KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ARTS - B.A. - IN EUROPEAN STUDIES ġ L.S.327.119 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.119
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ARTS - B.A. - IN EUROPEAN 
STUDIES
24 ta’ Frar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 70 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 236 ta’ l-
1998 u 77 ta’ l-2000.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Arts - B.A. - in European Studies.
(2) F’dawn ir-regolamenti, sakemm ir-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord taċ-Ċentru għad-Dokumentazzjoni u
Riċerka Ewropea;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Arts - B.A. - in European
Studies;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 236 ta’ l-
1998;
A.L. 77 ta’ l-2000.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw minn Mejju
2000 ’il quddiem.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikun eliġibbli għall-Grad student għandu jkun:
(a) irreġistrat għal u temm b’suċċess il-kors ta’ l-istudji
kollu kif preskritt f’dawn ir-regolamenti;
(b) għadda mill-eżamijiet finali għall-Grad; u
(ċ) issodisfa kull rekwiżit ieħor kif preskritt f’dawn ir-
regolamenti u fi statuti, regolamenti u ordinamenti
oħra rileventi ta’ l-Università .
Rekwiżiti għad-
dħul.
4. Kandidat jista’ jirreġistra għall-kors jekk huwa eliġibbli
għad-dħul fl-Università  bħala student regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università .
Struttura tal-kors.
(a) l-Ewwel Parti normalment għandha tinfirex fuq żmien
ta’ sentejn. Hija għandha tinkorpora t-taqsimiet studju
introduttorji u bażiċi kollha u għandha tkun komuni
għall-istudenti fil-korsijiet General u Honours;
(b) it-Tieni Parti normalment għandha tinfirex fuq żmien
ta’ sena. Hija għandha tinkorpora prinċipalment
taqsimiet studju avanzati fl-oqsma ewlenin u
sekondarji ta’ studju.
(2) Student għandu jikkwalifika għat-Tieni Parti jekk ikollu
grad ta’ kwalifika jew aħjar fil-valutazzjoni ta’ l-Ewwel Parti, iżda
għandu jerġa’ jirreġistra.
2 L.S.327.119 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ARTS - B.A. - IN EUROPEAN STUDIES
(3) Student jista’ jitħalla jerġa’ jirreġistra u jipproċedi
proviżorjament għat-Tieni Parti jekk jonqsu mhux aktar minn
erbgħa mill-kredti meħtieġa skond ir-regolament 6(2) jew, jekk
għamel żjara ta’ studju twila barra minn Malta, magħrufa
uffiċjalment mill-Bord, f’istituzzjoni oħra ta’ edukazzjoni terzjarja,
jekk jonqsuh mhux aktar minn sitta minn dawn il-kredti, sakemm,
f’kull każ, l-istudent jikseb dawn il-kredti qabel jagħmel l-
eżamijiet finali.
(4) Bl-approvazzjoni tas-Senat, il-Bord jista’ jeżenta student
minn kredti li diġà  kiseb f’kors fl-Università  jew f’università  oħra
magħrufa, sakemm dawn il-kredti huma ekwivalenti fil-kontenut u
fil-livell għal dawk li għalihom jitlob l-eżenzjoni. Fl-ebda każ ma
tista’ tingħata eżenzjoni għal aktar minn terz tan-numru totali ta’
kredti meħtieġa minn dawn ir-regolamenti.
(5) Student li ġab grad B jew aħjar fil-valutazzjoni globali ta’
l-Ewwel Parti fl-Istudji Ewropej jista’, minflok ikompli għat-Tieni
Parti tal-kors, jagħżel li jirreġistra għal kors ta’ studji li jwassal
għall-grad ta’ B.A. (Hons) fl-Istudji Ewropej.
(6) Student ma jistax joqgħod għall-eżamijiet finali qabel tliet
snin jew aktar tard minn erba’ snin mill-ewwel dħul fil-kors, ħlief
bl-approvazzjoni tas-Senat mogħtija f’ċirkostanzi speċjali.
(7) Il-Bord jista’ jħalli student, li għal raġuni valida u
suffiċjenti ma jistax isegwi l-ewwel sena tal-kors fuq bażi full-time,
jieħu sentejn biex ikopri dik il-parti tal-kors li normalment tiġi
koperta matul l-ewwel sena, taħt dawk il-kondizzjonijiet li
jiddetermina l-Bord f’kull każ.
Kors ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 236 ta’ l-
1998.
