KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN 
BAROQUE STUDIES - M.A ġ L.S.327.130 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.130
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN BAROQUE STUDIES - M.A.
5 ta’ Mejju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 118 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviż Legali 138 ta’ l-
2001.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Arts in Baroque Studies - M.A.
(2) F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma teħtieġx xort’oħra:
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut Internazzjonali għall-Istudji
fil-Barokk;
"il-Grad" ifisser il-Grad li jwassal għall-Grad ta’ Master of Arts
in Baroque Studies - M.A.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Master of Arts in
Baroque Studies - M.A.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 138 ta’ l-
2001.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
bdew f’Ottubru 2000 jew wara.
Eliġibilità  għad-
dħul.
Emendat:
A.L. 138 ta’ l-
2001.
3. (1) Il-kandidati jistgħu jirreġistraw għall-kors normalment
jekk ikollhom grad ta’ Bachelor mogħti bit-Tieni Klassi bl-Unuri
jew kwalifika ekwivalenti f’suġġett jew suġġetti aċċettabbli għall-
Bord minn l-Università  ta’ Malta jew minn Università  oħra
rikonoxxuta mis-Senat għal dan il-għan:
Iżda l-kandidati li jkollhom il-grad mogħti f’livell inqas
mit-Tieni Klassi bl-Unuri jistgħu jiġu aċċettati b’xi kondizzjoni
oħra, inkluża l-kondizzjoni li jsegwu programm ta’ studju
preparatorju jew supplimentari kif diretti mill-Bord, sabiex dawn
il-kandidati jingħataw l-opportunità  li jilħqu l-livell tat-Tieni
Klassi bl-Unuri.
(2) L-applikanti kollha għandhom qabel ikunu ammessi li
jirreġistraw għall-kors ikunu approvati mill-Bord, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Koordinatur tal-kors, bħala li jippossjedu t
taħriġ, it-tagħrif u l-kapaċitajiet meħtieġa għall-kors.
It-tul tal-kors.
(a) isegwu fuq bażi full-time u jtemmu b’suċċess mill-
inqas tmien taqsimiet studju, li l-kontenut tagħhom
għandu jkun determinat mill-Bord, u jkun approvat
mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Koordinatur
tal-kors; u
(b) jippreżentaw dissertazzjoni miktuba fuq suġġett
approvat mill-Bord fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Koordiantur tal-kors mhux inqas minn 15 u mhux iktar
minn 25 xahar skond il-kalendarju wara r-
2 L.S.327.130 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN 
BAROQUE STUDIES - M.A
reġistrazzjoni. Il-Bord jista’ qabel il-preżentazzjoni
tad-dissertazzjoni, jestendi l-perjodu ta’ 24 xahar għal
perjodu ieħor li ma jeċċedix sitt xhur skond il-
kalendarju.
Is-superviżjoni tad-
dissertazzjoni.
5. Il-Bord għandu jaħtar superviżur għal kull student. L-
istudent għandu jirrapporta lis-superviżur mill-inqas darba kull
xahrejn u barra minn hekk frekwentament skond kemm is-
superviżur jqies li jkun meħtieġ. Is-superviżur jista’ jirreferi lill-
Bord, student li huwa jikkunsidra x-xogħol tiegħu mhux
sodisfaċenti u għandu jirreferi għall-approvazzjoni tal-Bord, kull
modifikazzjoni sostanzjali fit-titolu jew fil-kontenut tad-
dissertazzjoni proposta. Ebda dissertazzjoni ma għandha tkun
sottomessa lill-eżaminaturi mingħajr iċ-ċertifikat, iffirmat mis-
superviżur, li l-istudent ikkonforma ma’ dawn ir-regolamenti.
It-titolu tad-
dissertazzjoni.
6. Student għall-Grad jinħtieġ jipproponi, fi żmien erba’ xhur
mill-bidu tal-kors, suġġett partikolari għad-dissertazzjoni tiegħu;
is-suġġett għandu jaqa’ fil-qasam ta’ wieħed jew iktar mill-oqsma
ta’ studju offerti u l-proposta ta’ riċerka għandha tkun dettaljata
kemm jista’ jkun sabiex il-Bord ikun jista’ jivvaluta l-adattabilità
tagħha.
