KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SCIENCE (HONOURS) - B.SC. (HONS.) ġ L.S.327.118 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.118
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SCIENCE (HONOURS) -
B.SC. (HONS.)
24 ta’ Frar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 69 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 102 u 181
ta’ l-1998, 43 ta’ l-2000, 140 ta’ l-2001, 301 ta’ l-2002 u 169 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Emendat:
A.L. 102 ta’ l-
1998.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti tal-
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Science (Honours) - B.Sc. (Hons).
(2) F’dawn ir-regolamenti, sakemm ir-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  tax-Xjenza;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Science (Honours) -
B.Sc. (Hons);
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Bachelor of
Science (Honours) - B.Sc. (Hons);
"it-taqsima studju" tfisser taqsima studju li tista’ tkun magħmula
minn tlaqqigħ ta’ konferenzi, seminars, sessjonijiet tutorjali,
xogħol fil-laboratorju, ħidma fuq il-post u studju individwali li
għaliha kredtu jew aktar għandu jkun assenjat; taqsima studju ta’
kredtu għandha teħtieġ madwar ħamsin siegħa ta’ studju, li
minnhom erbatax għandhom normalment jinvolvu kuntatt bejn l-
istudent u l-lettur.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 102 ta’ l-
1998;
A.L. 181 ta’ l-
1998;
A.L. 43 ta’ l-2000;
A.L. 140 ta’ l-
2001;
A.L. 301 ta’ l-
2002;
A.L. 169 ta’ l-
2003.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw mit-13 ta’
Diċembru, 2002 ’il quddiem.
Eliġibilità  għall-
Grad.
Emendat:
A.L. 102 ta’ l-
1998.
3. Biex ikun eliġibbli għall-Grad student għandu:
(a) jkun reġistrat bħala student regolari fil-kors skond it-
termini tar-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) jtemm il-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fl-eżamijiet u
jissodisfa kull rekwiżit ieħor kif preskritt f’dawn ir-
Regolamenti;
(ċ) jissodisfa kull rekwiżit ieħor preskritt f’xi Statuti u
Regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
2 L.S.327.118 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SCIENCE (HONOURS) - B.SC. (HONS.)
Reġistrazzjoni u 
rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
Emendat:
A.L. 102 ta’ l-
1998;
A.L. 181 ta’ l-
1998.
4. (1) Biex ikun reġistrat bħala student regolari fil-kors
kandidat għandu, minbarra li jissodisfa r-rekwiżiti ġenerali għad-
dħul kif imniżżlin fir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ,
jissodisfa r-rekwiżiti speċjali għall-kors li ġejjin:
għall-korsijiet mibdija f’Ottubru 1999 jew wara:
Qasam Ewlieni fit-Tieni Jgħaddi mill-Eżami għaċ-
Parti Ċertifikat tal-Matrikola, jew
ekwivalenti, fil-:
Bioloġija Bioloġija (Avanzata, grad Ċ)
u Kimika (Intermedja, grad Ċ)
Kimika Kimika (Avanzata, grad Ċ)
u Fiżika (Intermedja grad Ċ)
Xjenza tal-Kompjuter jew Computing (Avanzata,
grad Ċ) u Matematika Pura
(Intermedja, grad Ċ),
jew Matematika Pura
(Avanzata, grad Ċ)
u Computing (Intermedju,
grad Ċ)
Informatika jew Matematika Pura
(Avanzata, grad Ċ),
jew Computing jew Information
Technology (Avanzat, grad Ċ)
u Matematika Pura
(Intermedja, grad Ċ)
Matematika Matematika Pura (Avanzata,
grad Ċ)
Statistics and Operations Matematika Pura (Avanzata,
Research grad Ċ)
jew Matematika Applikata
(Avanzata, grad Ċ)
jew Computing jew Information
Technology (Avanzat, grad Ċ)
u Matematika Pura
(Avanzata, grad D)
jew Computing jew Information
Technology (Avanzat, grad Ċ)
u Matematika Applikata
(Avanzata, grad D)
Fiżika jew Fiżika (Avanzata, grad Ċ)
u Matematika Pura
(Intermedja, grad Ċ)
jew Matematika Pura
(Avanzata, grad Ċ) u
Fiżika (Intermedja, grad Ċ).
