POSTGRADUATE DIPLOMA - DIP. HYD. - U GĦALL-GRAD 
TA’ MASTER OF SCIENCE - M.SC. - IN WATER STUDIES ġ L.S.327.116 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.116
REGOLAMENTI GĦALL-POSTGRADUATE 
DIPLOMA - DIP. HYD. - U GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE - M.SC. - IN WATER STUDIES
20 ta’ Frar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 63 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Postgraduate Diploma - Dip. Hyd. - u għall-Grad ta’
Master of Science - M.Sc. - in Water Studies.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xorta’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur mis-Senat fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istitut tal-Mediterran għall-
għanijiet ta’ dawn ir-regolamenti;
"id-Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in Water Studies -
Dip. Hyd.;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Science in Water Studies -
M.Sc.; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma jew għall-Grad.
Applikabilità .
f’Ottubru 1993.
Kwalifiki għad-
dħul.
3. Kandidat ikun eliġibbli biex jirreġistra għall-kors jekk hu:
(a) ikun kiseb l-ewwel grad b’mill-anqas it-tieni
kategorija f’suġġett adattat mill-Università  jew grad
ekwivalenti minn università  ta’ barra magħrufa mis-
Senat għal dan il-għan; jew
(b) jissodisfa id-disposizzjonijiet tar-regolament
2.2(a)(iii) tar-Regolamenti għad-Dħul u jkollu livell
eċċezzjonali ta’ esperjenza fil-qasam ta’ l-idroloġija.
Il-kors ta’ l-istudji.
ġejjin:
Modulu 1: 5 Taqsimiet Studju b’Orjentament Individwali
Modulu 2: 9 Taqsimiet Studju Individwali fuq Bażi ta’ għerf
Modulu 3: 4 Taqsimiet Studju Individwali ta’ għerf Integrat
Modulu 4: 2 Workshops Individwali.
(2) Normalment kull taqsima studju għandha tkun magħmula
minn 14-il konferenza ta’ siegħa-il wahda, flimkien ma’ 16-il
siegħa ta’ prattika li jistgħu jieħdu l-forma ta’ tutorials, xogħol
f’laboratorju u f’ħidma fuq il-post, u/jew assenjamenti.
(3) Modulu 1 - Taqsimiet Studju b’Orjentament Individwali:
Dawn it-taqsimiet studju huma maħsuba sabiex jgħinu lil studenti li
2 L.S.327.116 ħ
POSTGRADUATE DIPLOMA - DIP. HYD. - U GĦALL-GRAD 
TA’ MASTER OF SCIENCE - M.SC. - IN WATER STUDIES
ġejjin minn speċjalizzazzjonijiet akkademiċi differenti biex jilħqu
livell essenżjali ta’ tagħrif biex ikunu jistgħu jsegwu l-kors proprju.
(4) Valutazzjoni ta’ l-isfond akkademiku ta’ kull student
għandha issir fiż-żmien tad-dħul fil-kors u kull student għandu
jingħata parir dwar liema Taqsimiet Studju b’Orjentament
Individwali jkun meħtieġ jattendi.
(5) Modulu 2 - Taqsimiet Studju Individwali fuq Bażi ta’
għerf: L-għan ta’ dan il-modulu hu li jagħti firxa wiesa’ ta’
taqsimiet studju li jwasslu għal komprensjoni ta’ l-idroloġija.
(6) Modulu 3 - Taqsimiet Studju Individwali ta’ Għerf
Integrat: Dawn it-taqsimiet studju għandhom l-għan li juru l-metodi
interdixxiplinarji li huma meħtieġa sabiex jilqgħu għall-isfidi tal-
preżent u tal-futur fil-Water Studies.
(7) Modulu 4 - Workshops Individwali: It-tema ċentrali ta’ dan
il-modulu għandha tkun t-tiswir ta’ strateġiji għall-Water
Resources Capacity Building. Kull workshop individwali għandu
jindirizza kwistjoni jew kwistjonijiet fl-Integrated Resource
Management. Fejn ikun japplika, jiġi muri l-użu ta’ Sistemi ta’
Management ta’ l-Informazzjoni.
(8) Il-Bord għandu jfassal katalogu ta’ taqsimiet studju u l-
kredti assenjati lil kull waħda. Il-Bord jista’ jemenda dan il-
katalogu minn żmien għall-żmien kif ikun meħtieġ, sakemm dan
isir qabel il-bidu tas-sena akkademika.
Il-valutazzjoni. 5. (1) L-ewwel valutazzjoni tal-progress għandha issir
permezz ta’ test bil-miktub fi tmiem Modulu l. Student li ma
jgħaddix minn dan it-test bil-miktub għandu jkun meħtieġ joqgħod
għal eżami viva voce.
(2) L-ebda kredti ma għandhom jingħataw għat-Taqsimiet
Studju ta’ Orjentament Individwali, iżda t-tmiem b’suċċess ta’
Modulu 1 għandu jitqies bħala prerekwiżit sabiex jitkompla l-kors.
(3) It-taqsimiet studju f’Moduli 2 u 3 għandhom ikunu valutati
individwalment skond il-progress milħuq permezz ta’ assenjamenti
u/jew test bil-miktub. Il-Modulu 4 għandu jkun valutat fuq il-bażi
ta’ essay ta’ bejn 4,000 u 6,000 kelma fuq suġġett approvat li jkun
sar waqt Workshop.
