KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF PSYCHOLOGY IN CLINICAL 
PSYCHOLOGY - M.PSY. (CLIN.) - JEW COUNSELLING PSYCHOLOGY - 
M.PSY. (COUNS.) - JEW EDUCATIONAL PSYCHOLOGY - M.PSY. (ED.) ġ L.S.327.120 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.120
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF PSYCHOLOGY IN CLINICAL 
PSYCHOLOGY - M.PSY. (CLIN.) - JEW 
COUNSELLING PSYCHOLOGY - M.PSY. (COUNS.) - 
JEW EDUCATIONAL PSYCHOLOGY - M.PSY. (ED.)
17 ta’ Marzu, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 83 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviż Legali 182 ta’ l-
1998.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Psychology in Clinical Psychology -
M.Psy. (Clin.) - jew Counselling Psychology - M.Psy. (Couns.) -
jew Educational Psychology - M.Psy. (Ed.).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukażzjoni;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Psychology fil-Clinical
Psychology M.Psy.(Clin.) - jew fil-Counselling Psychology -
M.Psy. (Couns.) - jew fl-Educational Psychology - M.Psy. (Ed.); u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Master of
Psychology in Clinical Psychology - M.Psy.(Clin.) - jew fil-
Counselling Psychology - M.Psy. (Couns.) - jew fl-Educational
Psychology- M.Psy.(Ed.).
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 182 ta’ l-
1998.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet
mibdija f’Ottubru 1997 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikun eliġibbli għall-għoti tal-Grad, student għandu -
(a) jtemm b’suċċess il-kors ta’ l-istudji;
(b) jgħaddi mill-eżamijiet rilevanti;
(ċ) jtemm b’suċċess il-pjazzamenti prattiċi; u
(d) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti u f’xi statuti, regolamenti u ordinamenti
rilevanti oħra ta’ l-Università .
Rekwiżiti speċjali 
tal-kors.
Emendat:
A.L. 182 ta’ l-
1998.
4. (1) Biex jidħlu fil-kors il-kandidati għamdhom ikunu
profiċjenti fl-ilsien Malti u għandu jkollhom il-kwalifiki li ġejjin,
jew l-ekwivalenti tagħhom:
(a) għall-kors fil-Clinical Psychology jew fil-Counselling
Psychology:
(i) il-grad ta’ Bachelor of Psychology (Honours),
normalment bl-Ewwel jew bit-Tieni Klassi bl-
Unuri (Taqsima Superjuri), jew kwalifika
ekwivalenti mill-Università , jew minn università
2 ġ L.S.327.120
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF PSYCHOLOGY IN CLINICAL 
PSYCHOLOGY - M.PSY. (CLIN.) - JEW COUNSELLING PSYCHOLOGY - 
M.PSY. (COUNS.) - JEW EDUCATIONAL PSYCHOLOGY - M.PSY. (ED.)
oħra; u
(ii) mill-anqas 2400 siegħa ta’ esperjenza fl-oqsma
tal-clinical jew tal-counselling. Din l-esperjenza
għandha normalment tkun miksuba wara li l-
kandidati jkunu ngħataw il-grad bl-Unuri fil-
psikoloġija, ħlief f’każijiet fejn l-esperjenza u l-
prattika jitqiesu ta’ livell ekwivalenti;
(b) għall-kors fl-Educational Psychology:
(i) il-grad ta’ Bachelor of Psychology (Honours),
normalment bl-Ewwel jew bit-Tieni Klassi bl-
Unuri (Taqsima Superjuri), jew kwalifika
ekwivalenti mill-Università , jew minn università
oħra; u
(ii) kwalifika ta’ għalliem rikonoxxuta mill-
Università ; u
(iii) sentejn esperjenza bħala għalliema kwalifikati
jew xogħol simili kif approvat mill-Bord.
(2) Il-kandidati għandhom joqogħdu għal intervista biex jiġi
aċċertat li għandhom ix-xejriet meħtieġa.
