DIPLOMA FL-ISTUDJI TAX-XOGĦOL ġ L.S.327.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.13
REGOLAMENTI GĦAD-DIPLOMA
FL-ISTUDJI TAX-XOGĦOL
12 ta’ Ottubru, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 158 ta’ l-1990, kif emendat bl-Avviż Legali 26 ta’ l-
1997.
Titolu.
Emendat:
A.L. 26 ta’ l-1997.
It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti għad-
Diploma fl-Istudji tax-Xogħol, u dawn ir-regolamenti japplikaw
għall-korsijiet mibdija f’Ottubru 1994 jew wara.
Reġistrazzjoni.
għad-Diploma fl-Istudji tax-Xogħol:
jew (a) bħala student regolari ta’ l-Università
jew (b) bħala student-bi-prova skond ir-regolament 3 tar-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università .
1.1.1 Kandidat li hu reġistrat bħala student-bi-prova jkun jista’
jirreġistra bħala student regolari ta’ l-Università  meta jtemm
b’suċċess l-unitajiet ta’ studju fl-Oqsma Ewlenin (Livell I) kif
imsemmi fir-regolament 2.5.
1.2 Kandidat li japplika għar-reġistrazzjoni jista’ jkun mistenni
joqgħod għal intervista immexiha mid-Dipartiment tal-Politika
Pubblika li fiha jkunu eżaminati x-xejriet tiegħu għall-Istudji tax-
Xogħol.
Il-kors ta’ l-istudji.
magħmul minn:
(a) unitajiet ta’ studju li għalihom huma mogħtija mhux
inqas minn 20 kreditu,
(b) dissertazzjoni, u
(ċ) eżamijiet finali.
2.2 Il-kors hu offrut biss bħala part-time.
2.3 Katalgu ta’ l-unitajiet ta’ studji, bil-kredti mogħtija lil kull
unità  jkun ippubblikat qabel ma jibda kull semestru.
2.4 Xi unitajiet ta’ studju jistgħu jkunu indikati bħala
fakultativi.
Sostitwit:
A.L. 26 ta’ l-1997.
2.5 (i) Il-Kors jinkludi:
(a) programm Bażiku (Livell 1) b’taqsimiet studju f’dawn:
Ekonomija
Soċjoloġija
Psikoloġija
Xjenza Politika
(b) programm ċentrali (Livell 2) b’taqsimiet studju fit-
teorija u l-prattika fir-relazzjonijiet industrijali; u
(ċ) programm ta’ taqsimiet studju li jistgħu jintgħażlu
2 L.S.327.13 ħ DIPLOMA FL-ISTUDJI TAX-XOGĦOL
(Livell 3) fi kwistjonijiet u kapaċitajiet ta’ policy.
(ii) It-taqsimiet studju għall-kors li jwassal għad-diploma
jkunu speċifikati mill-Bord tal-Fakultà  qabel il-bidu ta’ kull kors.
2.6 X’uħud mill-unitajiet ta’ studju jistgħu jinvolvu xogħol
prattiku taħt tmexxija. Il-kandidati jistgħu jkunu mistennija
jissottomettu rapporti bil-miktub fuq ix-xoghol prattiku tagħhom u
dan jitqies bħala parti essenzjali tal-kors li għalih jingħataw krediti.
2.7 F’kull semestru tal-kors, kandidati jiġu valutati fl-unitajiet
ta’ studju magħmula matul dak is-semestru skond il-kriterji
mwaqqfa mill-Board tal-Fakultà .
2.8 Student li jeħel f’xi unità  ta’ studju jista’ jitħalla jirrepeti l-
proċedura tal-valutazzjoni ta’ l-unità  ta’ studju jew l-unità  ta’
studju sħiħa. Student jitħalla jagħmel riparatorju wieħed biss f’kull
unità  ta’ studju. F’kull wieħed minn dawn il-każijiet l-oghla grad li
student jista’ jikseb hu li "Għadda".
Sostitwit:
A.L. 26 ta’ l-1997.
2.9 L-unitajiet ta’ studju jkunu mqassmin b’mod li kors ta’
studju jista’ jintemm f’perjodu ta’ mhux inqas minn żewġ semestri
u mhux iktar minn erba’ semestri ta’ studju full-time jew l-
ekwivalenti fi studju part-time. 
2.9.1 F’ċirkostanzi straordinarji, wara li tingħata twissija
meħtieġa, il-Koordinatur tal-kors tad-Diploma jista’ jirrakkomanda
lill-Bord tal-Fakultà  li jintemm l-istatus ta’ kandidat jekk, fuq il-
bażi ta’ rapporti mogħtijin mil-letturi involuti, il-Koordinatur
m’hux sodisfatt li l-istudent qiegħed jagħmel il-progress mistenni.
Dissertazzjoni. 3.1 Kull kandidat hu mistenni li jikteb dissertazzjoni ta’
madwar 10,000 kelma f’qasam ta’ studju approvat.
3.2 Id-dissertazzjoni trid tkun sottomessa għall-eżami xahrejn
kalendarji qabel it-tmiem ta’ l-eżamijiet finali.
3.3 Id-dissertazzjoni trid taqbel mal-kriterji mwaqqfa mill-
Bord tal-Fakultà .
L-eżamijiet finali. 4.1 Għandhom isiru eżamijiet finali komprensivi bil-miktub fl-
aħħar tal-kors. Dawk il-kandidati biss li jkunu ġabu mill-anqas 20
kredtu jitħallew jidħlu għall-eżami.
4.2 Il-grad finali (Distinzjoni, Mertu, Għadda, Weħel) ikun
ibbażat fuq ix-xogħol tal-kors, id-dissertazzjoni u l-eżamijiet finali
b’dawn il-proporzjonijiet: xogħol tal-kors 40%; dissertazzjoni
20%; eżamijiet finali 40%. Il-kandidat ma jingħatax id-Diploma
jekk ma jgħaddix mix-xogħol tal-kors, mid-dissertazzjoni u mill-
eżamijiet finali.
4.3 Il-kandidati jistgħu jkunu mistennija wkoll li joqogħdu
għal eżami viva voce.
Eliġibilità . 5.1 Biex ikun jista’ jingħata d-Diploma fl-Istudji tax-Xogħol
kandidat irid:
(a) ikun temm l-istudji proprji (xogħol tal-kors u
dissertazzjoni) fl-Istudji tax-Xogħol;
(b) jgħaddi mill-eżamijiet kollha preskritti; u
(ċ) ikun issodisfa r-rekwiżiti kollha mniżżla f’dawn ir-
DIPLOMA FL-ISTUDJI TAX-XOGĦOL ġ L.S.327.13 3
regolamenti.
