KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - M.A. - IN 
EUROPEAN STUDIES ġ L.S.327.114 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.114
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. - IN EUROPEAN STUDIES
13 ta’ Frar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 54 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviż Legali 145 ta’ l-
2001.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Arts - M.A. - in European Studies.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord taċ-Ċentru għad-Dokumentazzjoni u
Riċerka Ewropea;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Arts - M.A. - in European
Studies; u
" il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 145 ta’ l-
2001.
2. Dawn ir-regolamenti japplikaw għall-korsijiet li jibdew
f’Ottubru 2001 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikun eliġibhli għall-Grad student għandu:
(a) jkun reġistrat bħala student regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) jissodisfa kull rekwiżit ta’ kwalifika ieħor għad-dħul
fil-kors;
(ċ) jtemm il-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fl-eżamijiet u
jissodisfa kull rekwiżiti oħra preskritti f’dawn ir-
regolamenti; u
(d) jissodisfa kull rekwiżiti oħra preskritti f’xi statuti u
regolamenti oħra rilevanti ta’ l-Università .
Il-kwalifiki għad-
dħul.
4. Kandidati għad-dħul fil-kors għandu jkollhom waħda mill-
kwalifiki li ġejjin:
(a) grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) miksub b’mhux
inqas mit-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
fil-European Studies jew f’xi qasam ta’ studju ieħor
meqjus aċċettabbli mill-Bord; jew
(b) kwaliflki ekwivalenti minn l-Università  ta’ Malta jew
minn università  oħra magħrufa mis-Senat għal dan il-
għan,
sakemm kandidati li jkollhom grad ta’ Bachelor of Arts in Legal
and Humanistic Studies b’mhux inqas minn Kategorija IIA u
kandidati li jkollhom grad bl-Unuri bit-Tieni Klassi (Taqsima
Inferjuri) jistgħu jiddaħħlu wkoll iżda f’dawn il-każijiet biss wara
intervista, u jekk il-Bord ikun sodisfatt li l-kandidati jistgħu jsegwu
2 L.S.327.114 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - M.A. - IN 
EUROPEAN STUDIES
l-Kors b’suċċess. F’każijiet bħal dawn, il-Bord jista’ jeħtieġ li l-
kandidati jsegwu programm ta’ studji ta’ tħejjija u jgħaddu minn
eżami ta’ kwalifika qabel ir-reġistrazzjoni għall-kors jew li
jissodisfaw rekwiżiti addizzjonali matul il-kors.
It-tul tal-kors. 5. Il-kors għandu jinfirex fuq tnax-il xahar ta’ studju full-
time. Iżda l-istudenti jistgħu jgħażlu, bil-permess tal-Bord, li
jistudjaw għall-Grad fuq bażi part-time, f’liema każ il-kors għandu
jinfirex fuq erbgħa u għoxrin xahar ta’ studju part-time.
Il-kors ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 145 ta’ l-
2001.
6. (1) Il-kors għandu jkun offrut fil-European Studies fl-
oqsma tal-Politika, l-Ekonomija u l-Liġi kif determinat mill-Bord.
(2) Sabiex itemmu l-kors l-istudenti għandhom jiksbu mhux
inqas minn 30 kredtu skond dan li ġej: 20 kredtu għal taqsimiet
studju, li jinkludu 8 kredti f’qasam wieħed ta’ studju u 6 kredti
f’kull waħda miż-żewġ oqsma ta’ studju l-oħra. L-istudenti
għandhom ukoll jippreżentaw dissertazzjoni, li għaliha jiġu
mogħtija 10 kredti, u li għandha tkun f’waħda mill-oqsma ta’ studju
magħżula jew ta’ natura interdixxiplinari li tinkludi tnejn jew aktar
minn dawn l-oqsma ta’ studju.
(3) Katalogu tat-taqsimiet studju għal kull qasam ta’ studju u
tal-kredti assenjati għal kull taqsima studju għandu jkun
ippubblikat qabel il-bidu tal-kors.
(4) It-taqsimiet studju fil-Liġi għandhom ikunu determinati
mill-Bord mil-lista ta’ taqsimiet studju offruti fll-kors tal-Magister
Juris tal-Fakultà  tal-Ligi (fil-Liġi Ewropea u Komparattiva) u
ppublikati fil-katalogu tat-taqsimiet studju qabel il-bidu tal-kors.
(5) Meta jidħlu fil-kors l-istudenti għandhom ikunu meħtieġa
jagħżlu l-oqsma ta’ studju li bi ħsiebhom isegwu mill-oqsma ta’
studju offruti kif indikat fis-subregolament (1) u jirreġistraw għal
numru xieraq ta’ taqsimiet studju fl-oqsma ta’ studju magħżula, kif
ikun indikat fil-katalogu tat-taqsimiet studju ppublikat kif meħtieġ
fis-subregolament (3).
Il-valutazzjoni u l-
eżamijiet.
Emendat:
A.L. 145 ta’ l-
2001.
7. (1) Kull taqsima studju għandha tkun valutata permezz
tax-xogħol matul il-kors u permezz ta’ eżami li jsir fit-tmiem tas-
sena akkademika rilevanti. L-istudenti huma meħtieġa jgħaddu
mix-xogħol matul il-kors u mill-eżami.
