KORS GĦALL-GRAD TA’
BACHELOR OF DENTAL SURGERY - B.CH.D. ġ L.S.327.134 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.134
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’
BACHELOR OF DENTAL SURGERY - B.CH.D.
22 ta’ Mejju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 136 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 40 ta’ l-
1999 u 170 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Dental Surgery - B.Ch.D.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  tal-Kirurġija Dentali;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Dental Surgery -
B.Ch.D.; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad.
Applikabilità.
Emendat:
A.L. 40 ta’ l-1999;
A.L. 170 ta’ l-
2003.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2003 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad l-istudenti jridu
jkunu:
(a) irreġistrati bħala studenti regolari fil-kors skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) issodisfaw ir-rekwiżiti speċjali għall-kors skond ir-
regolament 4;
(ċ) temmew il-kors ta’ l-istudji, ikkwalifikaw fl-eżamijiet
u issodisfaw kull rekwiżit ieħor kif presknitt f’dawn ir-
regolamenti; u
(d) issodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti fi
statuti, regolamenti u ordinamenti oħra rilevanti ta’ l-
Università .
Id-dħul u r-
rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
Emendat:
A.L. 170 ta’ l-
2003.
4. (1) Is-Senat, fuq il-parir tal-Bord, jista’ jillimita n-numru
ta’ l-istudenti li jistgħu jidħlu fil-kors. Is-Senat għandu jagħmel
regolamenti għall-għażla ta’ l-applikanti għad-dħul.
(2) Biex japp1ikaw għad-dħul fil-kors il-kandidati għandhom,
barra li jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul bħala studenti regolari
skond ir-regolamenti għad-dħul, jissodisfaw ir-rekwiżiti speċjali
għall-kors li ġejjin:
(a) għaddew bi Grad Ċ jew aħjar fil-Livell Avanzat fil-
Kimika u fil-Bijoloġija; u
(b) għaddew bi Grad Ċ jew aħjar fil-Livell Intermedju fil-
Fiżika
fl-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola ta’ l-Università , jew f’livelli
2 L.S.327.134 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’
BACHELOR OF DENTAL SURGERY - B.CH.D.
li jikkorrispondu ta’ eżamijiet oħra rikonoxxuti mis-Senat għall-
għan tar-regolamenti għad-dħul, sakemm il-gradi indikati hawn fuq
inkisbu f’daqqa f’sessjoni waħda (jiġifieri f’seduta waħda) ta’ l-
eżamijiet.
It-tul tal-kors. 5. (1) Il-kors għandu jinfirex fuq perijodu ta’ ħames snin.
(2) Ħlief bil-permess tal-Bord, l-istudenti għandhom isegwu l-
kors mid-dħul sa l-eżami finali mingħajr interruzzjoni jew
ripetizzjoni. Permess biex jinterrompu jew jirrepetu sena
normalment m’għandux jingħata aktar minn darba, ħlief bil-
permess tas-Senat mogħti għal raġunijiet speċjali.
Is-suġġetti tal-kors. 6. Is-suġġetti mgħallma f’kull sena tal-kors għandhom ikunu
dawn li ġeijin:
L-Ewwel Sena
L-Anatomija
Il-Fiżjoloġija u l-Biokimika
It-Tieni Sena
L-Anatomija
Il-Fiżjoloġija u l-Biokimika
It-Tieni Sena - it-Tieni Semestru
Id-Dentistrija Preventiva u Komunitarja
Id-Dentistrija Restawrativa
Ix-Xjenzi Mediċi Kliniċi
Il-Farmakoloġija Ġenerali
Behavioural Sciences
It-Tielet Sena
Id-Dentistrija Preventiva u Komunitarja
Id-Dentistrija Restawrativa
Il-Mediċina Orali, il-Kirurġija Orali u l-Patoloġija
Orali
Is-Saħħa Dentali tat-Tfal u l-Ortodontika
Ix-Xjenzi Mediċi Kliniċi
Ir-Raba’ Sena
Id-Dentistrija Restawrativa
Il-Mediċina Orali, il-Kirurġija Orali u l-Patoloġija
Orali
Is-Saħħa Dentali tat-Tfal u l-Ortodontika
Il-Ħames Sena
Id-Dentistrija Restawrativa
Il-Mediċina Omli, il-Kirurġija Orali u l-Patoloġija
Orali
Is-Saħħa Dentali tat-Tfal u l-Ortodontika.
KORS GĦALL-GRAD TA’
BACHELOR OF DENTAL SURGERY - B.CH.D. ġ L.S.327.134 3
Testijiet ta’ 
progress.