(2) Kandidat, li huwa gradwat ta’ Università  jew għandu
kwalifiki oħra meqjusa suffiċjenti, jista’ jiġi eżentat mill-Bord tad-
Dħul ta’ l-Università , fuq il-parir tal-Kumitat tad-Dħul tal-Fakultà ,
minn parti jew mir-rekwiżiti speċjali għall-kors kollha.
(3) Meta jirreġistraw il-kandidati huma meħtieġa jindikaw
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SCIENCE (HONOURS) - B.SC. (HONS.) ġ L.S.327.118 3
għażla preliminari taż-żewġ oqsma ewlenin ta’ studju li bi
ħsiebhom isegwu fit-Tieni Parti tal-kors.
Struttura tal-kors.
Sostitwit:
A.L. 102 ta’ l-
1998.
Emendat:
A.L. 43 ta’ l-2000;
A.L. 140 ta’ l-
2001.
5. (1) Il-kors għandu normalment jinfirex fuq perijodu ta’
erba’ snin ta’ studju fuq bażi full-time, u għandu jkun imqassam
f’żewġ partijiet: l-Ewwel Parti u t-Tieni Parti. Kull parti għandha
tieħu sentejn. Kull sena tal-kors għandha tikkonsisti f’żewġ
semestri ta’ studju.
(2) Fl-ewwel sena taqsimiet studju jistgħu jkunu offruti fl-
oqsma ewlenin ta’ studju li ġejjin: il-Biologija, il-Kimika, ix-
Xjenza tal-Kompjuter, l-Informatika, il-Matematika, Statistics and
Operations Research, u l-Fiżika.
(3) Sa l-aħħar tat-tieni sena, l-istudenti għandhom
jikkonfermaw l-għażla taż-żewġ oqsma ewlenin ta’ studju li sejrin
isegwu fit-Tieni Parti tal-kors. Fit-tielet u fir-raba’ sena (it-Tieni
Parti) l-istudenti għandhom jikkonċentraw fuq l-oqsma ewlenin ta’
studju magħżula kif imniżżel fis-subregolament (5).
(4) Il-Bord jista’ jillimita l-possibilità  ta’ tlaqqigħ taż-żewġ
oqsma ewlenin ta’ studju. Ix-Xjenza tal-Kompjuter u l-Informatika
ma jistgħux jintgħażlu flimkien.
(5) L-istudenti għandhom jieħdu numru ta’ taqsimiet studju
ekwivalenti għal minimu ta’ 101 kredtu kif ġej:
(a) fl-ewwel sena, tmienja u għoxrin kredtu: erbatax-il
kredtu f’xi wieħed mill-oqsma ewlenin ta’ studju,
għaxar kredti oħra minn grupp ta’ taqsimiet studju kif
avżat mill-Bord, liema taqsimiet studju għandhom
jinkludu żewġ kredti għal xogħol prattiku f’kull
wieħed mill-oqsma ewlenin ta’ studju, fejn xieraq, kif
ukoll erba’ kredti oħra, li wieħed minnhom jista’ jkun
kredtu extra-kurrikulari, li għandhom jintagħżlu mit-
taqsimiet studju offruti minn xi fakultà /istitut ta’ l-
Università , sakemm ikollhom l-approvazzjoni tal-
Bord;
(b) fit-tieni sena, sitta u għoxrin kredtu: sitt kredti għal
taqsimiet studju minn kull wieħed miż-żewġ oqsma
ewlenin ta’ studju, għaxar kredti oħra minn grupp ta’
taqsimiet studju kif avżat mill-Bord, liema kredti
għandhom jinkludu, fejn xieraq, żewġ kredti għal
xogħol prattiku f’kull wieħed mill-oqsma ewlenin ta’
studju kif determinat mill-Bord, u erba’ kredti oħra, li
wieħed minnhom jista’ jkun kredtu extra-kurrikulari, li
għandhom jintgħażlu minn taqsimiet studju offruti
minn xi dipartiment fil-Fakultà  tax-Xjenza, iżda għall-
korsijiet li bdew f’Ottubru 1997 jew wara, ix-xogħol
prattiku f’kull wieħed miż-żewġ oqsma ewlenin ta’
studju għandu jkun assenjat tliet kredti;
(ċ) fit-tielet sena, ħamsa u għoxrin kredtu: minimu ta’
