KORS GĦAD-DIPLOMA IN SOCIAL WORK ġ L.S.327.109 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.109
REGOLAMENTI TAL-KORS
GĦAD-DIPLOMA IN SOCIAL WORK
6 ta’ Frar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 45 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Social Work.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien Soċjali;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Social Work;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma.
Applikabilità .
mibdija fl-1992 jew wara.
Eliġibiltà  għad-
Diploma.
3. Biex ikun jista’ jingħata d-Diploma student għandu jkun:
(a) irreġistrat għall-kors u temmu b’suċċess kif hawn
preskritt f’dawn ir-regolamenti;
(b) għadda mill-eżamijiet finali għad-Dip1oma; u
(ċ) issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti u fi statuti u regolamenti rilevanti oħra ta’
l-Università .
Reġistrazzjoni u 
rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
4. (1) Kandidat jista’ jiġi rreġistrat għall-kors jekk:
(a) jista’ jidħol l-Università  bħala student regolari skond
ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ; u
(b) jissodisfa bord ta’ l-intervisti, imwaqqaf għal dan il-
għan, li għandu l-kwalitajiet meħtieġa biex isegwi dan
il-kors.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
gradwati Universitarji u applikanti li għalqu t-23 sena li l-kwalifiki
tagħhom jitqiesu bħala suffiċjenti mill-Bord, jistgħu jkunu eżentati
minn kull rekwiżit ieħor għad-dħul fil-kors, barra minn dak
meħtieġ skond is-subregolament (1)(b).
It-tul tal-kors.
tliet snin ta’ studju part-time.
(2) Student ma jistax joqgħod għall-eżamijiet finali qabel tliet
snin minn meta jkun daħal fil-kors ta’ l-istudji.
(3) F’ċirkostanzi speċjali, il-Bord jista’ jħalli student jestendi
l-istudji tiegħu fuq massimu ta’ erba’ snin, għal raġuni tajba u
suffiċjenti, bil-kondizzjonijiet li l-Bord jiddetermina f’kull każ.
Il-kors ta’ l-istudji.
magħmul minn taqsimiet studju li m’għandux jingħatalhom inqas
2 L.S.327.109 ħ KORS GĦAD-DIPLOMA IN SOCIAL WORK
minn 30 kredtu.
(2) Il-kors għandu jikkonsisti fi:
(a) Modulu 1: Għerf Bażiku fix-Xjenzi Soċjali:
Soċjoloġija, Psikoloġija, Metodi ta’
Riċerka.
(b) Modulu 2: Ħidma Soċjali:
Metodi, Kapaċitajiet, Valuri, Pjazzamenti
Prattiċi.
(ċ) Modulu 3: Politika Soċjali:
Ħarsien Soċjali, Saħħa, Leġislazzjoni,
Amministrazzjoni Soċjali.
Katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
7. (1) Qabel ma tibda kull sena akkademika, il-Bord għandu
jippublika katalogu ta’ taqsimiet studju u tal-kredti assenjati għal
kull taqsima studju, skond kif approvat mis-Senat.
(2) Il-katalogu għandu jagħti dettalji tat-taqsimiet studju.
Taqsima studju tista’ tinkludi, jew tkun magħmula kollha minn,
xogħol prattiku valutat fejn ikun jixraq. Student li jagħżel taqsima
studju bħal din jista’ jkun meħtieġ li jissottometti rapporti bil-
miktub dwar ix-xogħol prattiku li jkun għamel.
(3) Il-katalogu għandu jinkludi wkoll il-metodu tal-
valutazzjoni għal kull taqsima studju, liema taqsimiet studju
għandhom jittieħdu flimkien u liema taqsimiet studju huma pre-
rekwiżiti jew irrikmandati.
Progress. 8. (1) It-taqsimiet studju għandhom ikunu mqassmin b’mod li
kors ta’ l-istudji jista’jintemm fi tliet snin.
(2) F’kull sena tal-kors student hu mistenni jirreġistra għal
għadd ta’ taqsimiet studju li għalihom għandu jingħata total ta’
mhux inqas minn 10 u mhux aktar minn 12-il kredtu.
(3) Il-kredti għandhom jingħataw skond dawn il-gradi, li
jibdew mill-ogħla wieħed: A, B, C, D u F, fejn F tfisser Weħel.
(4) Student li jirreġistra għal taqsima studju u ma jkomplihiex
għandu jkun meqjus li weħel minn dik it-taqsima studju.
