KONDIZZJONIJIET MINIMI NAZZJONALI 
GĦALL-ISKEJJEL KOLLHA ġ L.S.327.12 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.12
REGOLAMENTI LI JISTABBILIXXU
L-KONDIZZJONIJIET MINIMI NAZZJONALI 
GĦALL-ISKEJJEL KOLLHA
1 ta’ Jannar, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 150 ta’ l-1990, kif emendat bl-Avviż Legali 196 ta’ l-
1994.
Titolu.
jistabilixxu il-Kondizzjonijiet Minimi Nazzjonali għall-Iskejjel
Kollha.
Kondizzjonijiet 
Minimi 
Nazzjonali.
Kap. 327.
2. Il-Kondizzjonijiet Minimi Nazzjonali għall-iskejjel kollha
kif previst fl-Att dwar l-Edukazzjoni għandhom ikunu dawk
imdaħħla fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
Emendata:
A.L. 196 ta’ l-
1994.
SKEDA
Kondizzjonijiet Minimi Nazzjonali għall-Iskejjel Kollha
1. Ġenerali
1.1 Il-bini ta’ l-iskola għandu jkun adatt għat-tip u livell ta’
edukazzjoni li tingħata fih.
1.2 Il-post għandu jkun arjuż, protett mis-sħana, mill-kesħa u
l-umdità , imdawwal tajjeb b’dawl naturali u b’soqfa għolja kif
jixraq.
1.3 Il-post ta’ l-iskola għandu jkun nadif u miżmum
f’kondizjonijiet strutturali u ta’ manutenzjoni xierqa.
1.4 Il-post m’għandux ikollu perikli għall-persuna u għas-
saħħa.
1.5 Skejjel li jakkomodaw aktar minn 7 klassijiet ta’ tagħlim
b’orarju normali u studenti li jaqgħu taħt il-liġi ta’ l-edukazzjoni
obbligatorja, għandhom ikunu mibnija apposta u għandu jkollhom
area fuq barra għar-rikreazzjoni.
1.6. Il-klassijiet u l-area m’għandhomx ikunu ffullati u għandu
jkun hemm spazju biżżejjed għall-moviment.
1.7 Kull klassi għandu jkollha bieb li jagħti fuq kuritur
prinċipali; it-tfal m’għandhomx jgħaddu minn fuq klassijiet oħra
biex joħorġu jew jidħlu fil-klassi tagħhom.
1.8 Il-ħruġ u d-dħul ta’ dawk l-iskejjel li jagħtu fuq triq
prinċipali għandhom ikunu protetti b’ilqugħ xieraq biex jiġu evitati
inċidenti.
1.9 Fejn in-numru ta’ studenti jaqbeż ħamsin tifel li huma
obbligati jattendu l-iskola, għandu jkun hemm indikazzjonijiet
għat-traffiku tal-preżenza ta’ skola, skond kif tordna l-Pulizija.
2 L.S.327.12 ħ
KONDIZZJONIJIET MINIMI NAZZJONALI 
GĦALL-ISKEJJEL KOLLHA
1.10 Il-bini ta’ l-iskola huwa suġġett għall-ispezzjoni ta’
spetturi tas-sanità  f’kull ħin.
1.11 Skejjel li joperaw fi djar privati m’għandhomx joħolqu
inkonvenjenza lill-ġirien.
1.12 L-iskejjel jistgħu jkunu spezzjonati minn uffiċjali tad-
dipartiment ta’ l-Edukazzjoni f’kull ħin.
2. Daqs ta’ Klassijiet
2.1 In-numru massimu ta’ studenti sa l-età  ta’ edukazzjoni
obb1igatorja fi klassi m’għandux ikun aktar minn 30.
