DIPLOMA TA’ WARA L-GRADWAZZJONI
FIL-ĠERONTOLOĠIJA ġ L.S.327.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.11
REGOLAMENTI GĦAD-DIPLOMA
TA’ WARA L-GRADWAZZJONI
FIL-ĠERONTOLOĠIJA
17 ta’ April, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 57 ta’ l-1990.
Titolu.
Diploma ta’ wara l-Gradwazzjoni fil-Ġerontoloġija.
Eliġibilità .
Gradwazzjoni fil-Ġerontoloġija kandidat irid:
(a) ikun ġie reġistrat bħala student regolari ta’ l-
Università ;
(b) ikun temm b’suċċess l-istudji proprji (xogħol tal-kors,
xogħol prattiku u proġett/dissertazzjoni) tal-kors; u
(ċ) jissodisfa r-rekwiżiti kollha mniżżlin f’dawn ir-
regolamenti.
Reġistrazzjoni.
Diploma jekk:
(a) għandu grad jew kwalifika professjonali minn sistema
rikonoxxuta ta’ edukazzjoni ogħla jew awtorità
proprja, f’Dixxiplina jew fi Xjenza marbuta ma’
waħda mill-Professjonijiet ta’ l-Għajnuna; jew
(b) għandu kwalifika professjonali aċċettata fil-pajjiż tan-
nisel tiegħu, flimkien ma’ esperjenza xierqa fix-xogħol
ma’ l-anzjani.
2.2 Kandidat matur mingħajr il-kwalifiki msemmija hawn fuq
iżda bi grad eċċezzjonali ta’ esperjenza fil-qasam jista’ jitqies biex
jidħol jekk jippreżenta xiehda sodisfaċenti li huwa għandu l-isfond
meħtieġ biex isegwi l-kors bi qliegħ.
Il-kors ta’ l-istudji.
fil-Ġerontoloġija hu magħmul minn unitajiet ta’ studju li għalihom
ma jingħatawx inqas minn 20 kredtu. Kredtu jingħata fuq il-bażi
tal-valutazzjoni tal-progress miksub malli tintemm unità  ta’ studju
li teħtieġ għall-inqas ħamsin siegħa ta’ studju. (Normalment kull
unità  ta’ studju tinkludi erbatax-il konferenza flimkien ma’ numru
ta’ sessjonijiet tutorjali u assignments tal-kors). Il-kredti jingħataw
ukoll għal xogħol prattiku.
3.2 Katalgu ta’ l-unitajiet ta’ studju bin-numru tal-kredti
mogħtija lill kull unità  jkun ippubblikat qabel ma jibda l-kors.
3.3 Il-kors ta’ l-istudji huwa maghmul kif ġej:
(a) Modulu A: ġabra komuni ta’ suġġetti (li jżidu sa tmien
unitajiet ta’ studji) maqsumin bejn il-Ġerontoloġija
Soċjali u l-Ġerjatrika Medika, li għandhom ikunu
studjati mill-istudenti kollha; u
2 L.S.327.11 ħ
DIPLOMA TA’ WARA L-GRADWAZZJONI
FIL-ĠERONTOLOĠIJA
(b) Modulu B: ħames unitajiet ta’ studju fil-Ġerontoloġija
Soċjali jew fil-Gerjatrika Medika magħmulin minn
tliet unitajiet ta’ studju obbligatorji u minn żewġ
unitajiet ta’ studju fakoltativi; u
(ċ) Modulu Ċ: xogħol prattiku li għalih jingħataw mill-
inqas seba’ kredti. Dan ix-xogħol prattiku normalment
isir matul is-sena akkademika; uħud minn dawn il-
kredti jistghu madankollu jkunu programmati biex
isiru wara l-eżami komprensiv finali.
3.4.1 Il-kandidati huma wkoll mistennija li jissottomettu
dissertazzjoni/proġett ta’ madwar 10,000 kelma f’qasam approvat
ta’ studju.
3.4.2 Id-dissertazzjoni/proġett jista’ jkun ippreżentat sa tnax-il
xahar kalendarju mill-bidu tal-kors.
3.4.3 Jekk dissertazzjoni tiġi riferita, il-kandidat jingħata
massimu ta’ tliet xhur kalendarji biex jerġa’ jissottometti x-xogħol
tiegħu.
3.5.1 Kors normalment jibda f’Ottubru. L-unitajiet ta’ studju
jiġu offruti biex il-kors ta’ l-istudji jkun jista’ jsir fiż-żmien
minimu ta’ sena ta’ studju full-time.
3.5.2 Kandidat jista’ jifrex l-istudji tiegħu fuq perijodu
massimu ta’ sentejn, sakemm il-Bord ta’ l-Istitut tal-Ġerontoloġija
jkun sodisfatt li hemm raġuni suffiċjenti biex hu jitħalla jagħmel
hekk.
Proċeduri tal-
valutazzjoni.
4.1.1 Il-valutazzjoni ta’ kull unità  ta’ studju ssir mill-għalliem
rispettiv flimkien mal-Ko-ordinatur tal-Kors, u meta hu xieraq, ma’
għalliema ohrajn, kif jiġi stabbilit mill-Bord minn żmien għal
iehor.
4.1.2 Il-Gradi li jingħataw fil-valutazzjoni ta’ kull xogħol tal-
kredti huma, f’ordni li jinżel mill-ogħla għall-inqas mertu: A, B, Ċ,
D; F tindika li kandidat wcħel.
4.1.3 Student li jikseb Grad F f’xi unità  ta’ studju jista’ jitħalla
jippreżenta ruħu għat-tieni darba għall-proċedura tal-valutazzjoni
ta’ dik l-unità  ta’ studju. Il-proċedura tal-valutazzjoni għar-
riparatorju tkun determinata mill-għalliem li jkun ta l-unità  ta’
studju. Jekk jeħel fir-riparatorju, huwa jkun mistenni jerġa’
jirreġistra għall-unità  ta’ studju kollha, jew isegwi istruzzjonijiet
oħrajn maħruġa bid-diskrezzjoni tal-Bord ta’ l-Istitut. F’dawn il-
każijiet, jekk ighaddi, l-istudent jingħata Grad D.
4.2.1 Eżami komprensiv finali jsir f’Ġunju u jkun magħmul
minn żewġ karti bil-miktub. L-istudenti jistgħu jkunu mitluba
jagħmlu eżami viva voce.
4.3.1 Ir-riżultati finali miksuba mill-istudenti jkunu ppubblikati
wara l-eżami komprensiv finali u/jew l-eżami viva voce, u wara l-
preżentazzjoni tad-dissertazzjoni/proġett, u wara li jkun sar ix-
xogħol prattiku kollu. Il-marki finali jingħataw kif ġej:
għax-xoghol tal-kors (inkluż ix-xoghol prattiku) - 40%
għad-dissertazzjoni/proġett - 20%
DIPLOMA TA’ WARA L-GRADWAZZJONI
FIL-ĠERONTOLOĠIJA ġ L.S.327.11 3
għall-eżami komprensiv finali - 40%.
4.3.2 Il-gradi wżati għar-riżultati finali skond 4.3.1 hawn fuq
huma:
A - b’Distinzjoni
B, Ċ, D
F- Weħel.