6. (1) L-Ewwel Parti tal-kors għandha tikkonsisti f’taqsimiet
studju li għalihom ma għandhomx jingħataw anqas minn 46 kredtu.
(2) Biex itemm l-Ewwel Parti student għandu jikseb:
(a) 12-il kredtu fl-Istorja taċ-Ċivilta’ Mediterranja li
jinkludu t-8 kredti li huma obbligatorji skond ir-
Regolamenti tal-Kors li jwassal għall-Grad ta’
Bachelor of Arts;
(b) mhux anqas minn 14-il kredtu fl-lstudji Ewropej;
(ċ) jew 12-il kredtu f’qasam ewlieni ta’ studju ieħor jew 6
kredti f’kull wieħed minn żewġ oqsma sekondarji ta’
studju; u
(d) mill-anqas 8 kredti oħra mill-oqsma ta’ studju
approvati, li jinkludu l-oqsma ta’ studju magħżula
diġà .
(3) It-Tieni Parti tal-kors għandha tikkonsisti f’taqsimiet
studju li għalihom ma għandhomx jingħataw anqas minn 23 kredtu.
(4) Biex itemm it-Tieni Parti tal-kors student għandu jikseb:
(a) 12-il kredtu fl-Istudji Ewropej;
(b) jew 8 kredti f’qasam ewlieni ta’ studju ieħor jew 4
kredti f’kull wieħed minn żewġ oqsma sekondarji ta’
studju; u
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ARTS - B.A. - IN EUROPEAN STUDIES ġ L.S.327.119 3
(ċ) mill-inqas 3 kredti oħra f’oqsma oħra ta’ studju, li
jinkludu l-oqsma ta’ studju magħżulin diġà .
(5) L-oqsma ta’ studju msemmija fir-regolamenti rilevanti tal-
programmi ta’ studju għall-ewwel grad fil-Fakultà  ta’ l-Arti u fil-
Fakultà  ta’ l-Ekonomija, Management, u Accountancy u programmi
oħra għall-grad organizzati minn entitajiet oħra ta’ l-Università ,
wara ftehim ma’ l-entitajiet imsemmija, jistgħu jintgħażlu bħala
qasam sekondarju jew qasam ewlieni ieħor ta’ studju. Fil-bidu tas-
sena akkademika, il-Bord, bi ftehim ma’ l-istaff tad-dipartiment
rilevanti li qed joffri l-oqsma ta’ studju, għandu jippublika lista ta’
oqsma ta’ studju mgħallma f’Fakultajiet u f’entitajiet oħra ta’ l-
Università  li l-istudenti jistgħu jagħżlu bħala t-tieni qasam ewlieni
jew sekondarju ta’ studju.
(6) Il-Bord jista’ jillimita l-għażliet disponibbli jew l-
abbinamenti possibbli ta’ oqsma ta’ studju li jistgħu jintgħażlu
bħala oqsma ewlenin jew sekondarji ta’ studju.
(7) Il-Bord jista’ jagħżel abbinament ta’ oqsma ta’ studju
speċifiċi biex jistabbilixxi għażla identifikabbli għal kors ta’ studji.
(8) Malli jirreġistra għal xi parti tal-kors student ikun jeħtieġlu
jirreġistra għall-Istudji Ewropej u għall-qasam ewlieni ta’ studju
ieħor jew għal żewġ oqsma sekondarji ta’ studju.
(9) Mingħajr ħsara għas-subregolament (8), il-Bord jista’ jħalli
student ibiddel qasam wieħed ewlieni jew żewġ oqsma sekondarji
ta’ studju matul l-ewwel sena ta’ l-Ewvel Parti tal-kors, sakemm
din il-bidla tkun kompatibbli ma’ dawn ir-regolamenti.
(10) Fil-każ ta’ student li rreġistra għal qasam ta’ studju
provdut minn Fakultà  jew entità  oħra l-istudent ikun suġġett għar-
regolamenti relativi ta’ dik il-Fakultà  jew entità  f’dak il-qasam ta’
studju f’dak li għandhom x’jaqsmu l-valutazzjonijiet u l-eżamijiet.
Katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
7. (1) Qabel il-bidu ta’ kull sena akkademika u wara l-
approvazzjoni tas-Senat, il-Bord għandu jippubblika lista ta’
taqsimiet studju fl-Istudji Ewropej kif ukoll tal-kredti assenjati għal
kull taqsima studju.
