KORS GĦAS-CERTIFICATE IN THE TEACHING OF 
ENGLISH AS A FOREIGN LANGUAGE - CERT. TEFL ġ L.S.327.121 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.121
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAS-CERTIFICATE 
IN THE TEACHING OF ENGLISH AS A FOREIGN 
LANGUAGE - CERT. TEFL
7 ta’ April, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 95 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għas-Certificate in the Teaching of English as a Foreign
Language - Cert. TEFL.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xorta’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-lstudji" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji appuntat għall-
kors;
"iċ-Ċertifikat" ifisser is-Certificate in the Teaching of English as
a Foreign Language - Cert. TEFL; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għas-Certificate in the
Teaching of English as a Foreign Language - Cert. TEFL.
Applikabilità.
jibdew f’Ottubru 1997 jew wara.
Eliġibilità  għaċ-
Ċertifikat.
3. Biex ikun eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat, l-istudent
għandu:
(a) jkun reġistrat bħala student fil-kors;
(b) jtemm il-kors ta’ l-istudji, jgħaddi mill-Eżamijiet
Finali u jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti
f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti fi statuti,
regolamenti u ordinamenti oħra ta’ l-Università .
Ir-rekwiżiti għad-
dħul.
4. (1) Il-kandidati jistgħu jkunu rreġistrati għall-kors jekk
ikunu fil-pussess jew ta’ grad ta’ kwalifika f’Livell Avanzat fl-
Ingliż bi Grad Ċ jew ahjar, jew ta’ ċertifikat ekwivalenti.
(2) Il-kandidati jistgħu jintalbu li jipprovdu evidenza tal-
profiċjenza tagħhom fil-lingwa Ingliża.
It-tul tal-kors.
L-istudenti għandhom itemmu l-kors f’mhux inqas minn żewġ
semestri u f’mhux iktar minn sentejn. F’ċirkostanzi speċjali, il-
Bord jista’ jħalli studenti li jagħmlu sena oħra ta’ studji biex
itemmu l-kors.
Il-programm tal-
kors.
6. (1) Il-programm tal-kors għandu jikkonsisti fi:
(a) ħmistax-il taqsima studju, li għal kull waħda għandu
jingħata kredtu, fl-oqsma ta’ studju li ġejjin:
2 L.S.327.121 ħ
KORS GĦAS-CERTIFICATE IN THE TEACHING OF 
ENGLISH AS A FOREIGN LANGUAGE - CERT. TEFL
Prinċipji Bażiċi tat-Tagħlim ta’ l-Ingliż bħala
Lingwa Barranija;
Strateġiji ta’ Tagħlim ta’ l-Ingliż bħala Lingwa
Barranija;
Materials Design and Development fit-Tagħlim
ta’ l-Ingliż bħala Lingwa Barranija;
(b) Prattika tat-Tagħlim li għandha ssir fi skola tal-lingwi
approvata jew f’sitwazzjoni ta’ tagħlim ta’ l-Ingliż
għal għanijiet speċifiċi; u
(ċ) Essay Twil/Proġett.
(2) Katalogu ta’ taqsimiet studju, li jindika l-kredti assenjati
għal kull waħda u liema taqsimiet studju huma obbligatorji, għandu
jkun ippublikat qabel il-bidu tal-kors.
Il-valutazzjoni. 7. (1) L-istudenti għandhom ikunu valutati fit-taqsimiet
studju skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord ta’ l-Istudji.
(2) L-istudenti jkunu kkunsidrati li ssodisfaw il-kriterji ta’
valutazzjoni tal-kors jekk huma:
(a) jiksbu minimu ta’ tnax-il kredtu;
(b) jgħaddu fil-Prattika tat-Tagħlim;
(ċ) jgħaddu mill-Essay Twil/Proġett; u
(d) jgħaddu mill-Eżamijiet Finali.
(3) L-istudenti li jeħlu fil-valutazzjoni ta’ taqsima studju
għandhom jiġu valutati mill-ġdid darba biss. Jekk jgħaddu, l-ogħla
grad li jista’ jinkiseb huwa l-grad D. Fil-każ li jeħlu fit-taqsimiet
studju prattiċi, l-istudenti jkunu meħtieġa jirrepetu t-taqsimiet
studju.
Il-Prattika tat-
Tagħlim.
8. (1) Il-Prattika tat-Tagħlim għandha tinfirex fuq erba’/
ħames ġimgħat u għandha ssir fi skola tal-lingwi approvata jew
f’sitwazzjoni ta’ tagħlim ta’ l-Ingliż għal għanijiet speċifiċi.
(2) Il-valutazzjoni tal-Prattika tat-Tagħlim għandha tkun fuq
bażi Għadda/Weħel.
(3) L-istudenti li jeħlu fil-Prattika tat-Tagħlim jitħallew
jirrepetu l-Prattika tat-Tagħlim darba, fi żmien tnax-il xahar mill-
aħħar jum ta’ l-Eżamijiet Finali. Fil-każ li jeħlu fil-Prattika tat-
Tagħlim ripetuta, l-istudenti għandhom ikunu meħtieġa jirtiraw
mill-kors.
L-Essay Twil / Il-
Proġett.
9. (1) L-istudenti għandhom jagħtu Essay Twil ta’ mhux
inqas minn tlett elef kelma, jew Proġett li jitqies ta’ l-istess livell
akkademiku sa mhux iktar tard mill-aħħar jum ta’ l-Eżamijiet
Finali.
(2) Is-suġġett ta’ l-Essay Twil/Proġett għandu jkun sottomess
għall-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji, sa mhux aktar tard minn
xahrejn qabel l-Eżamijiet Finali.
(3) L-istudenti li ma jissodisfawx lill-eżaminaturi fl-Essay
Twil/Proġett għandhom jitħallew jerġaw jippreżentawh darba oħra
fi żmien sitt xhur.
KORS GĦAS-CERTIFICATE IN THE TEACHING OF 
ENGLISH AS A FOREIGN LANGUAGE - CERT. TEFL ġ L.S.327.121 3
L-Eżamijiet Finali.
sinottiċi bil-miktub.
(2) L-istudenti li jeħlu f’waħda jew fiż-żewġ karti ta’ l-eżami
għandhom jitħallew jagħmlu riparatorju fil-karta jew fil-karti li
fihom jeħlu darba oħra fi żmien mhux aktar minn sitt xhur mid-data
tal-publikazzjoni tar-riżultati. Il-grad massimu li jista’ jingħata
wara din is-sessjoni riparatorja huwa l-grad D.
Ir-riżultat finali.
tiegħu fit-taqsimiet studju, fil-Prattika tat Tagħlim, fl-Essay Twil/
Proġett u fl-Eżamijiet Finali.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti taċ-
Ċertifikat għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
