KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
ACCOUNTANCY (HONOURS) - B.ACCTY. (HONS.) ġ L.S.327.126 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.126
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ACCOUNTANCY (HONOURS) - 
B.ACCTY. (HONS.)
28 ta’ April, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 108 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 167 u 237
ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Accountancy (Honours) - B.Accty.
(Hons).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija,
Management u Accountancy;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Accountancy (Honours)
- B. Accty. (Hons.);
"il-kors" ifisser il-kors ta’ studji li jwassal għall-Grad ta’
Bachelor of Accountancy (Honours) - B. Accty. (Hons).
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 167 ta’ l-
1998;
A.L. 237 ta’ l-
1998.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għal korsijiet li
jibdew f’Ottubru 1999 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Kandidat għandu biex ikun eligibbli għall-Grad:
(a) jirreġistra bħala student regolari għall-kors skond ir-
regolamenti 4 u 5;
(b) itemm il-kors, jikkwalifika fl-eżamijiet u jissodisfa
kull rekwiżit ieħor preskritt f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfa kull rekwiżit ieħor preskritt fi Statuti u
f’Regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
Ir-reġistrazzjoni.
żmien speċifikat mill-Uffiċċu tar-Reġistratur.
Rekwiżiti għall-
kors.
Sostitwit:
A.L. 167 ta’ l-
1998.
5. Kandidat jista’ jidħol fil-kors jekk:
jew
(a) jissodisfa r-rekwiżiti kollha li jwasslu għall-grad ta’
Bachelor of Commerce - B.Com. - u tqiegħed fil-
Kategorija IIB jew aħjar, u għadda mill-erba’ karti fl-
Accountancy b’minimu żewġ Gradi B u żewġ Gradi Ċ
(Grad B ieħor jew Grad A wieħed għandu jikkompensa
għal mhux aktar minn Grad D wieħed);
jew
(b) jissodisfa r-rekwiżiti kollha li jwasslu għall-grad ta’
Bachelor of Science (Business and Computing) u
2 L.S.327.126 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
ACCOUNTANCY (HONOURS) - B.ACCTY. (HONS.)
tqiegħed fil-Kategorija IIB jew aħjar, u għadda mill-
erba’ karti fil-Business b’minimu ta’ Grad B u tliet
Gradi Ċ (Grad B iehor jew Grad A wieħed għandu
jikkompensa għal mhux aktar minn Grad D wieħed);
iżda kandidati aċċettati taħt din il-klawsola għandhom
jgħaddu minn eżami intermedju li jikkonsisti mill-
erba’ karti ta’ l-eżami finali fl-Accountancy tal-grad
tal-B.Com., u jiksbu l-minimu ta’ żewġ Gradi B u
żewġ Gradi Ċ (Grad B ieħor jew Grad A wieħed
għandu jikkompensa għal mhux aktar minn Grad D
wieħed) qabel ma jitħalla joqgħod għall-eżami finali.
L-istruttura tal-
kors.
6. (1) Il-kors għandu normalment jestendi fuq perjodu ta’
sentejn.
(2) Student ma jistax joqogħod għall-eżami finali aktar tard
minn sentejn mill-ewwel reġistrazzjoni għall-kors ħlief bil-permess
tas-Senat mogħti f’ċirkostanzi speċjali.
(3) Il-kors għandu jikkonsisti f’numru ta’ taqsimiet studju.
Jingħataw kredti lil studenti li jtemmu b’suċċess it-taqsimiet
studju.
(4) Katalogu tat-taqsimiet studju, bil-kredti assenjati lil kull
waħda minnhom, għandu jkun ippubblikat fil-bidu ta’ kull sena
akkademika wara l-approvazzjoni tal-Bord.
(5) Kandidat jenħtieġ jikseb mhux anqas minn 34 kredtu biex
itemm il-kors. Il-kredti għandhom jintgħażlu minn lista ta’
taqsimiet studju speċifikati fil-livell bl-Unuri fl-Accountancy.
Proġett 
individwali.
7. Studenti jinħtieġu jiktbu dissertazzjoni/rapport ta’ proġett
dwar suġġett approvat mill-Bord li għandu jkun sottomess għall-
eżami qabel tmiem il-kors.
L-eżami finali. 8. (1) Fit-trniem tal-kors u wara li jikseb in-numru ta’ kredti
stipulati mir-regolarnent 6(5), student jinħtieġ joqgħod għall-eżami
finali; iżda studenti aċċettati taħt ir-regolament 5(b) jinħtieġu
jgħaddu wkoll l-eżami intermedju kif preskritt fir-regolament qabel
ma jithallew joqogħdu għall-eżami finali.
(2) L-eżami finali għandu jikkonsisti f’seba’ karti u
f’dissertazzjoni/proġett. Jista’ jsir ukoll eżami viva voce.
(3) Id-dissertazzjoni u l-eżamijiet huma ggradati fl-ordni ta’
rnertu mill-għoli sa l-inqas: A, B, C, D, u F. fejn F tindika Weħel.
(4) Għandu jikun hemm żewġ sessjonijiet ta’ eżamijiet:
sessjoni li ssir normalment f’Ġunju u sessjoni supplimentari li ssir
normalment f’Settembru.
L-eżami 
supplimentari u 
tmiem il-korsijiet.
9. (1) Studenti li jeħlu f’mhux iktar minn tliet karti ta’ l-
eżami finali jistgħu jitħallew joqogħdu għal eżami supplimentari
fis-sessjoni ta’ wara fil-karti li jkunu weħlu.
(2) Studenti ma jitħallewx jirrepetu l-eżamijiet finali ħlief fil-
każ fejn student jeħel f’karta waħda biss ta’ l-eżami. Student li
jeħel f’karta waħda biss ta’ l-eżami supplimentari jinħtieġ jirrepeti
l-eżami finali kollu fis-sena ta’ wara.
(3) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament it-terminu ’karta’
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
ACCOUNTANCY (HONOURS) - B.ACCTY. (HONS.) ġ L.S.327.126 3
jinkludi dissertazzjoni / proġett.
L-iggradar finali.
livell milħuq mill-istudent fl-eżami finali, li għandu jammonta għal
70% tal-piż finali, iċ-ċertifikati ta’ kredti u gradi oħra miksuba
matul il-kors li għandhom igħoddu għat-30% l-oħra.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għotja tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’ordni alfabetiku f’lista
maqsuma fil-kategoriji li ġejjin:
L-Ewwel Klassi
It-Tieni Klassi Livell Superjuri
It-Tieni Klassi Livell Inferjuri
It-Tielet Klassi.