(5) Student li jonqos milli jikseb kredtu għal taqsima studju
għandu normalment jitħalla jagħmel riparatorju darba biss, f’liema
każ il-grad li jista’ jikseb għandu jkun jew D jew Weħel. Jekk ma
jgħaddix fir-riparatorju huwa għandu jitħalla jerġa’ jsegwi t-
taqsima studju darba biss, u f’dan il-każ il-valutazzjoni tiegħu
għandha tkun jew D jew Weħel. M’għandux ikun hemm riparatorju
meta taqsima studju tkun ripetuta.
(6) Taqsimiet studju għandhom ikunu offruti f’livelli
differenti. Taqsimiet studju bażiċi għandhom ikunu offruti fil-
Livell 1, waqt li taqsimiet studju aktar avanzati għandhom ikunu
offruti fil-Livell 2.
(7) Student li jikseb inqas minn 8 kredti f’xi sena tal-kors
m’għandux jitħalla jkompli l-kors jew joqgħod għall-eżamijiet
finali, ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bl-approvazzjoni tas-Senat.
(8) Student ma jistax jieħu taqsima studju li m’għandux il-
KORS GĦAD-DIPLOMA IN SOCIAL WORK ġ L.S.327.109 3
prerekwiżiti għaliha, jew mingħajr ma jieħu fl-istess żmien dawk
it-taqsimiet studju indikati, ħlief bil-permess tal-Bord.
Proġett / essay 
twil.
9. (1) Matul it-tieni parti tal-kors kull student għandu jiġi
mogħti proġett jew essay twil biex jagħmlu.
(2) In-natura tal-proġett / essay twil għandha tkun
essenzjalment investigazzjoni dwar xi suġġett partikolari relatat
mal-qasam ta’ studju u għandu jsir taħt superviżjoni ta’ tutur.
(3) Il-proġett / essay twil għandu jiġi sottomess għall-eżami
xahrejn qabel it-tmiem ta’ l-eżamijiet finali.
L-eżamijiet finali.
meħtieġ jagħmel l-eżamijiet finali.
(2) L-eżamijiet finali għandhom isiru darba fis-sena biss,
normalment f’Ġunju, u għandhom jikkonsistu f’żewġ karti. Jista’
jsir ukoll eżami viva voce.
(3) Student m’għandux jitħalla joqgħod għall-eżamijiet finali
jekk ma jkunx kiseb il-kredti kollha mogħtija għax-xogħol prattiku.
(4) Għall-għan tar-regolament 8(8) il-kredti għandhom
jingħataw proviżorjament lil student għal dawk it-taqsimiet studju
li jintemmu sewva sew qabel l-eżamijiet finali li jkun se jagħmel,
bil-kondizzjoni li l-istudent ikun laħaq livell sodisfaċenti fit-
taqsima studju.
Ir-riżultati finali.
tiegħu fl-eżamijiet finali, il-marki miksuba fil-proġett / essay twil,
kif ukoll il-kredti u l-gradi miksuba matul il-kors ta’ l-istudji
tiegħu.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 12, student
ma jikkwalifikax għad-Diploma jekk ma jgħaddix mill-eżamijiet
finali f’sessjoni waħda.
(3) L-eżamijiet finali għandhom il-piż ta’ erbgħin fil-mija
għar-riżultat finali. Il-proġett / essay twil għandu l-piż ta’ għoxrin
fil-mija għar-riżultat finali. It-taqsimiet studju għandhom il-piż tal-
bqija erbgħin fil-mija.
(4) Fir-riżultati finali, l-ismijiet ta’ l-istudenti li kkwalifikaw
għad-Diploma għandhom jiġu ppublikati f’ordni alfabetiku fil-
kategoriji:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
Ir-riparatorju.
jerġa’ jagħmel l-eżamijiet finali kollha darba taħt davk il-
kondizzjonijiet li l-Bord jista’ jiddetermina f’kull każ. Jekk
jgħaddi, dan l-istudent jitqiegħed fil-kategorija ta’ Għadda fir-
riżultati finali.
Disposizzjoni 
transitorja.
13. Studenti li segwew korsijiet għad-Diploma fl-Istudji
Soċjali Applikati mmexxija mill-Fakultà  ta’ l-Arti għandhom
jitħallew jittrasferixxu għall-kors ta’ l-istudji msemmi f’dawn ir-
regolamenti.
4 L.S.327.109 ħ KORS GĦAD-DIPLOMA IN SOCIAL WORK
