KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS.) - IN EUROPEAN STUDIES ġ L.S.327.113 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.113
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - B.A. (HONS.) - 
IN EUROPEAN STUDIES
13 ta’ Frar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 51 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviż Legali 78 ta’ l-
2000.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) - B.A. (Hons.) - in
European Studies.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord taċ-Ċentru għad-Dokumentazzjoni u
Riċerka Ewropea;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) - B.A.
(Hons) - in European Studies;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 78 ta’ l-2000.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw minn Mejju
2000 ’il quddiem.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikun eliġibbli għall-għotja tal-Grad student għandu
jkun:
(a) temm il-kors ta’ l-istudji mfassal għalhekk;
(b) ikkwalifika fl-eżamijiet rilevanti; u
(ċ) issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti jew fi statuti u regolamenti oħra rilevanti.
Ir-rekwiżiti għad-
dħul.
4. (1) Kandidat jista’ jkun reġistrat għall-kors jekk ikun:
(a) irreġistrat bħala student regolari skond ir-Regolamenti
għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) kiseb Grad B jew aħjar fil-valutazzjoni globali fl-
Istudji Ewropej meħuda fl-Ewwel Parti tal-kors għall-
B.A. in European Studies skond ir-regolamenti
rilevanti għal dak il-kors; u
(ċ) kiseb Grad D jew aħjar fil-valutazzjoni globali ta’ l-
oqsma ta’ studju l-oħra kollha ta’ l-Ewwel Parti tal-
kors għall-B.A. in European Studies.
(2) Student jista’ jitħalla jerġa’ jirreġistra u jkompli
proviżorjament għal kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Grad jekk
jissodisfa s-subregolament (1) imma jkun għad jonqsu mhux aktar
minn erbgħa mill-kredti meħtieġa, jew mhux aktar minn sitta jekk
hu jkun għamel żjara ta’ studju twila barra minn Malta,
f’istituzzjoni oħra ta’ edukazzjoni terzjarja, sakemm iż-żjara tkun
magħrufa uffiċjalment mill-Bord u hu jikseb il-kredti meħtieġa
2 L.S.327.113 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS.) - IN EUROPEAN STUDIES
qabel ma jaghmel l-eżamijiet finali.
(3) Normalment student ikun meħtieġ ikompli minnufih, wara
r-reġistrazzjoni mill-ġdid, mill-Ewwel Parti tal-kors għall-B.A. in
European Studies u fl-ebda każ ma jitħalla jidħol fil-kors jekk
jgħaddu aktar minn tliet snin mit-tmiem ta’ l-Ewwel Parti tal-kors
għall-B.A. in European Studies, ħlief bil-permess tas-Senat.
Il-kors ta’ l-istudji. 5. (1) Il-kors normalment jinfirex fuq perijodu ta’ sentejn
akkademiċi.
(2) Student ma jistax jagħmel l-eżamijiet finali qabel sentejn
akkademiċi jew aktar tard minn tliet snin akkademiċi mill-ewwel
dħul tiegħu fil-kors ħlief bil-permess tas-Senat.
(3) Il-kors ta’ l-istudji għandu jikkonsisti f’numru ta’ taqsimiet
studju li għalihom ma għandhomx jingħataw inqas minn 44 kredtu.
(4) Dawn il-kredti għandhom jikkonsistu f’dan li ġej:
24 kredtu fl-Istudji Ewropej;
6 kredti f’Lingwa Ewropea jew fl-Istudji Ewropej;
6 kredti fakultativi;
8 kredti għal dissertazzjoni.
(5) L-istudenti għandhom ikunu mħeġġa sabiex isiru
profiċjenti f’lingwa oħra Ewropea ta’ l-għażla tagħhom barra minn
dawk li huma diġà  jafu sew iżda preferibilment il-Franċiż, sakemm
ma jkunux għażlu din il-lingwa Ewropea bħala qasam ewlieni jew
sekondarju ta’ studju ieħor, f’liema każ dan ir-rekwiżit ma
jenħtieġx. Jekk il-Bord jagħmel l-arranġamenti meħtieġa mad-
dipartiment konċernat, sitt kredti għandhom ikunu allokati għall-
profiċjenza fil-lingwa. F’każ ieħor l-istudenti għandhom jiksbu sitt
kredti oħra fl-Istudji Ewropej.
(6) Taqsima studju tista’ tinkludi, jew tkun tikkonsisti kollha
kemm hi, f’ħidma ggwidata fuq il-post f’dawk l-oqsma ta’ studju
fejn dan huwa xieraq. Student li jieħu taqsima studju bħal din
għandu jkun meħtieġ jissottometti rapport bil-miktub fuq il-ħidma
fuq il-post li għamel.
(7) Qabel il-bidu ta’ kull sena akkademika katalogu ta’
taqsimiet studju u tal-kredti assenjati għal kull taqsima studju
għandu jkun ippubblikat mill-Bord.
(8) Il-katalogu għandu jagħti dettalji tat-taqsimiet studju fl-
Istudji Ewropej.
