GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - 
FL-ISTITUT TA’ L-AGRIKOLTURA ġ L.S.327.128 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.128
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - 
FL-ISTITUT TA’ L-AGRIKOLTURA
5 ta’ Mejju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 116 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - fl-Istitut ta’ l-
Agrikoltura.
(2) F’dawn l-Ordinamenti, kemm-il darba r-rabta ta’ kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut ta’ l-Agrikoltura;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Master of
Philosophy - M.Phil.
Applikabilità .
jibdew minn Ottubru 1996 jew wara.
Eligibilità  għad-
Dħul.
3. Il-kors għandu jkun miftuħ għal kandidati li għandhom fit-
termini tal-paragrafu 2 tar-Regolamenti relevanti:
(a) grad fl-Agrikultura, Ortikultura, Xjenza Veterinarja
jew Bioloġija; jew
(b) grad, fejn l-Agrikultura jew il-Bijoloġija kienet il-
qasam ta’ studju ewlieni; jew
(ċ) grad fl-Ekonomija, Kimika, Inġinerija jew Ġeografija
u jixtiequ jsegwu l-kors billi jagħmlu xogħol ta’
riċerka fl-Ekonomija Agrikola, il-Kimika Agrikola, l-
Inġinerija Agrikola jew il-Ġeografija Agrikola
rispettivament. Il-Bord għandu jikkonsidra
applikazzjonijiet minn persuni li għandhom grad
f’oqsma oħra ta’ studju sakemm dawn l-oqsma
għandhom aspett agrikolu bħal fil-każ ta’ l-Ekonomija,
il-Kimika, l-Inġinerija u l-Ġeografija.
Reġistrazzjoni.
grad bl-Unuri tajjeb, normalment mhux inqas mit-Tieni Klassi
Taqsima Superjuri minn l-Università  ta’ Malta jew Università  oħra
approvata. Il-Bord jista’ f’każijiet speċjali jħalli kandidnti li ma
jissodisfawx dan ir-rekwiżit li jirreġistraw iżda tali kandidati
għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżiti addizzjonali li jinkludu it-
teħid ta’ wieħed jew iktar eżamijiet ta’ kwalifika.
Dissertazzjoni.
jinkludu t-titolu tad-dissertazzjoni proposta u deskrizzjoni qasira
tagħha.
(2) It-tul tad-dissertazzjoni m’għandux normalment jaqbeż il-
2 L.S.327.128 ħ
GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - 
FL-ISTITUT TA’ L-AGRIKOLTURA
50,000 kelma, sakemm il-Bord ma jispeċifikax mod ieħor.
(3) Student għandu jkun meħtieġ li jissottometti tliet kopji tad-
dissertazzjoni għall-eżami, li għandhom ikunu llegati bi drapp
iswed bi qxur iebsin u kwalità  ta’ karta tajba u li jkollhom ittri lewn
id-deheb fuq il-faċċata ta’ quddiem li juru (a) isem l-istudent, (b)
it-titolu tad-dissertazzjoni, (ċ) "M.Phil", (d) is-sena ta’
sottomissjoni; u (a), (ċ) u (d) biss fuq id-dahar.
(4) It-test għandu jkun ittajpjat fuq karti A4, naħa waħda biss,
bi spazju doppju u b’marġni ta’ 40mm lejn ix-xellug u mill-inqas
20mm fuq in-naħa ta’ fuq, t’isfel u tal-lemin.
