KORS GĦAS-CERTIFICATE AND 
DIPLOMA IN INFORMATION TECHNOLOGY ġ L.S.327.133 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.133
REGOLAMENTI TAL-KORS
GĦAS-CERTIFICATE AND DIPLOMA IN 
INFORMATION TECHNOLOGY
5 ta’ Mejju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 121 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 17 ta’ l-
2000 u 214 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
Kors għas-Certificate and Diploma in Information Technology.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtiegx xort’oħra:
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji għat-Teknoloġija ta’ l-
Informazzjoni maħtur mis-Senat minn membri tad-Dipartimenti
tas-Sistemi ta’ Informazzjoni fuq il-Kompjuter, ix-Xjenza tal-
Kompjuter u Intelliġenza Artifiċjali, u Inġinerija tal-Kompjuter u
Komunikazzjonijiet;
" iċ-Ċertifikat" ifisser is-Certificate in Information Technology;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Information Technology;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma;
"il-Kumitat ta’ Koordinazzjoni" ifisser is-sotto-kumitat maħtur
mill-Bord ta’ l-Istudji għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni biex
jikkordina l-programm ta’ l-istudji.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 17 ta’ l-2000;
A.L. 214 ta’ l-
2002.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2001 jew wara.
Eliġibilità  għad-
Diploma.
3. Kandidat għandu biex ikun eliġibbli għad-Diploma:
(a) ikun reġistrat bħala student regolari fil-kors fit-termini
tar-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemm il-kors, jikkwalifika fl-eżamijiet, u jissodisfa
kull rekwiżit ieħor kif preskritt f’dawn ir-Regolamenti;
u
(ċ) jissodisfa kull rekwiżit ieħor preskritt fi Statuti u
f’Regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni u 
rekwiżiti speċjali 
tal-kors.
4. (1) Biex ikun reġistrat bħala student regolari fil-kors, il-
kandidat għandu, minbarra li jissodisfa r-rekwiżiti ġenerali għad-
dħul speċifikati fir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università , ikun
fil-pussess ta’ żewg passes fil-livell Avvanzat tal-Matrikola fil-
grad "C" jew aħjar fil-
(i) Matematika Pura, u
(ii) suġġett ieħor preferibilment mill-lista li ġejja:
Computing
2 L.S.327.133 ħ
KORS GĦAS-CERTIFICATE AND 
DIPLOMA IN INFORMATION TECHNOLOGY
Bioloġija
Banking
Fiżika
Kimika
Accounts
Ekonomija
Matematika Applikata
Teknoloġija ta’ l-informazzjoni.
(2) Kandidat li juri waqt intervista mal-Kumitat ta’
Koordinazzjoni li diġà  għandu speċjalizzazzjoni fis-suġġetti
koperti fl-ewwel sena tal-kors, jista’ jitħalla fuq il-parir tal-Kumitat
ta’ Koordinazzjoni li joqgħod għal eżami ta’ kwalifika bil-miktub li
jkun jkopri dawn is-suġġetti. Jekk jgħaddi l-kandidat għandu
jitħalla jidħol fil-kors fit-tieni sena.
(3) Kandidat li għandu kwalifiki oħra komparabbli kkunsidrati
li huma suffiċjenti, jista’ jkun eżentat mill-Bord tad-Dħul ta’ l-
Università , fuq il-parir tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni u tal-Bord,
mir-Regolamenti kollha jew parti minnhom kif mitlub fis-
subregolamenti (1) u (2).
L-istruttura tal-
kors.
5. (1) Il-kors għandu normalment jestendi fuq perjodu ta’
sentejn ta’ studju part-time, u għandu jkun maqsum f’żewġ
partijiet: l-Ewwel Parti u t-Tieni Parti. Iż-żewg partijiet tal-kors
jinkludu taqsimiet studju fl-Informatika, ix-Xjenza tal-Kompjuter u
l-Inġinerija fis-Sistemi tal-Kompjuter. L-għan ta’ l-Ewwel Parti
huwa li jqiegħed sisien bażiku fit-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni.
It-tieni sena tirrafina l-ispirtu ta’ l-ewwel sena billi tesponi studenti
għal suġġetti ta’ fondazzjoni f’ċertu dettal.
(2) L-Ewwel u t-Tieni Parti tal-kors huma strutturati biex
ikunu awtokontenuti, bit-Tieni Parti li tippresupponi għarfien tal-
materjal kopert fl-Ewwel Parti. Kandidati li jkunu kisbu minimu ta’
tnax-il kredtu fl-Ewwel Parti tal-kors u jagħżlu li ma jipproċedux
għat-Tieni Parti għandhom jingħataw Ċertifikat.
(3) Id-Dipartimenti tas-Sistemi ta’ Informazzjoni fuq il-
Kompjuter, ix-Xjenza tal-Kompjuter u Intelliġenza Artifiċjali u
Inġinerija tal-Kompjuter u Kommunikazzjonijiet għandhom ikunu
responsabbli, rispettivament, għat-taqsimiet studju fl-lnformatika,
Xjenza tal-Kompjuter u Inġinerija fis-Sistemi tal-Kompjuter.
(4) Il-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li huma
assenjati mhux inqas minn 30 kredtu. Il-kredti huma maqsuma
ugwalment bejn l-Ewwel u t-Tieni Parti.
