GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FL-ISTITUT TA’ L-AGRIKOLTURA ġ L.S.327.129 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.129
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FL-ISTITUT TA’ L-AGRIKOLTURA
5 ta’ Mejju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 117 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - fl-Istitut ta’ l-Agrikoltura.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba ir-rabta ta’ kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut ta’ l-Agrikoltura;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Doctor of
Philosophy - Ph.D.
Applikabilità .
jibdew minn Ottubru 1996 jew wara.
Eliġibilità  għad-
dħul.
3. Il-kors għandu jkun miftuħ għal kandidati li għandhom:
(a) grad ta’ Master of Science - M.Sc. - jew fix-Xjenza
Agrikoli jew fil-Farmaċija Agrikola u Veterinarja ta’ l-
Università  ta’ Malta; jew
(b) grad ta’ Bachelor of Science (Hons) - B.Sc. (Hons) - fl-
Agrikoltura, l-Ortikultura, il-Bioloġija jew ix-Xjenza
Veterinarja minn l-Università  ta’ Malta jew minn
Università  oħra approvata, sakemm l-Unuri miksubin
mhumiex inqas mit-Tieni Klassi Taqsima Superjuri;
jew
(ċ) grad ogħla fl-Agrikoltura minn l-Università  ta’ Malta
jew minn Università  oħra approvata;
Iżda l-kandidati li japplikaw taħt il-paragrafu (b)
għandhom jirreġistraw l-ewwel bħala kandidati għall-Grad ta’
Master of Philosophy - M.Phil.
Reġistrazzjoni.
deskrizzjoni qasira tal-faċilitajiet sperimentali meħtieġa għall-
istudju tar-riċerka proposta, kif ukoll indikazzjoni ta’ l-infiq totali
involut.
Teżi.
100,000 kelma sakemm il-Bord ma jispeċifikax mod ieħor.
(2) Student għandu jkun meħtieġ jissottometti erba’ kopji tat-
teżi li tlieta minnhom għandhom ikunu llegati bi drapp iswed bi
qxur iebsin u bi kwalità  ta’ karta tajba u li jkollhom ittri lewn id-
deheb fuq il-faċċata ta’ quddiem li juru (a) isem l-istudent, (b) it-
titolu tat-teżi, (ċ) "Ph.D.", (d) is-sena ta’ sottomissjoni; u (a), (ċ) u
(d) biss fuq id-dahar.
2 L.S.327.129 ħ
GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FL-ISTITUT TA’ L-AGRIKOLTURA
(3) It-test għandu jkun ittajpjat fuq karti A4, naħa waħda biss,
bi spazju doppju u b’marġni ta’ 40mm lejn ix-xellug u mill-inqas
20mm fuq in-naħa ta’ fuq, t’isfel u tal-lemin.