7. (1) Testijiet ta’ progress għandhom isiru kif ġej:
(a) matul l-Ewwel Sena fi -
L-Anatomija
Il-Fiżjoloġija u l-Biokimika
(b) matul it Tieni Sena fi -
Id-Dentistrija Preventiva u Komunitarja
Id-Dentistrija Restawrativa
Il-Farmakoloġija Ġenerali
Behavioural Sciences
Ix-Xjenzi Mediċi Kliniċi
(ċ) matul it-Tielet Sena fi -
Id-Dentistrija Restawrativa
Il-Mediċina Orali, il-Kirurġija Orali u l-
Patoloġija Orali
Is-Saħħa Dentali tat-Tfal u l-Ortodontika
(d) matul ir-Raba’ Sena fi -
Id-Dentistrija Restawrativa
Il-Mediċina Orali, il-Kirurġija Orali u l-
Patoloġija Orali
Is-Saħħa Dentali tat-Tfal u l-Ortodontika.
(2) Għandu jkun hemm sessjoni tat-testijiet ta’ progress
f’Mejju / Ġunju u sessjoni riparatorja f’Settembru.
(3) Ir-riżultati tat-testijiet ta’ progress f’kull suġġett għandhom
ikunu ppublikati skond il-gradi li ġejjin f’ordni li jibda mill-ogħla
mertu: A, B, Ċ u D. L-istudenti li l-isimhom ma jidhirx fuq il-lista
għandhom ikunu kkunsidrati li weħlu mit-test ta’ progress fis-
suġġett konċernat.
(4) L-istudenti ma jitħallewx ikomplu għas-sena ta’ wara tal-
kors jekk il-Bord, wara r-riżultati tat-testijiet ta’ progress, ma
jkunx sodisfatt li huma segwew is-sena bi profitt.
(5) L-istudenti li jeħlu f’xi test ta’ progress fis-sessjoni
riparatorja m’għandhomx jitħallew ikomplu għas-sena ta’ wara tal-
kors iżda jistgħu jitħallew mill-Bord jirrepetu s-sena.
L-eżamijiet matul 
il-kors.
8. (1) L-eżamijiet għandhom isiru kif ġej:
(a) L-Ewwel eżami tal-B.Ch.D. fi:
L-Anatomija
Il-Fiżjoloġija u l-Biokimika
(b) It-Tieni eżami tal-B.Ch.D. fi:
Id-Dentistrija Preventiva u Komunitarja
Ix-Xjenzi Mediċi Kliniċi
(ċ) L-Eżami finali tal-B.Ch.D. fi:
Id-Dentistrija Restawrativa
Il-Mediċina Orali, il-Kirurġija Orali u l-
Patoloġija Orali
4 L.S.327.134 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’
BACHELOR OF DENTAL SURGERY - B.CH.D.
Is-Saħħa Dentali tat-Tfal u l-Ortodontika.
(2) Qabel ma jitħallew joqogħdu għal xi wieħed mill-eżamijiet
imsemmija fis-subregolament (1), l-istudenti għandhom
jippreżentaw lid-Dekan ċertifikat, iffirmat mill-kapijiet tad-
dipartiment konċernati, li juri li huma temmew b’mod sodisfaċenti
l-iskeda tax-xogħol prattiku u kliniku preskritta għal dik is-sena.
L-Ewwel u t-Tieni 
eżami tal-B.Cħ.D.
9. (1) L-Ewwel eżami tal-B.Ch.D. għandu jsir f’Ġunju fi
tmiem it-tieni sena tal-kors u sessjoni riparatorja għandha ssir
f’Settembru.
(2) It-Tieni eżami tal-B.Ch.D. għandu jsir f’Ġunju fi tmiem it-
tielet sena tal-kors u sessjoni riparatorja għandha ssir f’Settembru.
(3) Ir-riżultati ta’ l-istudenti f’kull suġġett ta’ l-Ewwel u t-
Tieni eżami tal-B.Ch.D. għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni
alfabetiku skond il-gradi li ġejjin li jibdew mill-ogħla mertu: A, B,
Ċ u D. L-istudenti li isimhom ma jidhirx fuq il-lista għandhom
ikunu kkunsidrati li weħlu mill-eżami fis-suġġett konċernat.
(4) Ir-riżultat ta’ l-eżami f’kull suġġett għandu jqis il-partijiet
kollha ta’ l-eżami f’dak is-suġġett.
(5) L-istudenti li jeħlu fl-Ewwel eżami tal-B.Ch.D. ma
jitħallewx ikomplu għas-sena ta’ wara tal-kors iżda jistgħu
jitħallew mill-Bord jirrepetu t-tieni sena tal-kors.