(2) Il-kredti għal kull taqsima studju għandhom jingħataw
skond il-gradi li ġejjin f’ordni li jibda mill-ogħla sa l-inqas mertu:
A, B, C, D. F tindika li Weħel u I tindika li mhux komplet.
(3) Student li jeħel f’wieħed jew aktar mill-eżamijiet jew fix-
xogħol ta’ matul il-kors għandu jitħalla jerġa’ jagħmel l-eżami jew
jerġa’ jagħti x-xogħol ta’ matul il-kors għat-taqsima jew taqsimiet
studju li jkun weħel fihom darba biss. F’dawn il-każijiet l-ogħla
grad li jista’ jingħata huwa l-grad D. Student li ma jiksibx mill-
anqas 12 il-kredtu fl-ewwel sessjoni għandu jkun ikkunsidrat illi
weħel u ma għandux jitħalla jkompli l-kors.
(4) Il-marka finali għal kull taqsima studju għandha tingħata l-
piz kif ġej: 40% għax-xogħol matul il-kors u 60% għall-eżami.
Id-dissertazzjoni. 8. (1) Id-dissertazzjoni għandha tkun element obbligatorju
fil-kors.
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - M.A. - IN 
EUROPEAN STUDIES ġ L.S.327.114 3
(2) Id-dissertazzjoni għandha tkun ta’ bejn 25,000 u 30,000
kelma fit-tul fuq suġġett propost mill-istudent u approvat mill-
Bord. Għandha tipprovdi evidenza ta’ riċerka indipendenti u
għandha tikkostitwixxi kontribut oriġinali għas-suġġett.
(3) L-istudent għandu jippreżenta proposta bil-miktub dwar is-
suġġett tad-disertazzjoni mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidu
tal-kors. Studenti part-time għandhom jippreżentaw il-proposti
tagħhom mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidu tat-tieni sena tal-
kors.
(4) Malli l-proposta tad-dissertazzjoni tkun approvata l-
istudent għandu jkun assenjat superviżur li jinħatar mill-Bord.
(5) L-istudent għandu jissottometti d-dissertazzjoni tiegħu
mhux aktar tard minn tlett xhur wara li joqgħod għall-eżamijiet
imsemmija fir-regolament 7. Studenti part-time għandhom
jissottomettu d-dissertazzjoni tagħhom mhux aktar tard minn tlett
xhur wara l-eżamijiet tat-tieni sena tal-kors.
(6) Il-Bord jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħti lill-istudent
estensjoni tad-data tas-sottomissjoni msemmija fis-subregolament
(5) sa perijodu ta’ tliet xhur.
(7) Id-dissertazzjoni għandha tkun eżaminata minn Bord ta’ l-
Eżaminaturi maħtur mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(8) L-istudent għandu jissottometti erba’ kopji tad-
dissertazzjoni u jiddikjara bil-miktub li d-dissertazzjoni hija x-
xogħol tiegħu u li tikkonforma mas-subregolament (2).
(9) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jkun imsejjaħ miċ-
Chairman tiegħu biex jiddiskuti d-dissertazzjoni. L-istudent jista’
jkun meħtieġ jagħmel eżami viva voce sabiex jiddefendi d-
dissertazzjoni tiegħu.
(10) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ japprova d-dissertazzjoni.
Jista’ jitlob lill-istudent li jikkoreġiha jew jikteb id-dissertazzjoni
mill-ġdid fi żmien stabbilit jew jista’ ma’ jaċċettax id-
dissertazzjoni kompletament.
(11) Student li d-dissertazzjoni tiegħu ma tiġix aċċettata jew li
t-tibdiliet jew il-kitba mill-ġdid ma jkunux meqjusa tajba biżżejjed
jew li ma ssottomettiex id-dissertazzjoni fiż-żmien stabbilit ma
għandux jingħata l-Grad.
(12) Student li għandu jagħmel xi tibdiliet fid-dissertazzjoni
skond is-subregolament (10) għandu, wara li jtemm id-
dissertazzjoni kif meħtieġ, jerġa’ jissottometti erba’ kopji tad-
dissertazzjoni bil-qxur iebsin lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi fi żmien
tmien ġimgħat minn meta jiġi notifikat bit-tibdiliet li għandhom
isiru.
(13) L-istudenti li jgħaddu għandhom ikunu meħtieġa
jissottomettu erba’ kopji tad-dissertazzjoni bi qxur iebsin liċ-
Ċentru għad-Dokumentazzjoni u Riċerka Ewropea.
Il-klassifikazzjoni 
u l-għotja tal-Grad.
Emendat:
A.L. 145 ta’ l-
2001.
9. (1) Ir-riżultat finali għandu jqis il-livell milħuq mill-
istudenti fit-taqsimiet studju u fid-dissertazzjoni, li għandhom
jingħataw piż skond l-għadd ta’ kredti mogħtija lilhom, kif indikat
fir-regolament 6(2).
4 L.S.327.114 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS - M.A. - IN 
EUROPEAN STUDIES
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jgħaddu għandhom ikunu
ppubblikati f’ordni alfabetiku u kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