ħdax-il kredtu mit-taqsimiet studju tat-Tieni Parti
f’kull wieħed mill-oqsma ewlenin ta’ studju, li
jinkludu, fejn xieraq, mhux inqas minn tliet kredti
għax-xogħol prattiku assenjat, u l-kredti li jifdal
għandhom ikunu magħżula minn fost it-taqsimiet
4 L.S.327.118 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SCIENCE (HONOURS) - B.SC. (HONS.)
studju ta’ xi qasam ewlieni ta’ studju bl-approvazzjoni
tal-Bord; u
(d) fir-raba’ sena, tnejn u għoxrin kredtu: għaxar kredti
assenjati għal proġett elettiv f’wieħed mill-oqsma
ewlenin ta’ studju kif approvat mid-dipartiment
rilevanti u tnax-il kredtu ieħor mit-taqsimiet studju tat-
Tieni Parti, sakemm kull dipartiment ta’ l-oqsma
ewlenin ta’ studju jispeċifika sitta minn dawn il-kredti.
(6) Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju għal
kull sena tal-kors. Il-katalogu għandu jindika l-kredti assenjati għal
kull taqsima studju liema taqsimiet studju huma obbligatorji, u
liema taqsimiet studju huma rakkomandati bħala pre-rekwiżiti għal
taqsimiet studju oħra. Il-Bord għandu jippubblika l-katalogu qabel
il-bidu ta’ kull sena akkademika.
(7) Il-Bord jista’ jeżenta student mir-rekwiżit li jikseb kredtu
jew kredti għal taqsima studju jekk hu jkun kiseb mill-Università ,
jew minn istituzzjoni magħrufa mis-Senat għal dan il-għan,
kwalifika li l-istudju għaliha hu, fil-fehma tal-Bord, mill-anqas
ekwivalenti fil-kontenut u fil-livell għal dawk meħtieġa għat-
taqsima studju konċernata.
(8) Student ma jistax itemm il-kors qabel erba’ snin jew wara
ħames snin mill-ewwel reġistrazzjoni, ħlief f’ċirkostanzi speċjali
bil-permess tas-Senat, li jimxi fuq il-parir tal-Bord.
Valutazzjoni u 
progress.
Emendat:
A.L. 102 ta’ l-
1998;
A.L. 181 ta’ l-
1998;
A.L. 43 ta’ l-2000;
A.L. 140 ta’ l-
2001;
A.L. 301 ta’ l-
2002;
A.L. 169 ta’ l-
2003.
6. (1) (a) Il-gradi għall-kredti għandhom jingħataw skond il-
livell milħuq mill-istudent fix-xogħol matul il-kors, u
fit-testijiet orali u bil-miktub, kif meqjus xieraq mid-
dipartiment responsabbli, bl-approvazzjoni tal-Bord.
(b) Għandu jkun hemm Bord ta’ Valutazzjoni għal kull
suġġett li jrid ikun valutat, li normalment għandu jkun
magħmul mill-kap tad-dipartiment bħala chairman u
minn żewġ assessuri oħra, sakemm il-Bord jista’ jżid
in-numru ta’ l-assessuri f’xi suġġett. Ir-regolamenti li
jirreferu għall-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi fir-
Regolamenti għall-Eżamijiet ta’ l-Università
għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Bordijiet
ta’ Valutazzjoni.
(2) Il-kredti għandhom jingħataw skond il-gradi li ġejjin
f’ordni li jibda mill-ogħla sa l-anqas mertu: A, B, C, D u F, fejn F
tindika li l-istudent weħel, iżda għal korsijiet li bdew f’Ottubru
1996 jew wara, il-kredti għandhom jingħataw skond il-gradi li
ġejjin f’ordni li jibda mill-ogħla sa l-anqas mertu: A+, A, B+, B,
C+, C, D+, D. I tindika li mhux komplet u F tindika li weħel.
