KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
MUSIC STUDIES - DIP. MUS. ġ L.S.327.125 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.125
REGOLAMENTI TAL-KORS 
GĦAD-DIPLOMA IN MUSIC STUDIES - DIP. MUS.
28 ta’ April, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 107 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviż Legali 53 ta’ l-
2003.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Music Studies - Dip. Mus.
(2) F’dawn ir-Regolamenti, kernm-il darba r-rabta tal-kliem
ma teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut Mediterranju;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Music Studies - Dip. Mus.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma fl-Istudji tal-
Mużika - Dip. Mus.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 53 ta’ l-2003.
2. Dawn ir-Regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet
li jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Eliġibbilità  għad-
Diploma.
3. (1) Kandidat għandu biex ikun eliġibbli għad-Diploma:
(a) jirreġistra u jtemm b’suċċess il-kors kif speċifikat
hawn taħt u kull qasam ieħor approvat kif provdut
f’dawn ir-Regolamenti;
(b) jgħaddi l-eżami finali għad-Diploma;
(ċ) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha stabbiliti f’dawn ir-
regolamenti u Statuti u Regolamenti relevanti oħra ta’
l-Università .
Reġistrazzjoni u 
rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
4. Kandidat jista’ jirreġistra għall-kors jekk huwa jkun
eleġibbli biex jidħol fl-Università  bħala student regolari fit-termini
tar-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università .
It-tul tal-kors.
tliet snin ta’ studju part-time.
(2) Student ma jistax joqgħod għall-eżami finali iktar kmieni
minn tliet snin wara d-dħul fil-kors.
(3) Il-Bord jista’ jħalli student, għal raġuni tajba u suffiċjenti,
jestendi l-istudji tiegħu fuq massimu ta’ erba’ snin bil-
kondizzjonijiet li l-Bord jista’ jiddetermina f’kull każ.
Il-kors ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 53 ta’ l-2003.
6. (1) Il-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li huma
assenjati mhux inqas minn 24 u mhux iktar minn 28 kredtu.
(2) Fil-bidu tal-kors, l-istudenti huma meħtieġa jagħżlu li
jsegwu programm ġenerali fil-Music Studies jew qasam ta’ studju
speċjalizzat (bħal Sacred Music jew Chamber Music), skond il-
programm ta’ studju approvat mill-Bord.
(3) Il-Bord javża liema huma l-oqsma ta’ studju li se jkunu
2 L.S.327.125 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
MUSIC STUDIES - DIP. MUS.
offruti qabel il-bidu ta’ kull kors.
Katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
7. (1) Il-Bord għandu jippubblika, bl-approvazzjoni tas-Senat
qabel il-bidu ta’ kull sena akkademika, katalogu ta’ taqsimiet
studju u kredti assenjati lil kull taqsima studju.
(2) Il-katalogu għandu jagħti d-dettalji ta’ taqsimiet studju u
għandu jinkludi wkoll il-metodu tal-valutazzjoni għal kull taqsima
studju, liema taqsimiet studju għandhom jittieħdu flimkien, u liema
taqsimiet studju huma pre-rekwiżiti jew rakkomandati.
Progress. 8. (1) lt-taqsimiet studju huma mfasslin b’mod li l-kors jista’
jkun mitmum fi tliet snin.
(2) Student jinħtieġ f’kull sena tal-kors jirreġistra għal numru
ta’ taqsimiet studju li għalihom huma assenjati total ta’ mhux inqas
minn 8 u mhux aktar minn 10 kredti.
(3) Il-kredti huma assenjati skond dawn il-gradi f’ordni ta’
mertu li jibdew mill-ogħla sa l-inqas wieħed: A, B, C, D, u F fejn F
tfisser Weħel.
(4) Student li jirreġistra għal taqsima studju u ma jtemmhiex
għandu jitqies li weħel rninn dik it-taqsima studju.
(5) Student li jonqos milli jikseb kredtu għal taqsima studju
għandu normalment jitħalla jagħmel riparatorju darba biss. Jekk
jeħel fir-riparatorju, huwa għandu jitħalla jirrepeti t-taqsima studju
darba, f’liema każ il-valutazzjoni tiegħu għandha tkun gradata jew
"D" jew "Weħel". Ma għandux ikun hemm riparatorju meta taqsima
studju hija repetuta.
(6) Taqsimiet studju għandhom ikunu offerti f’livelli
differenti. Taqsimiet fundamentali għandhom jingħataw fil-Livell 1
waqt li taqsimiet aktar avanzati għandhorn ikunu offerti fil-Livelli
2 jew 3.
(7) Student li jikseb inqas minn 7 kredti f’xi sena tal-kors ma
għandux jitħalla jkompli l-kors jew joqgħod għall-eżamijiet finali
ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bl-approvazzjoni tas-Senat.
(8) Student ma jistax joqgħod għal taqsima studju li għaliha
m’għandux rekwiżiti jew mingħajr ma jieħu t-taqsimiet studju kif
avzati li jittieħdu flimkien, ħlief bil-permess tal-Bord.
Eżamijiet finali. 9. (1) Eżamijiet finali għandhom isiru darba fis-sena,
normalment f’Mejju-Ġunju, u għandhom ikunu magħmulin minn
żewġ karti. Jista’ jsir ukoll eżami prattiku.
(2) Student jeħtieġ li joqgħod għall-eżami finali meta jtemm
il-kors.
(3) Il-kredti għandhom għall-għan tar-regolament 8(5)
jingħataw provviżorjament lil student għal dawk it-taqsimiet studju
li jintemmu proprju qabel l-eżamijiet finali li jkun qiegħed jieħu,
sakemm il-livell milħuq ta’ l-istudent matul it-taqsima studju jkun
ikkunsidrat sodisfaċenti.
Riżultat finali. 10. (1) Ir-riżultat finali ta’ student għandu jqis l-livell milħuq
ta’ l-istudent fl-eżamijiet finali kif ukoll il-kredti u l-gradi miksuba
matul il-kors.
KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
MUSIC STUDIES - DIP. MUS. ġ L.S.327.125 3
(2) L-istudent ma għandux jikkwalifika għad-Diploma jekk ma
jgħaddix mill-eżamijiet finali f’sezzjoni waħda.
(3) L-eżamijiet finali għandhom piz ta’ 50% għar-riżultat
finali. It-taqsimiet studju għandhom il-piz tal-50% li jibqgħu. Jekk
iktar minn 24 kredtu huma miksubin mill-istudent, il-kredti
obbligatorji għandhom l-ewwel ikunu ikkunsidrati segwiti bl-aħjar
kredti fakultativi.
(4) L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw għad-Diploma
għandhom ikunu ppubblikati fir-rizultati finali f’ordni alfabetiku
fil-kategoriji:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
Ir-riparatorju.
preġudizzju għar-regolamenti 5(2) u 9(2) jitħalla mill-Bord ta’ l-
Istudji jerġa’ jagħmel l-eżamijiet finali kollha darba bil-
kondizzjonijiet li dan il-Bord jista’ jiddetermina f’kull każ. Jekk
jgħaddi, dan l-istudent għandu jitqiegħed fil-kategorija ta’ għadda
fir-riżultati finali.