(2) Il-katalogi ta’ l-oqsma ewlenin u sekondarji ta’ studju l-
oħra magħzula mill-istudenti għandhom jittieħdu mill-Fakultajiet
jew entitajiet rispettivi.
(3) Taqsimiet studju jistgħu jkunu offruti f’livell bażiku jew
avvanzat. Il-katalogu għandu jindika f’liema livell qed tiġi offruta
t-taqsima studju.
(4) Il-katalogu għandu jindika wkoll il-metodu ta’ valutazzjoni
kif ukoll liema taqsimiet studju huma obbligatorji u liema huma
rakkomandati. Il-katalogu għandu jindika wkoll liema taqsimiet
studju għandhom jittieħdu fl-istess żmien.
(5) Il-katalogu ta’ taqsimiet studju għandu jinkludi wkoll lista
ta’ oqsma ta’ studju li l-istudenti jistgħu jagħżlu bħala oqsma
sekondarji ta’ studju.
Progress.
mod li l-kors jista’ jintemm f’sentejn għall-Ewwel Parti u f’sena
għat-Tieni Parti.
4 L.S.327.119 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ARTS - B.A. - IN EUROPEAN STUDIES
(2) F’kull sena tal-kors student għandu jkun meħtieġ jirreġistra
għal numru ta’ taqsimiet studju li għalihom numru totali ta’ mhux
anqas minn 19 u mhux aktar minn 26 kredtu jkunu assenjati.
(3) Il-kredti għandhom jingħataw skond il-gradi li ġejjin
f’ordni li jibda mill-ogħla sa l-inqas mertu: A, B, C, D. F tindika li
weħel u I tindika li mhux komplet.
(4) Il-livell milħuq mill-istudent f’kull taqsima studju għandu
jkun valutat jew b’test jew b’essay jew bit-tnejn. Fl-aħħar każ il-piż
għall-essay għandu jkun ta’ 30% u dak għat-test ta’ 70%.
(5) Student li jonqos li jikseb kredtu għal xi taqsima studju
billi jeħel f’xi test jew karta ta’ l-eżami jew globalment fit-tnejn,
jekk it-tnejn ikunu wżati bħala metodu ta’ valutazzjoni,
normalment għandu jitħalla jagħmel riparatorju darba, u jekk
meħtieġ, jerġa’ jsegwi t-taqsima studju għal darba oħra biss.
F’dawn il-każijiet il-valutazzjoni għandha tingħata grad ta’ D jew
F.
(6) Student ikun meħtieġ li jikseb minimu ta’ 12-il kredtu
f’kull qasam ewlieni ta’ studju magħżul u minimu ta’ 6 kredti f’kull
qasam sekondarju ta’ studju magħżul.
(7) Student li jikseb inqas minn 14-il kredtu f’xi sena tal-kors
ma jitħalliex ikompli l-kors jew jagħmel l-eżamijiet finali, ħlief
f’ċirkostanzi speċjali bl-approvazzjoni tas-Senat.
(8) Student ma jistax jieħu taqsima studju li għaliha
m’għandux il-pre-rekwiżiti jew mingħajr ma jieħu taqsimiet studju
fl-istess żmien, ħlief bil-permess tal-Bord.
L-eżamijiet finali.
Emendat:
A.L. 77 ta’ l-2000.
9. (1) L-eżamijiet finali għandhom normalment isiru f’Ġunju
u s-sessjoni riparatorja f’Settembru u għandhom jikkonsistu f’żewġ
karti ta’ tliet sigħat-il waħda f’kull qasam ewlieni ta’ studju u karta
ta’ tliet sigħat f’kull qasam sekondarju ta’ studju. Jista’ jsir ukoll
eżami viva voce.
(2) Malli jtemm il-kors student għandu jkun meħtieġ jagħmel
l-eżamijiet finali fl-oqsma ewlenin u sekondarji li għażel u
jirreġistra għalihom sa l-aħħar ta’ Marzu.
(3) Għal dawk it-taqsimiet studju li jintemmu eżatt qabel l-
eżamijiet finali l-kredti għandhom jingħataw lill-istudenti fuq il-
bażi tal-livell milħuq minnhom f’dawk it-taqsimiet studju.
Ir-riżultati finali. 10. (1) Ir-riżultati finali ta’ l-istudent għandhom iqisu l-livell
milħuq minnu fl-eżamijiet finali kif ukoll il-kredti u l-gradi
miksuba matul il-kors ta’ l-istudji.