2.2 Biex jiġi deċiż in-numru ta’ studenti li jistgħu jkunu
akkomodati fi klassi, irid jiġi meħud in konsiderazzjoni:
2.2.1 burdura wiesgħa 2 (żewġ) metri, li għandha titnaqqas
mill-kobor tal-kamra u li hi għall-użu ta’ l-għalliem;
2.2.2 spazju ta’ 11/2 metri (metru u nofs) kwadri għal kull
student ta’ età  iktar minn 5 snin;
2.2.3 jista jiġi mħolli spazju ta’ 11/2 metri (metru u nofs)
kwadru lil kull student taħt l-età  ta’ 5 snin jekk ikun hemm ukoll
spazju (kamra) ieħor tal-logħob li jagħti skop għall-eżerċizzi
liberi u moviment. Jekk le, il-klassi m’għandhiex ikollha iktar
minn 20 student, jew spazju ta’ 3 metri kwadri għal kull student;
2.2.4 fil-każ ta’ studenti ta’ età  ta’ edukazzjoni
obbligatorja u klassijiet ta’ filgħaxija, spazju minimu ta’ 1
metru kwadru jista’ jiġi allokat lil kull student barra
f’laboratorju jew post ta’ taħriġ fis-snajja’.
2.3 Id-daqs l-iktar konvenjenti ta’ klassi huwa ta’ 8 metri
kwadri.
3. Laboratorji, Postijiet ta’ Taħriġ fi Snajja’, eċċ.
3.1 In-numru ta’ studenti li jistgħu jiġu akkomodati
f’laboratorji u postijiet ta’ taħriġ fi snajja’ jew attivitajiet oħra li
mhux tal-klassi għandu jkun determinat mid-daqs tal-kamra u l-użu
tagħha.
3.2 L-akkomodazjoni minima għandha tkun ta’ mhux inqas
minn 2 (żewġ) metri kwadri kull studemt barra l-ispazju għall-
għalliema u għall-għamara jew makkinarju.
3.3 In-numru massimu ta’ studenti li huwa permess f’post tat-
taħriġ fis-snajja’ huwa ta’ 20.
3.4 Laboratorji jew postijiet ta’ taħriġ fis-snajja’ għandu
jkollhom il-ħtiġijiet kollha biex jissalvagwardjaw is-saħħa bħal
apparati li jneħħu l-gassijiet kimiċi, apparat tat-tifi tan-nar, kaxxa
ta’ l-ewwel għajnuna għal min ikorri u strumenti li jaqtgħu ċ-
ċirkwiti elettriċi. Apparat, għodod u materjal perikoluż għas-saħħa
u l-persuna għandhom ikunu taħt il-kontroll dirett ta’ l-għalliem u
maħżuna kif jixraq. Magni għandu jkollhom is-sigurtà  neċessarja u
istruzzjonijiet fuq l-użu xieraq tagħhom.
3.5 Meta materjal jew apparat perikoluż ikun meħtieġ li
jinżamm f’laboratorju jew workshop għandu jiġi indikat il-periklu
KONDIZZJONIJIET MINIMI NAZZJONALI 
GĦALL-ISKEJJEL KOLLHA ġ L.S.327.12 3
tiegħu.
3.6 Kmamar li jintużaw bħala teatri għall-produzzjoni ta’
attivitajiet teatrali, il-wiri ta’ films, eċċ., lil gruppi numerużi ta’
studenti, jrid ikollhom l-attrezzamenti neċessarji kontra t-tifi tan-
nar u indikazzjonijiet ċari ta’ ħruġ.
3.7 Laboratorji, postijiet ta’ taħriġ fis-snajja’ teatri, eċċ., huma
soġġetti għal spezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom
jimxu skond regoli eżistenti.
4. Faċilitajiet ta’ Toilette
4.1 L-iskejje1 għandu jkollhom faċilitajiet ta’ toilette ta’
wieħed kull 35 student.
4.2 Skejjel ta’ filgħaxija jew li jipprovdu edukazzjoni għall-
adulti għandu jkollhom tnejn mill-inqas minn dawn il-faċilitajiet u
ieħor għal kull sittin student li jkun fl-iskola.
4.3 Dan ma jinkludix it-toilette ta’ l-għalliema u l-istaff.
4.4 Il-faċilitajiet għandhom ikunu skond l-età  u l-kobor ta’ l-
istudenti.
