KORS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT FL-ISTUDJI TAL-PULIZIJA ġ L.S.327.122 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.122
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT 
FL-ISTUDJI TAL-PULIZIJA
9 ta’ April, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 97 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għaċ-Ċertifikat fl-Istudji tal-Pulizija.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord ta’ l-Istudji" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji mwaqqaf skond
ir-regolament 3;
"iċ-Ċertifikat" ifisser iċ-Ċertifikat fl-lstudji tal-Pulizija; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għaċ-Ċertifikat fl-Istudji tal-
Pulizija.
Applikabilità .
mibdija fl-1998 jew wara.
Il-Bord ta’ l-
lstudji.
3. (1) Is-Senat għandu jaħtar Bord ta’ l-lstudji għall-kors fuq
ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-lstitut għall-Istudji Forensiċi. Il-
Bord għandu jkun magħmul minn Chairman, il-Koordinatur tal-
kors u sitt membri. Jekk ikun hemm il-ħtieġa jistgħu jissejjħu
membri oħra.
(2) Il-Bord għandu jagħti l-parir tiegħu lill-Bord tad-Dħul ta’
l-Università  dwar id-dħul ta’ l-istudenti, u għandu jagħmel ir-
rakkomandazzjonijiet lis-Senat dwar il-program akkademiku u
dwar ħtiġiet oħra li jolqtu t-tmexxija xierqa tal-kors.
Eliġibilità  għaċ-
Ċertifikat.
4. Biex ikun eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat, l-istudent irid
ikun:
(a) irreġistrat bħala student u jkun temm il-kors b’suċċess
skond dawn ir-regolamenti;
(b) temm il-programm ta’ l-istudji, għadda mill-eżamijiet
finali u ssodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti
f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) issodisfa r-rekwiżiti kollha preskritti fl-istatuti u r-
regolamenti rilevanti l-oħra ta’ l-Università .
Ir-rekwiżiti għad-
dħul.
5. L-istudenti għandhom jiġu nominati mill-Kummissarju tal-
Pulizija u jistgħu jirreġistraw għall-kors skond ir-Regolamenti
għad-Dħul jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) għandhom ir-Rekwiżiti Ġenerali għad-Dħul biex
jirreġistraw bħala studenti regolari, kif stipulat fir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ; jew
(b) huma membri fil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta fi grad ta’
Surġent jew ogħla, u juru lill-Bord ta’ l-Istudji li huma
2 L.S.327.122 ħ KORS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT FL-ISTUDJI TAL-PULIZIJA
għandhom il-ħila akkademika biex isegwu l-kors bi
profitt.
It-tul tal-kors. 6. Il-kors jestendi fuq żewġ semestri ta’ studju fuq bażi full-
time.
Il-programm tal-
kors.
7. (1) Il-kors huwa magħmul minn taqsimiet studju, li
għalihom jiġu assenjati mhux inqas minn wieħed u għoxrin (21)
kredtu, f’oqsma ta’ studju li huma direttament relatati max-xogħol
tal-pulizija u ma’ dawk l-istudji li jsostnu l-istudji tal-pulizija.
(2) Katalogu ta’ taqsimiet studju, li juri l-kredti assenjati lil
kull waħda, u liema taqsimiet studju huma obbligatorji, għandu
jkun ippubblikat fil-bidu tal-kors.
(3) It-taqsimiet studju jistgħu jinkludu lectures, seminars,
tutorials, xogħol prattiku, proġetti, ħidma fuq il-post jew
abbinament bejn uħud minn dawn skond ma jkun meħtieġ.
(4) Kull taqsima studju tista’ tiġi valutata permezz ta’ xogħol
matul il-kors, testijiet bil-miktub jew orali jew abbinament ta’
dawn kif meħtieġ u kif stabbilit mill-Bord ta’ l-Istudji.
Valutazzjoni. 8. (1) Ir-riżultati għandhom jiġu pubblikati skond il-gradi li
ġejjin: A, B, C u D. F tfisser li weħel u I tfisser li mhux komplet.
(2) L-istudenti li jeħlu fil-valutazzjoni ta’ taqsima studju
għandhom jitħallew jagħmlu riparatorju darba biss. Jekk jgħaddu,
l-ogħla grad li jistgħu jiksbu huwa grad D. Fil-każ li ma jgħaddux,
l-istudenti għandhorn jitqiesu li weħlu għal kollox f’dik it-taqsima
studju.
L-eżamijiet finali. 9. (1) L-eżamijiet finali komprensivi għandhom jikkonsistu
f’ewġ (2) karti bil-miktub u għandhom isiru fi tmiem il-kors. Dawk
l-istudenti biss li jiksbu mhux inqas minn wieħed u għoxrin (21)
kredtu għandhom jitħallew joqogħdu għall-eżamijiet finali.
(2) L-istudenti li jeħlu f’xi waħda mill-karti ta’ l-eżamijiet
jitħallew jerġgħu joqogħdu għall-karta jew karti li weħlu minnhom
darba oħra fi żmien mhux aktar minn sitt (6) xhur mid-data meta
ġew ippublikati r-riżultati. L-ogħla grad li jista’ jingħata wara din
is-sessjoni riparatorja jkun grad D. L-istudenti li jeħlu fir-
riparatorju jitqiesu li weħlu fil-kors.
Ir-riżultati. 10. (1) Il-klassifika finali ta’ l-istudenti għandha tkun
ibbażata fuq il-valutazzjoni tat-taqsimiet studju (inklużi l-prattiċi)
u l-eżami finali skond il-piż kif ġej:
Taqsimiet studju (esklużi l-prattiċi) 50%
Taqsimiet studju prattiċi 10%
L-Eżamijiet Finali 40%.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti taċ-
Certifikat għandhom ikunu ppubblikati f’ordni alfabetiku fil-
kategoriji li ġejjin:
Għadda b’distinzjoni
Għadda.
KORS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT FL-ISTUDJI TAL-PULIZIJA ġ L.S.327.122 3