(3) Student li jeħel f’test orali jew bil-miktub ta’ taqsima
studju jista’ jerġa’ jkun valutat f’dik it-taqsima studju darba biss.
Fl-evalwazzjoni mill-ġdid, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-
grad D. Ħlief fil-każ’ ripetizzjoni ta’ sena, l-ebda taqsima studju
ma tista’ tittieħed aktar minn darba.
(4) Fl-ewwel tliet snin tal-kors, it-taqsimiet studju mitmuma
f’semestru għandhom ikunu valutati fi tmiem dak is-semestru. Fir-
raba’ sena, it-taqsimiet studju kollha għandhom normalment ikunu
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SCIENCE (HONOURS) - B.SC. (HONS.) ġ L.S.327.118 5
valutati fis-sessjoni ta’ l-eżamijiet ta’ Ġunju. Sessjoni ta’
valutazzjoni supplimentari għandha ssir biss f’Settembru.
(5) L-istudenti għandhom jiksbu l-kredti kollha assenjati għax-
xogħol prattiku matul il-kors.
(6) Fit-tmiem ta’ l-ewwel sena, u biex ikompli għat-tieni sena,
student għandu jikseb mhux anqas minn erbgħa u għoxrin kredtu
magħmula minn minimu ta’ seba’ kredti f’kull wieħed mill-oqsma
ewlenin ta’ studju, inklużi xi kredti obbligatorji, u għaxar kredti
oħra. Sabiex ikun eliġibbli għall-valutazzjoni mill-ġdid ta’
taqsimiet studju li fihom ikun weħel, student għandu jikseb minimu
ta’ għoxrin kredtu fl-ewwel sessjoni.
(7) Fit-tmiem tat-tieni sena, u biex ikompli għat-tielet sena,
student għandu jikseb mhux anqas minn erbgħa u għoxrin kredtu.
Biex ikun eliġibbli għall-valutazzjoni mill-ġdid fit-taqsimiet studju
li weħel fihom, l-istudent irid ikun kiseb minimu ta’ tnejn u
għoxrin kredtu fl-ewwel sessjoni.
(8) Student li ma jissodisfax ir-rekwiżiti biex ikompli għas-
sena ta’ wara tal-kors għandu jitħalla jirrepeti l-programm ta’
studju għas-sena, sakemm ma jkunx diġà  irrepeta sena matul il-
kors, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali bl-approvazzjoni tas-Senat.
(9) Student li jitħalla jirrepeti sena jista’, fid-diskrezzjoni tal-
Bord, ikun eżentat milli jerġa’ jkun valutat fit-taqsimiet studju li
għalihom hu kien ġab kredtu matul is-sena li weħel fiha.
(10) Student li jitħalla jirrepeti sena għandu, jekk jgħaddi mit-
testijiet rispettivi, jingħata biss il-grad minimu D għal kull taqsima
studju li ma temmx b’suċċess fis-sena li weħel.
(11) Student għandu jitħalla jkompli għat-Tieni Parti sakemm
ikun ġab minimu ta’ tmienja u erbgħin mill-erbgħa u ħamsin kredtu
stipulati fir-regolament 5(5)(a) u (b), li għandhom jinkludu dawk
il-kredti kollha li huma meqjusa obbligatorji mill-Bord.
(12) Mat-tmiem tat-tielet sena, u sabiex ikompli għar-raba’
sena, student għandu jikseb minimu ta’ tnejn u għoxrin kredtu li
jinkludu l-kredti kollha assenjati għax-xogħol prattiku.
(13) Student li jonqos li jissodisfa lill-eżaminaturi fix-xogħol
prattiku fit-tielet sena jista’, fid-diskrezzjoni tal-Bord, jitħalla
jerġa’ jissottometti x-xogħol jew itemm xi xogħol jew xogħlijiet
oħra sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Settembru ta’ dik is-sena.
Jekk jgħaddi, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D. Jekk
jeħel, l-istudent ikun weħel mill-kors irrispettivament mill-livell
milħuq minnu fil-karti bil-miktub, sakemm m’għadx għandu l-
possibiltà  li jirrepeti s-sena u jagħżel li jagħmel dan.
