KORS GĦAD-DIPLOMA IN POLITICAL 
STUDIES - DIP. POL. ST. ġ L.S.327.112 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.112
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
POLITICAL STUDIES - DIP. POL. ST.
13 ta’ Frar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 49 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviż Legali 52 ta’ l-
2003.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Political Studies - Dip. Pol. St.
(2) F’dawn ir-regolamenti kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija, il-
Management u l-Accountancy;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Political Studies - Dip. Pol.
St.;
"il-kors’ ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma.
Applikabilità.
Emendat:
A.L. 52 ta’ l-2003.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Eliġibilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikun jista’ jingħata d-Diploma kandidat għandu:
(a) ikun reġistrat bħala student matrikolat skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) jissodisfa kull rekwiżit speċjali tal-kors;
(ċ) itemm il-kors ta’ studju, jikkwalifika fl-eżamijiet, u
jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti; u
(d) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti fi statuti u
f’regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
fiż-żmien speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) Student li, wara twissija xierqa mogħtija bil-miktub, jibqa’
jonqos milli jattendi għall-konferenzi u/jew għas-sessjonijiet
tutorjali jew b’mod ieħor ma jaqdix id-dmirijiet akkademiċi tiegħu
bla ma jagħti raġuni xierqa, jista’ ma jitħalliex joqgħod għal xi
eżamijiet jew għall-eżamijiet kollha mill-Bord.
Il-kors ta’ l-istudji.
jintemm f’perijodu minimu ta’ sentejn u f’perijodu massimu ta’
ħames snin għall-studji part-time.
(2) Il-kors jikkonsisti f’dan li ġej:
(a) taqsimiet studju li għalihom mhux inqas minn 24
kredti għandhom jkunu assenjati; u
(b) proġett individwali taħt superviżjoni.
(3) (a) Katalogu bit-taqsimiet studju, bil-kredti assenjati għal
2 L.S.327.112 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN POLITICAL 
STUDIES - DIP. POL. ST.
kull taqsima, għandu jkun approvat mill-Bord u
ppubb1ikat qabel il-bidu ta’ kull semestru.
(b) Xi taqsimiet studju jistgħu jiġu indikati bħala
obbilgatorji u oħrajn bħala fakultattivi.
(ċ) Xi taqsimiet studju jistgħu jinvolvu xogħol ta’ ħidma
fuq il-post li jkun iggwidat. L-istudenti jistgħu jkunu
meħtieġa jissottomettu rapporti bil-miktub dwar il-
ħidma tagħhom fuq il-post u dawn jiġu meqjusa bħala
parti essenzjali tal-kors u għalihom jkunu assenjati
kredti.
Valutazzjoni. 6. (1) F’kull semestru tal-kors l-istudenti għandhom jkunu
eżaminati fit-taqsimiet studju li jkunu għamlu f’dak is-semestru
skond il-kriterji stabbiiiti mill-Bord.
(2) Il-gradi li ġejjin għandhom jintużaw fil-valutazzjoni tat-
taqsimiet studju: A, B, C, D u F, f’ordni mill-ogħla sa l-inqas
mertu, fejn F turi li weħel.
(3) Student li jeħel f’xi taqsima studju jista’ jitħalla jagħmel it-
test mill-ġdid jew jirrepeti t-taqsima studju kollha. Student jista’
jitħalla jirrepeti xi taqsima studju darba biss. F’dawn il-każijiet l-
ogħla grad li kandidat jista’ jġib hu ta’ D.
Il-proġett 
individwali.
Emendat:
A.L. 52 ta’ l-2003.
7. (1) Kull student għandu jkun meħtieġ jikteb essay ta’
madwar 5,000 kelma, li għalih tliet kredti huma assenjati, fuq
suġġett approvat maħsub biex juri kemm l-student hu kapaċi
jintegra d-diversi aspetti tal-kors ta’ studju.
(2) L-essay għandu jiġi sottomess xahrejn qabel it-tmiem ta’ l-
eżamijiet finali.
L-eżamijiet finali. 8. (1) Eżamijiet komprensivi bil-miktub għandhom isiru fit-
tmiem tal-kors. Dawk l-istudenti biss li jiksbu mill-inqas 20 kredtu
għandhom jitħallew jidħlu għall-eżamijiet.
(2) L-istudenti jistgħu jkunu meħtieġa joqogħdu wkoll għal
eżami viva voce.
Gradi finali. 9. (1) Il-gradi finali għandhom ikunu bbażati fuq it-taqsimiet
studju, l-essay u l-eżamijiet finali.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jkunu kkwalifikaw għad-
Diploma għandhom ikunu ppubblikati f’ordni alfabetiku fil-
kategoriji:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
(3) Student ma jingħatax id-Diploma jekk ma jgħaddix minn
kull parti tal-kors ta’ studju (jiġifieri, fit-testijiet, fl-essay u fl-
eżamijiet finali).