(3) Il-Bord għandu jistabbilixxi l-għadd ta’ kandidati li jistgħu
jitħallew jirreġistraw f’xi wieħed mit-tliet oqsma ta’
speċjalizzazzjoni indikati fir-regolament 6(1) skond id-
disponibilità  ta’ riżorsi. Il-Bord għandu, madanakollu, jħabbar l-
għadd ta’ postijiet disponibbli f’kull qasam ta’ speċjalizzazzjoni
fil-ħin li jinfetħu l-applikazzjonijiet.
It-tul tal-kors. 5. (1) Il-kors għandu jestendi fuq sentejn akkademiċi fuq bażi
full-time.
(2) L-istudenti huma meħtieġa jirreġistraw qabel tibda kull
sena akkademika.
(3) Il-pjazzamenti prattiċi għandhom jieħdu madwar 50% tal-
kors.
Il-kors ta’ l-istudji. 6. (1) L-istudenti huma meħtieġa jagħżlu wieħed mill-oqsma
ta’ speċjalizzazzjoni li ġejjin: Clinical Psychology, jew
Counselling Psychology, jew Educational Psychology.
(2) Il-kors għandu jikkonsisti:
(a) f’sitt moduli mgħallma, li jikkonsistu f’taqsimiet
studju li għalihom huma assenjati mhux inqas minn
tletin kredtu;
(b) pjazzamenti prattiċi;
(ċ) dissertazzjoni; u
(d) eżami finali bil-miktub. 
Valutazzjoni u 
eżamijiet.
Emendat:
A.L. 182 ta’ l-
1998.
7. (1) L-istudenti jingħataw assenjamenti u pjazzamenti
prattiċi li jkunu valutati. Huma għandhom ikunu meħtieġa wkoll
jgħaddu mid-dissertazzjoni u mill-eżami finali bil-miktub.
(2) L-istudenti huma meħtieġa li jgħaddu mit-taqsimiet studju
kollha li jsiru kif ukoll mill-pjazzamenti prattiċi sabiex jipproċedu
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF PSYCHOLOGY IN CLINICAL 
PSYCHOLOGY - M.PSY. (CLIN.) - JEW COUNSELLING PSYCHOLOGY - 
M.PSY. (COUNS.) - JEW EDUCATIONAL PSYCHOLOGY - M.PSY. (ED.) ġ L.S.327.120 3
mill-ewwel għat-tieni sena tal-kors.
(3) L-istudenti li jeħlu f’xi wieħed jew aktar mit-taqsimiet
studju li jsiru fl-ewwel sena jistgħu jerġgħu jissottomettu l-
assenjament/i jew jerġgħu joqogħdu għat-testijiet, darba biss,
normalment f’Settembru. L-istudenti li jgħaddu għandhom
jingħataw l-anqas grad D.
(4) L-istudenti li jeħlu fil-pjazzamenti prattiċi ta’ l-ewwel sena
u/jew f’xi wieħed mit-taqsimiet studju li saru għandhom ikunu
meħtieġa li jirtiraw mill-kors.
(5) F’każijiet eċċezzjonali, is-Senat jista’ jħalli studenti li
jeħlu fil-kors jerġgħu jidħlu fil-kors ma’ l-ewwel opportunità .
(6) L-istudenti għandhom joqogħdu għall-eżami finali bil-
miktub fi tmiem il-kors, wara li jtemmu b’suċċess is-sitt moduli
mgħallma u l-pjazzamenti prattiċi.
(7) L-istudenti li jeħlu f’waħda jew f’aktar mit-taqsimiet
studju li jsiru fit-tieni sena jistgħu jerġgħu jagħmlu t-test jew it-
testijiet jew jerġgħu jissottomettu l-assenjament darba, qabel isir l-
eżami finali. L-ogħla grad li jista’ jingħata għal din il-valutazzjoni
mill-ġdid huwa l-grad D.
(8) L-istudenti li jeħlu fil-pjazzamenti prattiċi tat-tieni sena u/
jew f’xi waħda mit-taqsimiet studju għandhom ikunu meħtieġa
jħallu l-kors.
(9) L-eżami finali għandu jikkonsisti f’żewġ partijiet li jistgħu
jkunu jew żewġ karti bil-miktub jew karta bil-miktub u eżami orali.
(10) L-istudenti li jeħlu f’parti jew fiż-żewġ partijiet ta’ l-eżami
finali għandhom ikunu meħtieġa joqogħdu għar-riparatorju f’dik il-
parti jew f’dawk il-partijiet ta’ l-eżami li weħlu minnhom darba
biss, normalment f’Settembru.