(9) Ċertifikat ta’ kredtu għandu jkun mogħti lil student li
jtemm taqsima studju b’suċċess. Iċ-ċertifikat għandu juri wkoll il-
grad li jindika l-livell milħuq mill-istudent fix-xogħol magħmul
matul it-taqsima studju u f’test jew assignment li jsir fit-tmiem
tagħha. Il-metodu ta’ valutazzjoni għandu jkun fid-diskrezzjoni tal-
Bord ta’ l-Istudji maħtur mill-Bord. L-ebda kredtu ma għandu
jingħata għal taqsima studju mhux kompluta.
(10) Minkejja s-subregolament (1), student jista’ jitħalla
jirreġistra bħala student part-time, bl-approvazzjoni tal-Bord.
Huwa ma jkunx jista’ jagħmel l-eżamijiet finali qabel erba’ snin
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS.) - IN EUROPEAN STUDIES ġ L.S.327.113 3
akkademiċi u aktar tard minn sitt snin akkademiċi mill-ewwel dħul
tiegħu fil-kors ta’ l-istudji, ħlief bil-permess tas-Senat u bil-
modifikazzjoni meħtieġa għall-kondizzjonijiet rilevanti.
(11) Il-kredti għandhom jingħataw skond il-gradi li ġejjin
f’ordni li jibda mill-ogħla u jasal sa l-inqas mertu: A, B, C, D. F
tindika li weħel u I tindika li mhux komplut.
(12) Taqsima studju tista’ tiġi ggradata permezz ta’ test jew ta’
preżentazzjoni ta’ karta ta’ riċerka jew bit-tnejn. Fl-aħħar każ, il-
piż tal-karta ta’ riċerka għandu jkun ta’ 30 fil-mija u dak tat-test
għandu jkun ta’ 70 fil-mija.
(13) Student li ma jiksibx kredtu għal taqsima studju, billi
jonqos milli jġib marka ta’ kwalifika fit-test jew fil-karta ta’
riċerka jew globalment jekk it-tnejn jintużaw bħala metodu ta’
valutazzjoni, normalment għandu jitħalla jagħmel riparatorju darba
biss u, jekk ikun hemm bżonn, jerġa’ jsegwi t-taqsima studju mill-
ġdid darba biss. F’dan il-każ il-valutazzjoni għandha tiġi ggradata
bħala D jew li Weħel.
L-eżamijiet finali.
Emendat:
A.L. 78 ta’ l-2000.
6. (1) Student għandu jkun meħtieġ joqgħod għall-eżamijiet
finali fit-tmiem tal-kors ta’ l-istudji wara li jtemm b’suċċess mill-
inqas tletin taqsima studju fiż-żmien preskritt.
(2) Meta jtemm il-kors ta’ l-istudji l-istudent għandu
jirreġistra għall-eżamijiet finali sa l-aħħar ta’ Marzu.
(3) Għal dawk it-taqsimiet studju li jisspiċċaw sew sew qabel
l-eżamijiet finali, kredti għandhom jingħataw lill-istudent fuq il-
bażi tal-livell milħuq minnu matul it-taqsimiet studju.
(4) Għall-valutazzjoni globali ta’ student għall-Grad għandu
jitqies il-livell milħuq minnu fl-eżamijiet finali kif ukoll il-gradi
miksuba matul il-kors ta’ l-istudji. L-istudent ma għandux jingħata
l-Grad jekk ma jġibx għallinqas il-grad Għadda fl-eżamijiet finali.
(5) L-eżamijiet finali għandu jkollhom ħamsin fil-mija tal-piż
għall-iggradar tar-riżultat finali. Il-ħamsin fil-mija l-oħra
għandhom ikunu kkalkulati fuq bażi tal-medja globali tal-kredti
miksuba matul il-kors.
(6) Fl-eżamijiet finali jingħataw erba’ karti fil-qasam ta’
studju. Jista’ jsir ukoll eżami viva voce.
(7) F’kull sena għandu jkun hemm sessjoni waħda biss ta’ l-
eżamijiet finali, li normalment issir f’Ġunju, u sessjoni
supplimentari f’Settembru.
(8) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-ghotja tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’ordni alfabetiku f’lista
maqsuma kif ġej:
L-Ewwel Klassi bl-Unuri
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi bl-Unuri.
(9) Għandha tiġi ppublikata wkoll lista ta’ dawk l-istudenti li,
minkejja li ma ġewx meqjusa li jistħoqqilhom Grad bl-Unuri, jiġu
4 L.S.327.113 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS.) - IN EUROPEAN STUDIES
kkunsidrati mill-eżaminaturi li għandhom mertu biżżejjed għal grad
li Għadda (B.A.).
(10) Student li jeħel f’xi karta jew karti ta’ l-eżamijiet finali
għandu jitħalla jagħmel riparatorju fil-karta/i li weħel darba biss
fis-sessjoni supplimentari, f’liema każ il-grad massimu li jista’
jingħata għandu jkun il-grad D.
(11) Student li jeħel fis-sessjoni supplimentari jista’ jitħalla
mill-Bord jerġa’ jagħti l-eżamijiet finali tal-kors fis-sessjoni li
jmiss taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord jista’ jimponi.
Disposizzjoni 
transitorja.
7. Studenti li rreġistraw għall-kors li jwassal għall-grad ta’
B.A. fil-Fakultà  ta’ l-Arti b’International Relations bħala qasam
ewlieni ta’ studju u li temmew l-Ewwel Parti ta’ dak il-kors jistgħu
jitħallew jittrasferixxu għat-Tieni Parti tal-kors.