Il-kontenut tad-
dissertazzjoni.
7. (1) Kull dissertazzjoni għandha:
(a) tkun jew ġabra ta’ xogħol oriġinali jew espressjoni
ordinata u kritika ta’ data eżistenti fuq suġġett
partikolari;
(b) tissodisfa lill-Bord relevanti rigward l-ilsien u l-
preżentazzjoni letterarja; u
(ċ) twettaq l-ispeċifikazzjonijiet kollha tar-regolament
7(2) dwar it-tul u regolament 8 dwar il-format.
(2) Id-dissertazzjoni m’għandhiex tkun inqas minn 20,000
kelma u mhux iktar minn 25,000 kelma, li jinkludu l-footnotes iżda
li jeskludu l-bibljografija u l-appendiċi.
(3) L-ebda dissertazzjoni ma għandha tkun aċċettata li hija
identika fis-sustanza ma’ dissertazzjoni diġà  sottomessa għal grad
fl-Università  ta’ Malta jew f’università  oħra rikonoxxuta mis-
Senat. L-ebda kandidat, madankollu, ma għandu jinżamm milli
jinkorpora dan ix-xogħol ta’ dissertazzjoni diġà  sottomess sakemm
jista’ jkun meħtieġ għall-preżentazzjoni u għal ftehim isħah ta’ l-
espożizzjoni tiegħu:
Iżda n-natura u l-iskop ta’ dan ix-xogħol inkoporat ikun
indikat b’mod ċar fid-dissertazzjoni nfisha.
Il-preżentazzjoni 
tad-dissertazzjoni.
8. Ir-regolament 8 tar-Regolamenti tal-Grad ta’ Master of
Arts - M.A. - li jirregolaw il-preżentazzjoni tad-dissertazzjoni,
għandhom jirregolaw ukoll il-preżentazzjoni tad-dissertazzjoni
għall-Grad.
L-eżami finali. 9. (1) Il-forma ta’ l-eżami finali għandha tkun kif ġej:
(a) l-Ewwel Parti: erba’ karti bil-miktub, kull waħda ta’
tul ta’ tliet sigħat, fuq l-oqsma kollha ta’ studju koperti
mill-kors;
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN 
BAROQUE STUDIES - M.A ġ L.S.327.130 3
(b) it Tieni Parti:
(i) dissertazzjoni;
(ii) eżami viva voce fuq id-dissertazzjoni u fuq il-
qasam ġenerali ta’ l-għerf li taqa’ fih.
(2) Student ma għandux jikkwalifika għall-Grad jekk ma
jgħaddix fiż-żewġ partijiet ta’ l-eżami finali.
L-eżaminaturi.
9(1), kif ukoll id-dissertazzjoni għandhom ikunu eżaminati minn
bord ta’ mhux inqas minn tliet eżaminaturi, li wieħed minnhom
għandu normalment ikun eżaminatur estern minn Università  oħra
rikonoxxuta mis-Senat.
Sottomissjoni mill-
ġdid tad-
dissertazzjoni.
11. Student li d-dissertazzjoni tiegħu tinstab li mhix
sodisfaċenti jista’ jitħalla mill-Bord, fuq ir-rakkomandazzjoni ta’ l-
eżaminaturi, li jissottomettiha mill-ġdid f’għamla riveduta fi żmien
ta’ mhux inqas minn sitt xhur skond il-kalendarju mill-jum li fih
tkun ingħatatlu lura.
Riparatorju.
jitħalla jagħmel riparatorju ta’ dik il-parti ta’ l-ezami finali darba,
taħt il-kondizzjonijiet li l-Bord jista’ jiddetermina.
Ir-riżultat finali.
ta’ l-erba’ karti bil-miktub, li għandhom ikollhom il-piż ta’ 40%, il-
merti tad-dissertazzjoni u d-difiża orali mill-istudent li għandha
jkollha l-piż ta’ 40%, u l-livell milħuq tiegħu matul il-kors, li
għandu jkollu l-piż l-ieħor ta’ 20%.
(2) Studenti li jgħaddu għandhom jikkwalifikaw għall-Grad u
isimhom għandu jkun ippublikat f’ordni alfabetiku kklassifikat kif
ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