(2) Student ma jikkwalifikax għall-Grad jekk ma jgħaddix fl-
eżamijiet finali.
(3) L-eżamijiet finali jkollhom 50% tal-piż għall-iggradar tar-
riżultat finali. Il-50% l-oħra jkunu kkalkulati fuq il-bażi tal-medja
globali tal-kredti miksuba. Jekk l-istudent jikseb aktar minn 64
kredtu, għandhom jitqiesu l-aħjar 64 kredtu li jissodisfaw ir-
regolament 6(1), (2), (3) u (4).
(4) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-Grad
għandhom ikunu ppublikati f’ordni alfabetiku fil-kategoriji I, IIA,
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ARTS - B.A. - IN EUROPEAN STUDIES ġ L.S.327.119 5
IIB, III u Għadda.
Ir-riparatorju.
student li jeħel fl-eżamijiet finali f’qasam ta’ studju jista’ jitħalla
mill-Bord iżomm il-gradi miksuba fil-qasam jew oqsma ta’ studju li
ġew mitmuma b’suċċess u jerġa’ jagħmel l-eżamijiet finali għal
darba f’dan il-qasam ta’ studju taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-
Bord jista’ jiddetermina f’kull każ. Jekk jgħaddi l-istudent jingħata
marka li Għadda f’dan il-qasam ta’ studju. Ir-riżultat finali għandu
jqis il-livell globali milħuq mill-istudent kif preskritt fir-
regolament 10(1).
Disposizzjonijiet 
speċjali għal 
korsijiet part-time 
ta’ filgħaxija.
12. (1) Kandidat li jikkwalifika għad-dħul fil-kors fuq bażi
full-time taħt ir-regolament 4 jista’ jirreġistra għall-kors ta’
filgħaxija bħala student regolari fuq bażi part-time, jekk kors ta’
filgħaxija jkun offrut mill-Bord f’xi sena partikolari.
(2) Il-kors ta’ filgħaxija għandu jkun immexxi skond id-
disposizzjonijiet tar-regolamenti ta’ hawn fuq, ħlief kif preskritt
f’dan ir-regolament u r-regolamenti li ġejjin.
(3) Kors ta’ filgħaxija jista’ jkun offrut b’deċizjoni tal-Bord.
It-tul ta’ kors ta’ 
filgħaxija.
13. (1) Student irreġistrat għall-kors ta’ filgħaxija normalment
ikun meħtieġ itemm l-Ewwel Parti tal-kors fi tlett snin u t-Tieni
Parti f’sentejn.
(2) Student irreġistrat għall-kors ta’ filgħaxija ma jistax itemm
il-kors f’inqas minn tmien semestri jew f’aktar minn sitt snin
akkademiċi wara l-ewvel dħul fil-kors ħlief f’ċirkostanzi speċjali
bil-permess tas-Senat u taħt dawk il-kondizzjonijiet li s-Senat jista’
jiddetermina f’kull każ.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
14. (1) Katalogu ta’ taqsimiet studju għal kull qasam ta’
studju u l-kredti assenjati għal kull taqsima studju tal-kors ta’
filgħaxija għandu jkun ippublikat mill-Bvrd qabel il-bidu ta’ kull
sena akkademika wara li jiġi approvat mis-Senat.
(2) It-taqsimiet studju għall-kors ta’ filgħaxija għandhom
ikunu simili għal dawk indikati għall-kors fuq bażi full-time taħt ir-
regolament 7 u għandhom ikunu mfassla sabiex il-kors ta’ studji
kollu jista’ jintemm f’ħames snin.
Progress.
meħtieġ jirreġistra għal numru ta’ taqsimiet studju li għalihom
numru totali ta’ mhux inqas minn tmien kredti u mhux aktar minn
sittax-il kredtu għandhom ikunu assenjati.
(2) Student tal-kors ta’ filgħaxija li jikseb inqas minn sitt
kredti f’xi sena tal-kors m’għandux jitħalla jkompli l-kors jew
jagħmel l-eżamijiet finali, ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bl-
approvazzjoni tas-Senat.
L-eżamijiet finali.
ikunu l-istess bħall-eżamijiet finali tal-kors full-time.
(2) Student għandu jkun meħtieġ jirreġistra għall-eżamijiet
finali sa l-aħħar ta’ Marzu. Id-disposizzjonijiet tar-regolament 9(3)
għandhom japplikaw għal kull student bħal dan.