(5) Il-Kumitat ta’ Koordinazzjoni għandu jippubblika katalogu
ta’ taqsimiet studju għal kull sena tal-kors qabel il-bidu ta’ kull
sena akkademika.
(6) Il-Bord jista’ jeżenta kandidat mir-rekwiżit li jikseb
taqsima studju jekk hu jkun kiseb mill-Università , jew istituzzjoni
rikonoxxuta mis-Senat għal dan il-għan, kwalifika li l-istudju
tagħha huwa, fl-opinjoni tal-Bord, għall-inqas komparabbli għal
dak meħtieg għat-taqsima studju konċernata.
KORS GĦAS-CERTIFICATE AND 
DIPLOMA IN INFORMATION TECHNOLOGY ġ L.S.327.133 3
Valutazzjoni u 
progress.
6. (1) L-istudenti huma mistennija li f’kull Parti tal-kors
jirreġistraw għal taqsimiet studju li huma assenjati mhux inqas
minn 15-il kredtu.
(2) It-taqsimiet studju għandhom ikunu ttestjati fi tmiem is-
semestru li fih huma mogħtijin.
(3) It-taqsimiet studju huma assenjati l-gradi li ġejjin f’ordni
ta’ mertu li jibda mill-ogħla u jasal sa l-inqas: A+, A, B+, B, C+, C,
D+, D u F fejn F tfisser Weħel. Il-gradi jistgħu wkoll jieħdu in
konsiderazzjoni l-livell milħuq ta’ l-istudent fix-xogħol matul il-
kors, fl-oral u fl-assenjament bil-miktub kif jidhirlu xieraq il-Bord
fuq il-parir tad-dipartiment responsabbli rispettiv.
(4) Fl-Ewwel Parti, student li ma jirnexxilux jikseb il-kredtu
jew kredti għal taqsima studju fl-ewwel sessjoni huwa mħolli li
jkun rivalutat f’dik ittaqsima darba waħda biss. Fir-rivalutazzjoni,
il-grad mogħti ma għandux jeċċedi il-grad "D".
(5) Fl-Ewwel Parti, it-testijiet supplimentari bil-miktub isiru
f’Settembru biss.
(6) Fl-Ewwel Parti, student li wara rivalutazzjoni ma
jirnexxilux jikseb għallinqas 12-il kredtu u medja ta’ Grad D fit-
taqsimiet studju fl-Ewwel Parti ma għandux jingħata ċ-Ċertifikat u
ma għandux jitħalla jipproċedi għas-sena ta’ wara.
(7) Studenti fl-Ewwel Parti tal-kors li skond is-subregolament
(6) huma eliġibbli, iżda ma jixtiqux jipproċedu għat-Tieni Parti
għandhom ikunu ggradati fuq il-bażi tal-livell medju milħuq fit-
taqsimiet studju f’ordni ta’ mertu li jibda mill-ogħla u jasal sa l-
inqas: Distinzjoni, Mertu u Għadda. Dawn l-istudenti għandhom
jingħataw is-Certificate in Information Technology.
(8) Student li jixtieq jibda t-Tieni Parti tal-kors għandu jkun
mistenni, kif meqjus xieraq mill-Bord, li joqgħod għat-testijiet fis-
sessjoni supplimentarja ta’ Settembru li għandha, f’każijiet bħal
dawn isservi ta’ eżami ta’ kwalifika skond ir-regolament 5(2).
(9) Fit-Tieni Parti, student li ma jirnexxilux jikseb għallinqas
10 kredti fl-ewwel sessjoni ma għandux jingħata d-Diploma. Ma
għandux ikun hemm sessjoni riparatorja għat-taqsimiet studju tat-
Tieni Parti.
(10) Studenti fit-Tieni Parti tal-kors, li m’humiex marbuta bis-
subregolament (9), għandhom ikunu gradati fuq il-bażi tal-livell
milħuq medju fit-taqsimiet studju tat-Tieni Parti, f’ordni ta’ mertu
li jibda mill-ogħla u jasal sa l-inqas: Distinzjoni, Mertu u għadda.
Studenti li ma jirnexxilhomx jiksbu medja ta’ Grad D fit-taqsimiet
studju tat-Tieni Parti għandhom jeħlu fid-Diploma, iżda, għandhom
ikunu mogħtija Ċertifikat jekk huma jissodisfaw is-subregolament
(7). Dawk li jiksbu għallinqas Pass għandhom jingħataw id-
Diploma in Information Technology.
L-għoti taċ-
Ċertifikat u tad-
Diploma.
Emendat:
A.L. 17 ta’ l-2000;
A.L. 214 ta’ l-
2002.
7. (1) L-ismijiet tal-kandidati kollha li jikkwalifikaw għaċ-
Ċertifikat jew għad-Diploma għandhom ikunu ppubblikati f’lista
f’ordni alfabetiku f’waħda minn dawn il-klassifikazzjonijiet:
Distinzjoni
Mertu
4 L.S.327.133 ħ
KORS GĦAS-CERTIFICATE AND 
DIPLOMA IN INFORMATION TECHNOLOGY
Għadda.
(2) Il-kandidati li jiksbu Mertu jew Distinzjoni fid-Diploma
għandhom ikunu eliġibbli biex jidħlu fil-programm għall-grad ta’
B.Sc. (Hons.) Information Technology fit-tieni sena.