(6) L-istudenti li jeħlu fit-Tieni eżami tal-B.Ch.D. ma
jitħallewx ikomplu għas-sena ta’ wara tal-kors iżda jistgħu
jitħallew mill-Bord jirrepetu t-tielet sena tal-kors.
(7) L-istudenti ma jitħallewx joqogħdu għall-Ewwel jew għat-
Tieni eżami tal-B.Ch.D. skond is-subregolamenti (5) u (6) iżjed
minn darba.
L-eżami finali tal-
B.Ch.D.
Emendat:
A.L. 40 ta’ l-1999.
10. (1) L-eżami finali tal-B.Ch.D. għandu jsir f’Ġunju fi
tmiem il-ħames sena tal-kors.
(2) Għandu jkun hemm sessjoni riparatorja ta’ l-eżami
f’Settembru għall-istudenti riferuti f’suġġett wieħed biss, u
f’Jannar ta’ wara għall-istudenti li jeħlu f’aktar minn suġġett
wieħed.
(3) L-eżami f’kull wieħed mis-suġġetti preskritti fir-
regolament 8(1)(ċ) għandhom jikkonsistu f’dawn li ġejjin:
żewġ karti ta’ tliet sigħat-il waħda fid-Dentistrija
Restawrativa
żewġ karti ta’ tliet sigħat-il waħda fil-Mediċina Orali,
il-Kirurġija Orali u l-Patoloġija Orali
karta ta’ tliet sigħat fis-Saħħa Dentali tat-Tfal u l-
Ortodontika.
(4) L-istudenti għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu wkoll
eżamijiet kliniċi u viva voce f’dawn is-suġġetti.
Ir-riżultat. 11. (1) L-ismijiet ta’ l-istudenti li għaddew f’kull suġġett ta’
l-eżami finali tal-B.Ch.D. għandhom ikunu ppublikati f’lista
f’ordni alfabetiku skond il-gradi li ġejjin li jibdew mill-ogħla
mertu: A, B, Ċ u D.
KORS GĦALL-GRAD TA’
BACHELOR OF DENTAL SURGERY - B.CH.D. ġ L.S.327.134 5
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li għaddew mill-eżami finali tal-
B.Ch.D. fl-ewwel sessjoni għandhom ikunu ppublikati f’lista oħra
f’ordni alfabetiku fil-kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
Livell eċċezzjonali f’suġġett ikun indikat fil-lista.
(3) Ir-riżultat għandu jqis il-livell milħuq mill-istudenti matul
il-kors.
(4) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jgħaddu mill-eżarni fis-
sessjonijiet kif prekritti fir-regolament 10(2) għandhom ikunu
ppublikati f’lista sempliċi ta’ kull min għadda f’ordni alfabetiku.
Progress.
ismijiet ta’ l-istudenti li jkunu riferuti f’xi suġġett/i kif ukoll is-
suġġett/i li fihom ikunu riferuti.
(2) L-istudenti li jkunu riferuti f’xi suġġett/i fl-eżami finali tal-
B.Ch.D. jistgħu joqogħdu għas-sessjoni riparatorja f’dak is-suġġett
jew f’dawk is-suġġetti kif preskritt fir-regolament 10(2). Jekk
jgħaddu, isimhom għandu jkun imniżżel fil-lista ta’ dawk li
għaddew mill-eżami finali tal-B.Ch.D. Jekk jeħlu, huma jkunu
meqjusa li weħlu fl-eżami finali tal-B.Ch.D. kollu.
Teħid mill-ġdid ta’ 
l-eżami.
13. L-istudenti rna jitħallewx jerġgħu joqogħdu għall-eżami
finali tal-B.Ch.D., kollu jew parti rninnu, jekk ma jkunux segwew
b’mod sodisfaċenti dawk il-korsijiet ta’ studju u/jew xogħol
prattiku u/jew xogħol kliniku kif il-Bord jista’ jiddetermina f’kull
każ.
Dħul mill-ġdid fil-
kors.
14. L-istudenti li ma jgħaddux mill-eżami finali tal-B.Ch.D.
fiż-żewġ sessjonijiet kif preskritti fir-regolament 10(1) u (2) jistgħu
jitħallew mill-Bord jerġgħu jidħlu fil-ħames sena tal-kors fl-
okkażjoni li jmiss u li jerġgħu jersqu għall-eżami finali tal-B.Ch.D.
fit-tmiem ta’ dik is-sena, taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord
jista’ jiddetermina f’kull każ. Dawn l-istudenti ma jikkwalifikawx
għal "Għadda b’Distinzjoni".
L-eżami finali tal-
B.Ch.D. jista’ jsir 
darba biss.
15. L-istudenti ma jitħallewx joqogħdu għall-eżami finali tal-
B.Ch.D. skond ir-regolament 14 iżjed minn darba.
