GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - 
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-EKONOMIJA, 
MANAGEMENT U ACCOUNTANCY ġ L.S.327.131 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.131
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. -
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-EKONOMIJA, MANAGEMENT 
U ACCOUNTANCY
5 ta’ Mejju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 119 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - fil-Fakultà  ta’ l-
Ekonomija, Management u Accountancy.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija,
Management u Accountancy;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil.;
"il-kors" ifisser il-kors ta’ studji li jwassal għall-Grad ta’ Master
of Philosophy - M.Phil.
Applikabilità.
jibdew fl-1997 jew wara.
Eliġibilità  għad-
dħul.
3. (1) Il-kors għandu jkun miftuħ għal kandidati li ggradwaw
bl-Unuri fis-suġġett propost bħala l-qasam ewlieni ta’ studju u li
laħqu l-livell superjuri tal-klassifikazzjoni fl-eżamijiet finali ta’ l-
Università  ta’ Malta jew università  oħra rikonoxxuta għal dan il-
għan mis-Senat.
(2) Is-suġġett propost għandu jkun f’wieħed minn dawn l-
oqsma ta’ studju: Ekonomija, Management, Accountancy, Politika
Pubblika, Banking and Finance u Marketing, jew kull qasam ieħor
approvat mis-Senat għal dan il-għan fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Bord.
Rekwiżiti għall-
kors.
4. (1) Applikazzjoni għandha tinkludi evidenza ta’
profiċjenza u rakkomandazzjoni mill-Kap tad-Dipartiment
konċernat u minn membru ta’ l-istaff akkademiku li huwa lest li
jaġixxi ta’ superviżur. Il-Bord jista’ jistabilixxi rekwiżiti oħrajn li
jinkludu t-teħid ta’ eżami ta’ kwalifika jew iktar.
(2) Il-Bord jista’, f’każijiet speċjali, jippermetti kandidati, li
ma jissodisfawx ir-rekwiżiti speċifikati fl-ordinament 3, li
jirreġistra skond ir-regolament 5(2) tar-Regolamenti tal-Ph.D. u l-
M.Phil.
(3) L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tinkludi t-
titolu tad-dissertazzjoni proposta u sunt qasir tagħha.
Format u 
preżentazzjoni tad-
dissertazzjoni.
5. (1) It-tul tad-dissertazzjoni m’għandux normalment ikun
iktar minn 50,000 kelma kemm-il darba ma jkunx speċifikat
2 L.S.327.131 ħ
GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - 
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-EKONOMIJA, 
MANAGEMENT U ACCOUNTANCY
xort’oħra mid-dipartiment konċernat.
(2) Student huwa meħtieġ li jissottometti tliet kopji tad-
dissertazzjoni għall-eżami li għandhom ikunu legati adekwatament.
Kull kopja għandha jkollha astratt ta’ mhux iktar minn 300 kelma.
(3) Il-gradwat għandu fi żmien xahar minn meta jgħaddi mill-
eżami tad-dissertazzjoni jissottometti tliet kopji finali tad-
dissertazzjoni li waħda minnhom għandha tkun depositata fil-
Librerija ta’ l-Università . Dawn il-kopji finali għandhom
jinkorporaw kull tibdil mitlub mill-eżaminaturi matul l-eżami orali.
(4) Id-dissertazzjoni għandha tissodisfa r-regoli fuq il-format u
l-preżentazzjoni ta’ dissertazzjonijiet approvati mill-Bord tal-
Fakultà .
