GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - FIL-
FAKULTÀ  TA’ L-EKONOMIJA, MANAGEMENT U 
ACCOUNTANCY ġ L.S.327.132 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.132
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. -
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-EKONOMIJA, MANAGEMENT 
U ACCOUNTANCY
5 ta’ Mejju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 120 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - fil-Fakultà  ta’ l-
Ekonomija, Management u Accountancy.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tal-Fakultà " ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija,
Management u Accountancy;
"il-Grad" ifisser il-grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D.
"il-Fakultà " tfisser il-Fakultà  ta’ l-Ekonomija, Management u
Accountancy.
Applikabilità .
mibdija fl-1997 jew wara.
Reġistrazzjoni.
ordinamenti li ġejjin minbarra r-rekwiżiti stabiliti fir-Regolamenti
għall-Grad:
(1) Kandidat jinħtieġ normalment, qabel jirreġistra għall-
Grad, li jirreġistra l-ewwelnett għall-grad ta’ Master of
Philosophy - M.Phil. - fil-Fakultà . Kandidat għandu
jkun ikkonsidrat eliġibbli għal reġistrazzjoni diretta
għall-Grad f’ċirkostanzi eċċezzjonali biss.
(2) It-trasferiment ta’ reġistrazzjoni mill-grad ta’ M.Phil.
għall-Grad m’għandux jitħalla qabel l-għeluq ta’ 15-il
xahar ta’ studju full-time jew 30 xahar ta’ studju part-
time, skond ma jkun il-każ, wara r-reġistrazzjoni għall-
grad ta’ M.Phil., u biss fuq ir-rakkomandazzjoni tas-
superviżur tal-kandidat appoġġjata mill-Kap tad-
Dipartiment u l-approvazzjoni tal-Bord.
(3) Kandidat jinħtieġ li jirreġistra kull tnax-il xahar, fuq
ir-rakkomandazzjoni bil-miktub tas-superviżur,
appoġġjata mill-Kap tad-Dipartiment.
(4) Il-kandidat għandu jissottometti wkoll ma’ l-
applikazzjoni tiegħu proposta ta’ riċerka f’tul ta’
madwar 3,000 kelma. Il-proposta ta’ riċerka għandha
tindika l-qasam preċiż ta’ riċerka, il-mistoqsijiet ta’
riċerka, l-ipoteżijiet li għandhom ikunu ittestjati, il-
metodoloġija li għandha tkun adottata u partikolarment
2 L.S.327.132 ħ
GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - FIL-
FAKULTÀ  TA’ L-EKONOMIJA, MANAGEMENT U 
ACCOUNTANCY
x’hemm ġdid fuq ir-riċerka proposta. Fejn ikun hemm
bżonn, kandidat jista’ jkun meħtieġ li juri kompetenza
f’dawk il-kapaċitajiet mitluba min-natura relatata ta’ l-
investigazzjoni.
(5) Il-Bord għandu jassigura li jirrakkomanda superviżur
li għandu l-kompetenza meħtieġa fil-qasam partikolari
ta’ għerf.
(6) Is-superviżur propost mill-applikant fit-termini tar-
regolament 4(2) tar-Regolamenti tal-Ph.D., għandu
jkun approvat mill-Bord fuq ir-rakkomandazzjoni tad-
dipartiment li taħtu taqa’ il-proposta ta’ riċerka, qabel
is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni lill-Kumitat tal-
Ph.D. tas-Senat.
(7) Studenti reġistrati jistgħu jkunu meħtieġa li
jipparteċipaw bis-sħiħ f’seminars ta’ riċerka tal-
Fakultà .
Format u 
preżentazzjoni tat-
teżi.
4. (1) It-tul tat-teżi m’għandux jaqbeż l-100,000 kelma, li
jeskludu l-bibljografija, appendiċijiet u glossarji. Barra minn hekk
astratt qasir ta’ mhux iktar minn 500 kelma għandu jkun legat ma’
kull kopja tad-dissertazzjoni.
(2) Kull tibdil fit-titolu tat-teżi għandu l-ewwel ikun approvat
mill-Bord fuq rakkomandazzjoni bil-miktub tas-superviżur,
appoġġjata mill-Kap tad-Dipartiment, u għandha tkun sottomessa
għall-approvazzjoni tas-Senat
(3) Student huwa meħtieġ wara l-permess tal-Bord li
jippreżenta t-teżi, mogħtija fit-termini tar-regolament 7(1) tar-
Regolamenti tal-Ph.D., li jissottometti tliet kopji żlegati tat-teżi
lill-Uffiċjal tal-Fakultà  biex ikunu mogħdijin lill-eżaminaturi.
(4) Student huwa meħtieġ li jieħu kopja oħra tat-teżi similment
żlegata u paġinata għall-eżami orali.
(5) Student jeħtieġ fi żmien 6 ġimgħat minn meta jgħaddi mill-
eżami li jissottometti erba’ kopji finali tat-teżi mitbugħin, legati u
li jinkorporaw kull tibdil rikjest mill-eżaminaturi matul l-eżami
orali.
(6) It-teżi għandha tissodisfa l-linji ta’ gwida fuq il-format u l-
preżentazzjoni ta’ teżijiet tal-Ph.D. kif approvati mill-Bord.