4.5 Għandhom jinżammu l-ħin kollu f’kondizzjoni tajba ta’
iġjene, li jinkludi ħwejjeġ tat-tindif u karti tat-toilet.
4.6 Għandu jkun hemm friskatur ta’ l-idejn flimkien ma’ sapun
u xugamani bir-rata ta’ friskatur kull 35 student. Fil-każ ta’ skejjel
part-time u ta’ l-adulti, għandu jkun hemm mill-inqas 2 (żewġ)
friskaturi bħala minimu u frisktur kull 60 student.
4.7 Il-friskaturi għandhom ikunu f’għoli xieraq għall-età  u t-tul
ta’ l-istudenti.
5. Ilma tax-Xorb
5.  Kull skola għandu jkollha numru adegwat ta’ vitijiet ta’ l-
ilma tax-xorb bir-rata minima ta’ vit għal kull 100 (mitt) student u
dawn għandhom jitpoġġew f’postijiet strateġiċi u mhux fil-kmamar
tat-toilette. L-ilma għandu jkun tajjeb għax-xorb, ġej minn ilma
ġieri.
6. Btieħi u Postijiet għar-Rikreazzjoni
6.1 Kull skola miftuħa għal tfal ta’ l-età  ta’ l-edukazzjoni
obbligatorja għandu jkollha spazju fil-miftuħ u adegwat fejn l-
istudenti jistgħu jieħdu r-rikreazzjoni tagħhom u mistrieħ twil.
6.2 F’każ speċjali, jingħata permess lil skejjel biex jużaw
spazju mgħotti basta dan ikun riservat biss għar-rikreazzjoni u jekk
ma jinstabx sit alternattiv għall-apert fejn l-istudenti jkunu jieħdu
r-rikreazzjoni u l-mistrieħ tagħhom.
6.3 Skejjel li fihom jinkitbu biss taħt l-età  l-edukazzjoni
obbligatorja u li ma jiftħux għal iktar minn 31/2 sigħat kuljum
jistgħu jużaw kmamar u postijiet imsaqqfa għal-logħob u
rikreazzjoni kif imfisser fil-paragrafu 2.2.3.
6.4 Id-daqs minimu ta’ post ta’ rikreazzjoni għall-arja aperta
għandu jkun skond ir-rata ta’ 5 metri kwadri kull student għall-
ewwel 300 student u 3 metri kwadri għal kull student fuq dan in-
4 L.S.327.12 ħ
KONDIZZJONIJIET MINIMI NAZZJONALI 
GĦALL-ISKEJJEL KOLLHA
numru.
7. Iġjene
7.1 F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iġjene, l-iskejjel għandhom
jinżammu skond ir-regolamenti sanitarji eżistenti. Dan jinkludi l-
iġjene fil-klassijiet, toilets, postijiet ta’ rikreazzjoni, ikel
f’tuckshops, kafeterija u dormitorji u kmamar oħra fil-każ ta’
skejjel li jżommu l-istudenti għall-ikel u/jew irqad.
7.2 L-iskejjel huma suġġetti għall-ispezzjoni ta’ l-awtoritajiet
sanitarji u għandhom jobdu l-istruzzjonijiet u r-
rakkomandazzjonijiet tagħhom. L-awtoritajiet sanitarji
jissottomettu rapport lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni.
Għalliema
8.1 L-Għalliema għandu jkollhom warrant biex jgħallmu fi
skola skond l-Att dwar l-Edukazzjoni.
8.2 Filwaqt li l-ingaġġar ta’ għalliema hu f’idejn l-iskejjel
individwali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ skejjel liċenzjati
(privati), dan għandu jikkonforma mal-kwalifiki minimi rikjesti
minn għalliema fi skejjel statali skond il-livelli differenti ta’
edukazzjoni.
8.3 Il-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni għandu
jingħata avviż bil-quddiem ta’ ingaġġ jew promozzjoni ta’
għalliema (li jinkludi l-Kapijiet u Assistent/i Kap/ijiet ta’ l-iskola).
8.4 Staff ieħor. L-iskola għandha żżomm numru adegwat ta’
ħaddiema li jiżgura l-indafa tal-post ta’ l-iskola b’ħasil u tindif
regolari.