(11) L-istudenti li jgħaddu mir-riparatorju ta’ l-eżami finali bil-
miktub jistgħu jingħataw biss l-anqas grad D.
Dissertazzjoni.
miktub ta’ mhux aktar minn 25,000 kelma fit-tul fuq suġġett
propost minnhom u approvat mill-Bord. Id-dissertazzjoni għandha
tkun xiehda ta’ riċerka indipendenti u għandha tikkostitwixxi
kontribuzzjoni oriġinali għas-suġġett.
(2) It-titolu u l-abbozz proposti tad-dissertazzjoni għandhom
ikunu approvati mis-superviżur u ppreżentati lill-Bord għall-
approvazzjoni finali sa mhux aktar tard minn Ġunju ta’ l-ewwel
sena. Kull tibdil sostanzjali fit-titolu jew fil-kontenut tad-
dissertazzjoni proposta li jkun iddettat mill-progress ta’ l-istudji u
r-riċerka ta’ l-istudent għandu jkun riferit lill-Bord għall-
approvazzjoni tiegħu.
(3) L-istudenti għandhom ikunu assenjati superviżur.
(4) Il-Bord, f’konsultazzjoni mas-superviżuri u/jew ma l-
istudenti, huwa responsabbli li jħares il-progress tad-dissertazzjoni.
Il-Bord għandu minn żmien għal ieħor jistabbilixxi proċeduri
sabiex titħares din ir-responsabilità .
4 ġ L.S.327.120
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF PSYCHOLOGY IN CLINICAL 
PSYCHOLOGY - M.PSY. (CLIN.) - JEW COUNSELLING PSYCHOLOGY - 
M.PSY. (COUNS.) - JEW EDUCATIONAL PSYCHOLOGY - M.PSY. (ED.)
(5) L-istudenti huma meħtieġa jissottomettu d-dissertazzjoni
għall-eżami mhux iktar tard minn Mejju tat-tieni sena tal-kors.
(6) Id-dissertazzjoni għandha tkun eżaminata minn Bord ta’ l-
Eżaminaturi maħtur mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(7) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jitlaqqa’ miċ-Chairman
sabiex jiddiskuti d-dissertazzjonijiet. L-istudenti jistgħu wkoll
jintagħlbu joqogħdu għal eżami viva voce sabiex jiddefendu d-
dissertazzjoni.
(8) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ japprova d-dissertazzjoni.
Huwa jista’ jitlob lill-istudenti sabiex jagħmlu tibdil jew jiktbu
mill-ġdid id-dissertazzjoni u jissottomettuha f’perjodu ta’ sitt xhur
mis-sottomissjoni tad-dissertazzjoni, jew jista’ jirrifjuta d-
dissertazzjoni għal kollox.
(9) Studenti li d-dissertazzjoni tagħhom tkun rifjutata, jew li t-
tibdil jew kitba mill-ġdid huma meqjusa inadegwati, jew li ma
jkunux ippreżentaw d-dissertazzjoni fiż-żmien stabbilit
m’għandhomx jingħataw il-Grad.
(10) L-istudenti li jgħaddu mid-dissertazzjoni wara li
jissottomettuha mill-ġdid għandhom jingħataw l-inqas grad D.
Ir-riżultati finali. 9. (1) Il-klassifika finali ta’ l-istudenti għandha tkun imsejsa
fuq il-livell milħuq minnhom fis-sitt moduli mgħallma, il-
pjazzamenti prattiċi, id-dissertazzjoni u l-eżami finali bil-miktub,
b’piż ta’ 20%, 45%, 20% u 15%, rispettivament.
(2) L-istudenti li jgħaddu mill-valutazzjoni tal-moduli
mgħallma, il-pjazzamenti prattiċi, id-dissertazzjoni u l-eżami finali
bil-miktub jikkwalifikaw għall-għoti tal-Grad u isimhom għandu
jkun ippublikat f’ordni alfabetiku u kklassifikat kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
(3) L-istudenti li jgħaddu jingħatalhom il-Grad skond il-qasam
ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom.
