KORS GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA IN 
EDUCATIONAL PLANNING AND 
MANAGEMENT IN SMALL STATES ġ L.S.327.127 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.127
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-
POSTGRADUATE DIPLOMA IN EDUCATIONAL 
PLANNING AND MANAGEMENT IN SMALL STATES
28 ta’ April, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 111 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Postgraduate Diploma in Educational Planning and
Management in Small States.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji, maħtur fit-termini tar-
regolament 5(1);
"id-Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in Educational
Planning and Management in Small States;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Postgraduate Diploma in
Educational Planning and Management in Small States.
Applikabilità
jibdew minn Jannar 1995 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Kandidat għandu biex ikun eligibbli għall-għoti tad-
Diploma:
(a) jirreġistra bħala student regolari ta’ l-Università ;
(b) jtemm l-istudji xierqa li jikkonsistu f’xogħol matul il-
kors u xogħol prattiku fit-Tmexxija u Pjanar
Edukattiv;
(ċ) jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dawn ir-
regolamenti.
Reġistrazzjoni.
(a) eliġibbli għal dħul fl-Università  bħala student regolari
fit-termini tar-Regolarnenti tad-Dħul ta’ l-Università ;
u
(b) fil-pussess ta’ grad minn Università  rikonoxxuta mis-
Senat, jew jippossjedi kwalifiki professjonali xierqa
flimkien ma’ esperjenzi professjonali relatati ta’ tliet
snin li huma aċċettabbli għall-Bord.
(2) Applikanti jistgħu jintalbu li jattendu intervisti għall-
għanijiet ta’ valutazzjoni tal-kwalitajiet u sfond meħtieġa skond ir-
regolament 1 tar-Regolamenti tad-Dħul.
Il-Bord ta’ l-
Istudji.
5. (1) L-amrninistrazzjoni ġenerali tal-kors għandha tkun
fdata lil Bord ta’ l-Istudji kompost minn Chairman, Direttur tal-
kors u tliet membri. Dan il-Bord huwa maħtur mis-Senat fuq
2 L.S.327.127 ħ
KORS GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA IN 
EDUCATIONAL PLANNING AND 
MANAGEMENT IN SMALL STATES
rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istitut tal-Gżejjer u Stati Żgħar.
(2) Id-Direttur tal-kors għandu jkun responsabbli għar-
redazzjoni tas-sillabi u l-elenki tal-kors, kif ukoll għall-
preparazzjoni jew disposizzjonijiet għad-disponsibilità  ta’ materjal
ta’ appoġġ bil-koperazzjoni u l-approvazzjoni tal-Bord.
Il-kors ta’ studji. 6.  Il-kors jestendi fuq sena akkademika ta’ studji full-time
jew l-ekwivalenti u jikkonsistu f’taqsimiet studju u xogħol prattiku,
li huma assenjati 30 kredtu.
Valutazzjoni. 7. (1) Studenti għandhom ikunu valutati fit-taqsimiet studju
matul il-kors skond il-kriterji stabiliti mill-Bord.
(2) L-iskema ta’ ggradar li ġejja għandha tkun segwita fl-għoti
tal-kredti: A, B, C, D u F, f’ordni ta’ mertu mill-għola sa l-inqas
b’F li tindika Weħel.
(3) Student li jeħel fil-valutazzjoni ta’ kredtu għandu jingħata
riparatorju. Jekk igħaddi fir-riparatorju, il-grad ’D’ għandu
jingħata.
(4) Student għandu jitqies li ssodisfa l-kriterji ta’ valutazzjoni
tal-kors jekk jikseb 25 kredtu.
Gradar finali. 8. L-ismijiet ta’ l-istudenti li jgħaddu d-Diploma għandhom
ikunu ppubblikati f’ordni alfabetika fil-kategoriji:
Għadda b’Distinzzjoni
Għadda.
