tieni Parti tal-kors;
(b) jiksbu suċċess fix-xogħol prattiku assenjat;
(ċ) jiksbu suċċess fl-eżami finali; u
(d) itemmu b’suċċess il-proġett.
L-Ewwel Parti tal-
kors.
8. (1) L-Ewwel Parti tal-kors għandha tikkonsisti fi tnax-il
kredtu li jiffurmaw ix-xogħol magħmul fl-ewwel sena. Il-kandidati
li ma jtemmux b’suċċess l-Ewwel Parti ma jitħallewx ikomplu
għat-Tieni Parti.
(2) F’kull semestru tal-kors il-kandidati għandhom jiġu
eżaminati fit-taqsimiet studju li jkunu saru matul dak is-semestru
skond il-kriterji mwaqqfa mill-Bord.
(3) Il-gradi li ġejjin għandhom jiġu mogħtija fil-valutazzjoni
tal-kredti mill-ogħla mertu sa l-anqas: A, B, C, D u F, fejn F tindika
li weħel.
(4) Kandidat li jeħel f’xi waħda mit-taqsimiet studju jista’
jitħalla jerġa’ jagħmel l-eżami jew jirrepeti t-taqsima studju kollha
darba. F’dawn il-każijiet l-ogħla grad li kandidat jista’ jġib għandu
jkun D.
It-Tieni Parti tal-
kors.
9. (1) Matul it-Tieni Parti tal-kors il-kandidati għandhom
ikunu meħtieġa jagħmlu proġett jew studju ta’ każijiet ibbażat fuq
ix-xogħol. Huma jistgħu jaħdmu fuq bażi individwali jew fi gruppi
ta’ mhux aktar minn erba’ minn nies. F’kull każ il-proġett għandu
jiġi diskuss mill-parteċipant/i ma’ tutur tal-kors, u għandu jkun
approvat mill-Koordinatur. Il-proġett għandu jiġi sottomess għall-
valutazzjoni xahrejn skond il-kalendarju qabel it-tmiem tal-parti
miktuba ta’ l-eżami finali.
(2) Matul din il-Parti tal-kors il-kandidati għandhom jiġu
allokati ma’ aġenzija Maltija ta’ taħriġ ta’ l-adulti rikonoxxuta
mill-Bord għaż-żmien ta’ ħames ġimgħat li fih għandhom jaħdmu
fit-taħriġ ta’ l-adulti. Matul dawn il-ġimgħat huma għandhom jiġu
assistiti kif ukoll valutati minn tutur maħtur għal dan il-għan.
Eżamijiet finali. 10. (1) Fi tmiem il-kors il-kandidati għandhom joqgħodu
għall-eżami komprensiv bil-miktub li jkun jikkonsisti f’erba’ karti.
Dawk il-kandidati biss li ġabu għoxrin kredtu u temmew ix-xogħol
prattiku assenjat b’suċċess għandhom jitħallew jagħmlu l-
eżamijiet.
(2) Il-kandidati li jeħlu f’xi waħda mill-karti ta’ l-eżami jew
f’kollha għandhom jitħallew jerġgħu jagħmlu l-karta jew karti li
weħlu f’sessjoni ta’ eżami riparatorja. Jekk jgħaddi l-kandidat jiġi
KORS GĦAD-DIPLOMA 
IN ADULT TRAINING AND DEVELOPMENT ġ L.S.327.108 3
mogħti l-anqas grad ta’ min jgħaddi.
Gradi finali.
miksuba fl-Ewvel u t-Tieni Parti tal-kors u fl-eżami finali.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jkunu kkwalifikaw għad-
Diploma għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku fil-
kategoriji:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
(3) Il-kandidati ma tingħatalhomx id-Diploma jekk ma
jgħaddux f’kull parti tal-kors ta’ studji (jiġifieri t-testijiet tal-
kredti, il-proġett, ix-xogħol prattiku assenjat u l-eżamijiet finali).