9. Ħinijiet ta’ l-iskola
9.l Skejjel li jgħallmu studenti ta’ l-età  ta’ l-edukazzjoni
obbligatorja għandhom jikkonformaw man-numru total ta’ sigħat
ta’ tagħlim fis-sena li jkun rikjest minn skejjel statali paragunabbli.
10. Spezzjoni u Informazzjoni
10.1 Bħalma huma previst fl-Att dwar l-Edukazzjoni kull skola
tista’ tiġi spezzjonata minn uffiċjali tad-Dipartiment ta’ l-
Edukazzjoni. Wara kull ispezzjoni l-uffiċjal inkarigat għandu
jagħmel rapport u filwaqt li kopja tintbgħat lid-Dipartiment ta’ l-
Edukazzjoni biex tinżamm fil-file ta’ l-iskejjel; kopja oħra
tintbgħat lill-iskola partikolari flimkien mar-rimarki li d-Direttur
ta’ l-Edukazzjoni jew il-Ministru jkunu jridu jagħmlu.
10.2 Mhux inqas minn darba kull tliet snin għandha ssir
spezzjoni formali ta’ l-iskejjel biex jiġi sgurat li l-kondizzjonijiet
tal-liċenza u l-livell ta’ l-Edukazzjoni qiegħdin jiġu mħarsa. L-
ispetturi għandhom jibgħatu r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet
tagħhom lill-Ministru responsabbli għall-Edukazzjoni.
10.3 Skejjel li fihom tfal ta’ età  ta’ edukazzjoni obbligatorja
għandhom jobdu strettament ir-Regolamenti fuq l-Attendenza ta’ l-
Istudenti maħruġa mid-Direttur ta’ l-Edukazzjoni (taqsima
Attendenza).
10.4 L-iskejjel għandhom jagħtu lill-Ministru responsabbli
KONDIZZJONIJIET MINIMI NAZZJONALI 
GĦALL-ISKEJJEL KOLLHA ġ L.S.327.12 5
għall-edukazzjoni jew lid-Direttur ta’ l-Edukazzjoni dik l-
informazzjoni mitluba minnhom minn żmien għal żmien.
11. Tibdil fl-Iskola
11.1 Tibdil fis-sidien ta’ l-iskola, kuntratti, kap ta’ l-iskola u
indirizz ta’ l-iskola għandhom jiġu notifikati lill-Ministru
responsabbli għall-edukazzjoni bil-quddiem.
11.2 Tibdil fil-post ta’ l-isko1a jew estensjonijiet irid ikollhom
l-awtorizzazzjoni bil-quddiem tal-Ministru responsabbli għall-
edukazzjoni wara li ssir applikazzjoni xierqa mill-Kap ta’ l-Iskola.
11.3 Tibdil fil-kondizzjonijiet tal-liċenza, inklużi l-livelli ta’
edukazzjoni u numru totali ta’ studenti li jistgħu jinżammu, għandu
jiġi mgħarraf lill-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni bil-
quddiem u jkollu l-approvazzjoni tiegħu.
11.4 Tibdil fl-istaff ta’ l-iskola għandu jiġi mgħarraf lid-Direttur
ta’ l-Edukazzjoni.
12 Kondizzjonijiet Oħra
12.1 L-iskola għandha timxi fuq il-kondizzjonijiet tal-Liċenza
maħruġa lilha.
12.2. L-iskola timxi skond il-Kodiċi ta’ Mġieba ta’ l-Għalliema.
12.3 Ma għandu jsir l-ebda tibdil fir-rati tal-ħlas tal-miżati jew
ħlas ieħor qabel ma jingħata avviż lill-Ministru responsabbli għall-
edukazzjoni mhux anqas minn xahar qabel ma jsir dan it-tibdil:
Iżda r-rati tal-ħlas tal-miżati jew ħlas ieħor stabbiliti fil-
bidu ta’ sena skolastika ma jistgħux jiżdiedu matul dik is-sena
skolastika kollha hemm hi.
