KORS GĦAD-DIPLOMA 
IN PLANNING STUDIES - DIP. PLANNING ġ L.S.327.111 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.111
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
PLANNING STUDIES - DIP. PLANNING
13 ta’ Frar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 48 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviż Legali 3 ta’ l-
1999.
Titolu u tifsir.
Emendat:
A.L. 3 ta’ l-1999.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti tal-
Kors għad-Diploma in Planning Studies - Dip. Planning.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm il-darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Planning Studies - Dip.
Planning;
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Arkitettura u Inġinerija
Ċivili.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 3 ta’ l-1999.
2. Dawn ir-regolamenti japplikaw għall-korsijiet li bdew
f’Ottubru 1997 jew wara.
Eliġibilità.
għandu:
(a) jkun irreġistra għal u temm il-kors ta’ l-istudji kif inhu
provdut f’dawn ir-regolamenti;
(b) temm il-programm ta’ studju rilevanti u ssodisfa kull
rekwiżit ieħor preskritt f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) ssodisfa kull rekwiżit ieħor preskritt fi statuti u
regolamenti oħra rilevanti ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni u 
rekwiżiti speċjali 
tal-kors.
4. Kandidat jista’ jirreġistra għall-kors ta’ l-istudji li jwassal
għad-Diploma jekk hu eliġibbli biex jidħol fl-Università  skond ir-
Regolamenti tad-Dħul ta’ l-Università .
Tul tal-kors.
akkademika ta’ studju full-time jew sentejn akkademiċi ta’ studju
part-time.
(2) Estensjonijiet jistgħu jingħataw mill-Bord fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji.
(3) Kandidat ma jistax itemm il-kors iktar kmieni minn sentejn
jew iktar tard minn tliet snin mill-ewwel reġistrazzjoni, ħlief
f’ċirkostanzi speċjali bil-permess tas-Senat, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord.
Il-kors ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 3 ta’ l-1999.
6. (1) Il-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju, li
għalihom mhux anqas minn 26 kredtu għandhom ikunu assnjati.
(2) It-taqsimiet studju jistgħu jinkludu lectures, workshops,
seminars, tutorials, projects u field study visits jew abbinamenti
tagħhom skond kif jiġi determinat mill-Bord, fuq il-parir tal-Bord
ta’ l-Istudji.
2 L.S.327.111 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA 
IN PLANNING STUDIES - DIP. PLANNING
(3) Katalogu ta’ taqsimiet studju, li għandu jagħti d-dettalji
tat-taqsimiet studju, il-metodu tal-valutazzjoni u n-numru ta’ kredti
mogħtija lil kull taqsima studju, għandu jkun determinat mill-Bord,
fuq il-parir tal-Bord ta’ l-Istudji u għandu jiġi ppubblikat qabel il-
bidu tal-kors.
Valutazzjoni.
Emendat:
A.L. 3 ta’ l-1999.
7. (1) It-taqsimiet studju jistgħu jiġu valutati fuq bażi tax-
xogħol matul il-kors jew test (bil-miktub jew orali) jew abbinament
ta’ dawn kif xieraq u kif jiġi determinat mill-Bord, fuq il-parir tal-
Bord ta’ l-Istudji.
(2) Il-kredti għandhom jiġu mogħtija skond il-gradi li ġejjin li
jibdew mill-ogħla mertu u jaslu sa l-anqas: A, B, C, D u F fejn F
tfisser li kandidat ikun weħel.
(3) Kandidat li ma jiksibx kredtu għal taqsima studju għandu
normalment jkun jista’ jagħmel eżami riparatorju għal kull taqsima
studju li weħel fiha darba biss. Wara riparatorju l-grad li jista’
jingħata huwa l-grad D jew F.
Eżamijiet finali.
Emendat:
A.L. 3 ta’ l-1999.
8. (1) L-eżamijiet finali għandhom jikkonsistu fi tliet karti.
(2) Jekk il-kandidat jeħel f’waħda jew iktar mill-karti l-
kandidat jista’ jitħalla jagħmel eżami riparatorju tal-karta jew karti
mill-Bord, li għandu jimxi fuq il-parir tal-Bord ta’ l-Istudji, f’dik
il-karta jew f’dawk il-karti f’okkazjoni oħra darba biss.
Riżultati finali.
Emendat:
A.L. 3 ta’ l-1999.
9. (1) Ir-riżultat final għandu jqis il-livell milħuq mill-
kandidat fit-taqsimiet studju u fl-eżamijiet finali fil-proporzjon li
ġej:
Taqsimiet studju 70%
Eżamijiet finali 30%.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jgħaddu għandhom ikunu
ppubblikati f’ordni alfabetiku fil-kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