(4) Fil-valutazzjoni ta’ taqsimiet studju individwali l-gradi ta’
l-istudenti li jgħaddu għandhom jingħataw fuq skala minn A sa D,
fejn A hija l-ogħla marka. F tindika li Weħel.
(5) Student li jeħel f’Taqsima Studju b’Orjentament
Individwali jista’ jitħalla joqgħod għat-tieni valutazzjoni.
(6) Il-valutazzjoni ġenerali tal-moduli rispettivi għandha ssir
mill-Koordinatur tal-kors b’konsultazzjoni mal-letturi rispettivi li
għallmu, u, meta xieraq, ma’ letturi oħra skond kif ikun stabbilit
mill-Bord.
Kors għall-
Postgraduate 
Diploma.
6. (1) Il-kors li jwassal għad-Diploma għandu jintemm
f’żewġ semestri ta’ studju fuq bażi full-time jew l-ekwivalenti
tagħhom fuq bażi part-time. Il-kors normalment għandu jestendi
minn Ottubru sa Ġunju.
POSTGRADUATE DIPLOMA - DIP. HYD. - U GĦALL-GRAD 
TA’ MASTER OF SCIENCE - M.SC. - IN WATER STUDIES ġ L.S.327.116 3
(2) Biex jingħata d-Diploma student għandu jkun meħtieġ
jikseb:
(a) 9 kredti għal Taqsimiet Studju ta’ Tagħrif Bażiku
f’Modulu 2;
(b) 2 kredti għal Taqsimiet Studju ta’ Tagħrif Integrat
f’Modulu 3;
(ċ) kredtu għal essay ta’ bejn 4,000 u 6,000 kelma fuq
suġġett approvat mogħti waqt Workshop f’Modulu 4; u
(d) ta’ l-anqas ikun għadda fl-Eżamijiet Finali Sinottiċi.
(3) Il-livell milħuq mill-istudenti għandu jingħata l-piż kif ġej:
Modulu 2: 40%
Modulu 3: 15%
Modulu 4: 10%
L-Eżamijiet Finali Sinottiċi 35%
(4) Ir-riżultati finali għandhom ikunu indikati b’gradi minn A
sa D, A bħala l-ogħla grad u murija bħala għadda b’Distinzjoni.
Il-kors għall-Grad 
ta’ Master.
8. (1) Student ikun eliġibbli biex jirreġistra għall-kors li
jwassal għall-Grad jekk iġib grad ġenerali ta’ A jew B fil-kors li
jwassal għad-Diploma. F’dan il-każ, l-istudent għandu normalment
ikun meħtieġ jirreġistra għall-kors li jwassal għall-Grad fi żmien
tliet xhur mill-pubblikazzjoni tar-riżultati finali tal-kors li jwassal
għad-Diploma.
(2) Student li jiġi aċċettat fil-kors li jwassal għall-Grad għandu
jkun meħtieġ:
(a) jirreġistra u jtemm b’suċċess il-bqija tat-taqsimiet
studju f’Modulu 3 li għandhom isiru matul it-tielet
semestru ta’ studju full-time; u
(b) jikteb dissertazzjoni fuq proġett ta’ riċerka oriġinali.
(3) Meta jirreġistraw għall-kors li jwassal għall-Grad l-
istudenti għandhom jagħtu t-titolu propost tad-dissertazzjoni
tagħhom u sunt tar-riċerka li se ssir għall-għan tad-dissertazzjoni.
Il-proġett għandu jkun approvat mill-Bord li għandu wkoll
jinnomina superviżur għal kull student.
(4) Id-dissertazzjoni għanda tiġbor ir-riżultati tal-proġett ta’
riċerka kritika tal-letteratura rilevanti u analiżi kritika tar-riżultati.
Id-dissertazzjoni ma tridx tkun ta’ anqas minn 10,000 kelma u
normalment għandha tiġi sottomessa fi tmiem it-tielet semestru,
iżda fl-ebda każ aktar tard minn tmintax-il xahar minn meta jiġi
aċċettat it-titolu tagħha. L-istudenti jistgħu jagħmlu l-proġett ta’
riċerka u jtemmu l-kitba tad-dissertazzjoni fil-pajjiz rispettiv
tagħhom.
(5) Il-Bord għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lis-Senat
dwar il-ħatra tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi għad-dissertazzjonijiet.
(6) Jekk id-dissertazzjoni ma tilħaqx il-livell meħtieġ l-
istudent jista’ jkun meħtieġ jemendaha u jerġa’ jissottomettiha
f’perijodu ta’ mhux aktar minn sena. Student jista’ jkun meħtieġ
4 L.S.327.116 ħ
POSTGRADUATE DIPLOMA - DIP. HYD. - U GĦALL-GRAD 
TA’ MASTER OF SCIENCE - M.SC. - IN WATER STUDIES
jiddefendi d-dissertazzjoni tiegħu waqt eżami viva voce.
Il-klassifikazzjoni 
u l-għotja tal-Grad.
9. (1) Il-livell milħuq mill-istudenti fil-kors li jwassal għall-
Grad għandu jingħata l-piż kif ġej:
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jgħaddu għandhom ikunu
ppublikati f’ordni alfabetiku u kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
Ir-riżultati miksuba fil-kors li jwassal għad-
Diploma 50%
Modulu 3: 2 taqsimiet studju li jifdal 10%
Id-dissertazzjoni 40%.