(14) Biex ikun eliġibbli għall-valutazzjoni mill-ġdid fit-
taqsimiet studju li jkun weħel fihom, student għandu jikseb mill-
inqas għoxrin kredtu fl-oqsma ewlenin ta’ studju, li jinkludu l-
kredti kollha assenjati għal xogħol prattiku. Jekk wara r-riparatorji
l-istudent xorta jonqos milli jissodisfa d-disposizzjonijiet tas-
subregolament (12), huwa jkun weħel mill-kors, sakemm m’għadx
għandu l-possibiltà  li jirrepeti s-sena u jagħżel li jagħmel dan.
(15) Fir-raba’ sena student għandu:
6 L.S.327.118 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SCIENCE (HONOURS) - B.SC. (HONS.)
(a) jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-elective; u
(b) jgħaddi mill-karti ta’ l-eżami bil-miktub li għandhom
jittestjaw il-materjal tat-taqsimiet studju tar-raba’ sena
fl-oqsma ewlenin ta’ studju.
(16) Ir-rekwiżiti msemmija fis-subregolament (15)(a) u (b)
għandhom ikunu meqjusa li jikkostitwixxu l-eżamijiet finali kollha
għall-kors.
(17) Student li jonqos li jissodisfa lill-eżaminaturi fl-elective
jista’, fid-diskrezzjoni tal-Bord, jitħalla jerġa’ jissottomettih
f’Settembru. Jekk jgħaddi, l-istudent għandu jingħata l-grad
minimu ta’ kwalifika għall-elective jiġifieri, 45%. Jekk jeħel, l-
istudent m’għandux jitħalla jirrepeti s-sena u għandu jingħata l-
grad għadda fil-Bachelor of Science - B.Sc., jekk ikun għadda mill-
eżamijiet finali.
(18) Għall-għanjiet tal-komponent bil-miktub mhux elettiv ta’ l-
eżami finali, student li jeħel minn taqsimiet studju li bejniethom
jikkontribwixxu mhux aktar minn żewġ kredti f’kull wieħed miż-
żewġ suġġetti prinċipali studjati fir-raba’ sena jistgħu jerġgħu jiġu
eżaminati f’Settembru. Jekk wara r-riparatorji l-istudent xorta jeħel
minn aktar minn kwalunkwe żewġ kredti, huwa jkun weħel mill-
eżami finali u ma jikkwalifikax għall-grad bl-Unuri. F’dan il-każ, l-
istudent jiġi mogħti grad ta’ Bachelor of Science bi klassifikazzjoni
Għadda - B.Sc. - sakemm ma jkunx fadallu l-possibiltà  li jirrepeti
sena u jagħżel li jagħmel hekk.
(19) Il-Bord jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħti lil student li
ma ssodisfax lill-eżaminaturi fil-komponent bil-miktub ta’ l-
eżamijiet finali u li diġà  irrepeta sena, il-klassifikazzjoni li Għadda
fil-grad ta’ Bachelor of Science (B.Sc.).
Riżultati u għoti 
tal-Grad.
Sostitwit:
A.L. 102 ta’ l-
1998.
7. (1) Il-Grad għandu jingħata lill-istudenti li jkunu:
(a) kisbu mhux anqas minn disgħin kredtu matul il-kors;
(b) temmew b’suċċess it-taqsimiet studju kollha indikati
bħala obbligatorji mill-Bord; u
(ċ) issodisfaw ir-rekwiżiti tal-parti bil-miktub ta’ l-
eżamijiet finali kif stipulat fir-regolament 6(18).
(2) Għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni finali għall-grad bl-
Unuri,  għandhom jitqiesu l-ahjar 101 kredtu miksuba kif preskritt
fir-regolament 5(5).
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti kollha li jikkwalifikaw għall-għoti
tal-Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
f’waħda mill-klassifikazzjonijiet li ġejjin, li tibda mill-ogħla mertu:
L-Ewwel Klassi bl-Unuri
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
It Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi bl-Unuri.
(4) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jingħataw il-grad li għaddew fil-
Bachelor of Science - B.Sc., għandhom ikunu ppubblikati f’lista
f’ordni alfabetiku.
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SCIENCE (HONOURS) - B.SC. (HONS.) ġ L.S.327.118 7
